Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #3698 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.

Persuni 'l fuq minn sittin sena — bordijiet tal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3148 u jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3148.
Leg 11 PQ #4278 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Leg 11 PQ #4281 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent — Sewage treatement plant

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-uffiċjali tal-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent żaru l-aħħar is-sit tas-sewage treatment plant ta’ Sant'Antnin f’Marsaskala biex jistabilixxu il-gravità u s-sors tar-riħa punġenti li qed ikun hemm? Jista' jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport iffirmat tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4457.
Leg 11 PQ #4499 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjal Principal Anzjan — postijiet vakanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm postijiet vakanti għal Uffiċjal Principal Anzjan ( Senior Principal) u kemm nies ġew maħtura għal din l-kariga minn dawk li għaddew mill-aħħar eżami li sar? Jekk għadu ma nħatar ħadd jistgħu jingħataw raġunijiet għala dan għadu ma sarx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 3784/11/1 fuq l-istess suġġett. Għaldaqstant il-vakanzi f’dan il-grad jimtlew skond kif opportun kif ukoll skond analiżi bir-reqqa tal-kompetenzi personali ta’ l-uffiċjali li jmisshom jinħatru skond il-mertu miksub fil-proċess ta’ l-għażla fl-interess tal-aspirazzjonijiet tal-uffiċjali nfushom kif ukoll tas-Servizz Pubbliku.
Leg 11 PQ #4531 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi dwar l-ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4278, 3698, 3127, 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-proviżjonijiet kollha minn Taqsima VIII tal-Att dwar il-Ħarsien tal-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Leg 11 PQ #4561 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-ajru mill-ajruport għal Għawdex

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3296 u jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3296.

Settur pubbliku — ħaddiema - sick leave

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fis-settur pubbliku grad, grad? Liema grad ta' ħaddiema jieħu l-aktar sick leave? Kemm jieħdu sick leave f'dan il-grad ras għal ras f'sena kalendarja, ngħidu aħna bejn Jannar 2007 u Diċembru ta' l-istess sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fis-Settur Pubbliku hemm 40,879 persuna, li huma mqassmin kif jidher hawn taħt: Servizz Pubbliku 29,091 Entitajiet/Organizazzjonijiet Indipendenti Statutorji 9,127 Kumpaniji b’Maġġoranza ta’ Isħma Pubbliċi 2,661 Total 40,879 Dettalji ta’ kemm ħadu ġranet sick-leave dawn il-ħaddiema bejn Jannar u Diċembru 2007 huma kif jidher hawn taħt: Klerikali u Amministrattivi Professjonali, Dipartimentali, Temporanji u b’Kuntratt Industrijali Totali ta’ġranet Sick-Leave meħuda Dipartimenti tal-Gvern 59,894 102,953 46,749 209,596 Entitajiet/ Kumpaniji 28,910 28,610 39,350 96,870 Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata kif mitluba f’din il-Mistoqsija, irid jittieħed ħafna żmien biex tinġabar l-informazzjoni min ħabba l-kwantita’ kbira ta’ gradi differenti , iżda jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni fuq xi grad partikulari nitolbu jkun aktar speċifiku.
Leg 11 PQ #4782 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Imġarr — Proġett tal-port l-antik

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar s'issa mill-proġett tal-port l-antik tal-Imġarr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4934 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni għal farmhouses konvertiti bla permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4971 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Kunsilliera eletti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew eletti kunsilliera fl-elezzjonjiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu f’kull lokal u għal liema partit politiku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #4973 Sitting 70 2009-01-14 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — Kunsilliera

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu mistenni li jiġu eletti kunsilliera f’kull lokal għall-elezzjoniet tal-kunsilli lokali ta’ din is-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ Kunsillieri f’kull lokalità jiġi determinat skond l-aħħar statistika dwar il-popolazzjoni ta’ kull lokalità. L-aġġornament ta’ din l-istatistika għas-sena 2009 u li abbażi tagħha jiġu determinati n-numru ta’ Kunsillieri f’kull lokalità tiġi maħruġa wara Marzu 2009.
Leg 11 PQ #3124 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fairmount fit-Tarzna

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2187 u1871 u cioè: Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Bord tad-Diretturi ta’ Malta Shipyards diġà talab lill-PWC biex jagħmlu inkjesta.
Leg 11 PQ #3971 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tilwim industrijali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' tilwim industrijali li ġew rapportati lill-Gvern f'pajjiżna din is-sena u fl-aħħar 4 snin, sena b'sena? Kemm minnhom għadhom pendenti u x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-mument?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li din is-sena ġew rapportati 78 każ ta’ tilwim industrijali. Fl-aħħar erbgħa snin in-numru ta’ każijiet kien: 2004 73 2005 82 2006 82 2007 74 Minn dawn il-każijiet għad hemm tmienja pendenti.

Staġun tal-kaċċa u nsib

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jispjega kif sejjer ikun imqassam l-istaġun tal-kaċċa u nsib għas-sena 2009? Jista' jiġi spjegat l-istaġuni permessi vis-à-vis speċi speċi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond il-Liġi, deċiżjonijiet dwar dan l-istaġun isiru wara rakkomandazzjonijiet tal-ORNIS.
Leg 11 PQ #4343 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maħfra fuq ċittazjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali

Question

Fil-ħarġa tal-Malta Today ta’ nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru 2008, sorsi governattivi ġew kwotati li qalu li l-Bord tal-Petizzjonijiet ħafer 57% tal-penali kollha maħruġa mill-gwardjani lokali mill-2006 għax kienu żbaljati. Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mid-9,560 petizzjoni li allegatament ġew milqugħa mill-bord: (1) Kienu dwar taħrikiet maħruġa mill-Pulizija? (2) Kienu taħrikiet maħruġa mill-Uffiċjali tat-Trasport? (3) Kemm minn mit-taħrikiet tal-gwardjan kienu taħrikiet validi u maħruġin korrettament iżda li l-bord xorta waħda ddeċieda li jaħfirhom? (4) Kemm minnhom kienu dwar taħrikiet għal sewqan bi speed eċċessiv ippruvat iżda li l-bord xorta waħda ddeċieda li jaħfirhom? (5) X’inhu l-perċentwali tal-petizzjonijiet milqugħa komparat man-numru totali ta’ taħrikiet maħruġa mill-gwardjani bejn l-1 ta’ Jannar 2006 u l-31 ta’ Ottubru 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B’riferenza għall-mistoqsija magħmula mill-Onorevoli Interpellant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport li fih l-istatistika tan-numru ta’ petizzjonijiet li l-Bord dwar il-Petizzjonijiet irċieva mill-1 ta’ Jannar 2006 sas-26 ta’ Novembru 2008. In-numru ta’ petizzjonijiet aċċettati mill-Bord tela’ għal 10,742 mid-9,560 kif irrapurtat fil-Malta Today tas-16 ta’ Novembru 2008. Minn dawn l-10,742 petizzjonijiet li ġew milqugħa mill-Bord: 1. 1,620 kienu taħrikiet maħruġa mill-Pulizija; 2. 53 kienu taħrikiet maħruġa mill-Uffiċjali tat-Trasport; 3. 8,195 kienu maħruġa mill-Gwardjani Lokali. L-Onor Interpellant jaf tajjeb li l-Membru tal-Bord għandu l-parametri imsemmija fl-Avviż Legali 414 ta’ l-2005, li jinkludu d-diskrezzjoni li tiġi aċċettata petizzjoni għal raġunijiet umanitarji; 4. 874 kienu dwar speed eċċessiv. 5. Mill-istatistika kif imsemmija hawn fuq, jirriżulta li 59% mill-petizzjonijiet kollha li kienu ġew ipproċessati (inklużi dawk tal-ADT u l-Pulizija) ġew milqugħa. Ta’ min isemmi wkoll li 310 petizzjoni ġew aċċettati parzjalment.
Leg 11 PQ #4397 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat-Dwejra — Manutenzjoni ta' Triq

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jinvestiga u jekk jeħtieġ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li triq li tagħti għad-Dwejra, limiti tar-Rabat, tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma tibqax triq bil-ħotob u ħofor li fiha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Rabat ser jieħu azzjoni fuq it-toroq tad-Dwejra u Tal-Virtu.
Leg 11 PQ #4447 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Turisti Maltin

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti Maltin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawdex kull sena? Jista’ jagħtini t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Dawn it-tabelli ma jinkludux turisti Maltin li użaw akkommodazzjoni privata jew self-catering. Informazzjoni provduta mill-Uffiċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (l-NSO) tinkludi biss turisti Maltin li joqogħdu f’akkomodazzjoni ta’ tip lukandi.
Leg 11 PQ #4470 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Website — visitmalta.com

Question

B'referenza għat-tnedija tal-website 'visitmalta.com' jista' l-Prim Ministru jgħid: a) Min għamel ix-xogħol fuq din il- website ? b) Kemm ħallset l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għal dan ix-xogħol? ċ) Jekk kenitx ħarġet offerta biex jiġi magħżul min ser jagħmel dan ix-xogħol? d) Kemm ikun hemm hits fil-ġimgħa fuq dan il-portal? e) Jekk tingħatax kummissjoni għal kull booking li jsir permezz ta' din il-website? Jekk fl-affermativ, lil min? f) X'kontrolli hemm biex l-awtorità tassigura trasparenza assoluta fit-tħaddim ta' dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-website sar mill-kumpanija Alert Communications Ltd. Fir-rigward tal-partijiet b) u ċ) tal-mistoqsija, dettalji dwar il-proċess tal-għażla għall-iżvilupp ta’ din il- website u dwar kemm ġiet tiswa diġà ingħataw preċedentement. Nistieden l-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposti għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 23507, 23668 u 24813 tal-Għaxar Leġislatura. Fir-rigward tal-parti d) tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi l- website tirċievi medja ta’ madwar 8000 viżitatur kuljum, u li mill-ewwel ta’ Jannar 2008 ’l hawn kienu reġistrati ’il fuq minn 2.65 miljun viżitatur. In-numru ta’ hits fl-istess perjodu ammontaw għal madwar 236 miljun. Fir-rigward tal-parti e) tal-mistoqsija, nikkonferma illi l- portal joffri l-opportunità lit-turist prospettiv li jirriserva akkommodazzjoni f’lukanda jew li jikri karozza tal-kiri. Il- portal joffri diversi mezzi kif wieħed jista’ jagħmel dan, fosthom li juża’ il- booking engine li tinstab fuq is-sit stess. Meta jintuża dan is-servizz, il-lukanda jew kumpanija tal-karozzi li tibbenefika mill- booking , tħallas perċentwali lill-MTA. Dan ma japplikax fil-każ ta’ bookings li jsiru direttament mal-lukanda jew mal-kumpanija tal-kiri tal-karozzi, jew permezz ta’ siti oħrajn li joffru dan is-servizz, anke meta il-klijent ikun wasal għandhom permezz ta’ link minn fuq il- portal tal- MTA. Fir-rigward tal-parti f) tal-mistoqsija, dan is-servizz huwa suġġett għall-istess kontrolli li għandhom il-funzjonijiet kollha tal-Awtorità, inkluż il-possibbiltà ta’ verifiki interni u mill-awditur.
Leg 11 PQ #4477 Sitting 69 2009-01-13 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Riforma

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitressqu quddiem il-Parlament l-emendi marbuta mar-riforma fil-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hu maħsub li l-ewwel emendi għal-leġislazzjoni dwar gvern lokali jitressqu fil-Parlament fl-ewwel xhur tas-sena 2009.