Wara li xi ġimgħat ilu kien ġie mħabbar li l-proġett ta' Bieb il-Belt u s-sit tat-Taetru Rjal se jinbnew, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk twaqqafx xi kumitat ad hoc u min se jkun responsabbli minn dan il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min huma l-membri tal-kumitat li twaqqaf jew se jiġi mwaqqaf? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett?
Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Case Officers
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' case officers li qed jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kif jiġi maqsum ix-xogħol lil dawn il-case officers? X'jiġri fil-każ li case officer partikolari jkun imsiefer jew marid għal tul ta' żmien?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' sodod f'postijiet liċenzjati għal skop ta' turiżmu kif kien fl-aħħar ta' l-2008 skond il-kategorija tal-faċilità fl-inħawi li jifformaw il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2008, xahar b'xahar? Ta' liema marka, x'tip kienu u kemm qamu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Enviroment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4798 u jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?
Awtorità Maltija ta' l-Ippjanar u l-Ambjent — Environment impact assessment
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4895 u jgħid kemm saru Environment Impact Assessments b'kollox kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kemm minnhom kienu jikkonċernaw proġetti b'interess governattiv? Kemm minnhom ġew ippubblikati? Kemm minnhom wasslu biex il-proġetti kkonċernati kemm tal-gvern u tal-privat twaqqfu? Kemm saru Strategic Environmental Assessmentsminn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli lokali jwieġeb mistoqsija parlamentari 4397 u jinvestiga u jekk jeħtieġ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jara li triq li tagħti għad-Dwejra, limiti tar-Rabat, tingħata l-manutenzjoni meħtieġa sabiex ma tibqax triq bil-ħotob u ħofor li fiha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4397.
Kunsill Lokali Pembroke — laqgħa mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li kellhom tnaqqis fl-allokazzjoni finanzjarja minħabba ksur tar-regolamenti finanzjarji sena b'sena mill-2000 sal-lum lokal b'lokal?
Jista' jara li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jilqa' t-talba biex issir laqgħa bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-kunsill ta' Pembroke? Din it-talba saret fit-13 ta' Ottubru 2008.
Jista' jara li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirrispondi għat-talba vis-à-vis il-finanzjament ta' żewġ inizjattivi sportivi tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra. Dwar il-laqgħa mitluba mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke, din ser issir nhar it-Tlieta 20 ta’ Jannar, u f’din il-laqgħa tiġi diskussa ukoll il-materja tat-tielet parti tal-mistoqsija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1379 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttur, Transport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2175.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx l-Prim Ministru li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3124.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1871 u cioe': Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3124.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2151 u 1857 u jagħti d-dettalji kollha dwar kif qed jiġu implimentati l-provizjonijiet kollha minn Taqsima VIII ta' l-Att dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent fir-rigward tal-Fond dwar l-Ambjent? Jista' jipprovdi d-dettalji kollha dwar il-qagħda finanzjarja ta' dan il-fond u dwar kif dawn il-fondi qed ikunu amministrati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4741.
Persuni 'l fuq minn sittin sena — Bordijiet tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm erbgħa u sittin persuna li servu fuq bordijiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dettalji dwar il-bordijiet u l-perijodu li għalih ilhom iservu dawn il-membri jinsabu fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-parti l-kbira, il-kriterji li fuqhom jintgħażlu dawn il-membri joħorġu mill-liġijiet stess li taħthom jiġu appuntati dawn il-bordijiet, bħal fil-każ tal-Kostituzzjoni jew liġijiet l-oħra li jistabbilixxu min għandu jservi fuq il-bordijiet rispettivi.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2175, 1743 u 1379 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jagħti time frame meta sejjer jibda x-xogħol ta' asfalt fi Triq Ta' Mlit, fil-Mosta li tinstab wara l-ground tal-football, liema triq tinstab fi stat ħażin ħafna u qed tikkawża ħsarat fil-vetturi tar-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2175.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-'Litter Act' f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu:
i) residenti f'Għawdex?
ii) residenti f'Malta?
iii) barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3423.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern dwar servizz ta’ l-ajru mill-ajruport internazzjonali ta’ Malta għal Għawdex?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kull operatur Ewropew fis-settur ta’ l-avjazzjoni jista’ jekk hekk jixtieq, jopera servizz bejn iż-żewġ gżejjer bil-ħelikopter. Apparti dan, il-Gvern iżomm kull alternattiva miftuħa għall-operazzjoni sostenibbli li tista’ tkun proposta minn żmien għal żmien.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3124, 2187 u 1871 u cioè: Indipendentement mill-proċess ta' privatizzazzjoni li l-Gvern beħsiebu jniedi dwar it-Tarzna, ma jħossx li huwa opportun li jordna inkjesta indipendenti dwar il-conversion contract tal-Fairmount fit-Tarzna ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3124.