Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4968 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fir-round ta’elezzjonjiet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu x’kien il-persentagg ta’ votanti f’kull lokal ?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4974 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?
Elezzjonijiet tal-kunsilli lokali — voti akkwistati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjonu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’kien il-persentaġġ ta' voti li akkwistaw kull partit politiku f’kull lokal fir-round tal-elezzjoniet tal-kunsilli lokali ta’ tliet snin ilu?
Heading:
Litter Act
Sub Heading:
Kontravvenzjonijiet
PQ Text:
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3029 u jgħid kemm kien hemm kontravvenzjonijiet tal-Litter Act f'Għawdex matul Awwissu u Settembru? Minn dawk li ġew imħarrka, kemm kienu:
i) residenti f'Għawdex?
ii) residenti f'Malta?
iii) barranin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3209.
Din ix-xitwa l-industrija tat-turiżmu f'Malta b'dispjaċir tinnota li ma kien hemm l-ebda titjiriet bi skeda mill-ibliet ewlenin tal-Iskandinavja jiġifieri Stokkolma (Svezja) u Oslo (Norvegja). Jista’ Prim Ministru jsserraħ moħħ il-Kamra u s-settur turistiku li tal-inqas mis-sajf li ġej sejjer ikun hemm titjiriet bi skeda regolari u fit-tul minn dawn iż-żewġt ibliet importanti ?
Din ix-xitwa l-industrija tat-turiżmu f'Malta b'dispjaċir tinnota li ma kien hemm l-ebda titjiriet bi skeda mill-ibliet ewlenin tal-Iskandinavja jiġifieri Stokkolma (Svezja) u Oslo (Norvegja). Jista’ Prim Ministru jsserraħ moħħ il-Kamra u s-settur turistiku li tal-inqas mis-sajf li ġej sejjer ikun hemm titjiriet bi skeda regolari u fit-tul minn dawn iż-żewġt ibliet importanti ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninstab infurmat li:
Ryanair qegħda topera żewġ titjiriet kull ġimgħa minn Stokkolma (Svezja) matul din ix-xitwa, li jibqgħu sejrin matul is-sajf li ġej ukoll. Minn April 2009, il-linja ta’ l-ajru SAS se joperaw żewġ titjiriet fil-ġimgħa minn Stokkolma (Svezja). L-Awtorità qed tistenna risposta fuq titjiriet minn Oslo (Norveġja).
Hemm ukoll arranġamenti għal numru ta’ titjiriet
chartered
minn varjeta’ ta’ bliet Skandinavi li jinkludu Helsinki, Billund, Malmo, Gothenburg, u x’aktarx anke Oslo li mistennija jibdew fix-xhur li ġejjin u jkomplu matul l-istaġun tas-sajf.
Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet għal żvilupp
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iżvilupp ġew sottomessi għand l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent dwar żvilupp f'Għawdex separatament fis-snin 2007 u 2008?
Kemm applikazzjonijet għall-iżvilupp ġew ippreżentati fl-istess snin fuq żvilupp f'Malta u Għawdex, separatament, fis-snin imsemmija?
Kemm minn dawn l-applikazzjonijet ġew sottomessi minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom f'Għawdex u kemm minn periti li għadhom l-uffiċċju tagħhom Malta, separatament, sena b'sena fl-2007 u fl-2008?
Kemm kien il-massimu ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi minn perit wieħed jew partnership ta' periti wieħed, separatament, f'Malta u f'Għawdex fl-2007 u fl-2008?
Jista' l-Prim Ministru jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3461.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1907 u jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3461.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 2172 u 1907 u jara li jitmexxa l-permess tal-Parroċċa ta' Ħal Tarxien fuq lanterna u faċċata li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex il-permess għadu ma ħariġx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3461.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2691 u jikkonferma jekk aperturi u gallariji tal-aluminium mhux permessi fil-Kottonera, lanqas jekk ikunu lewn l-injam? Kemm kien hemm każi t'abbuż simili matul din l-aħħar sena u xi jkun ir-rimedju mitlub f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2691.
Kunsilli Lokali — Bord tal-aġudikazzjoni tat-tenders
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif jinħatar il-bord tal-aġudikazzjoni tat-tenders fil-kunsilli lokali? Xi jkun il-parir tad-dipartiment tal-kunsilli f'dan ir-rigward? Isir xi monitoring biex dawn il-bordijiet jimxu skond kif huma stipulati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċessi kollha relatati ma’ ħruġ ta’ offerti mill-Kunsilli Lokali huma regolati mill-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363), ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Offerti) – A.L. 157 ta’ l-1993, kif ukoll il-Proċeduri ta’ l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Offerti).
Il-proċess, l-evalwazzjoni u d-deċiżjoni fuq offerti jsiru jew mill-Kunsill jew minn kumitat maħtur apposta mill-Kunsill sabiex jiddeċiedi fuq l-offerti li jkunu ntefgħu.
Naturalment, id-deċiżjoni finali tkun tal-Kunsil
l.
Il-kumitat jista’ jaħtar assistenza minn barra jekk ikunu meħtieġa pariri tekniċi jew xort’oħra.
Waqt l-ipproċessar, l-evalwazzjoni u d-deċiżjoni fuq l-offerti għandu jkun żgurat li l-prezzijiet ikkwotati jkunu ġusti u xierqa u li d-deċiżjonijiet fuq l-aktar offerti vantaġġjużi jkunu bbażati fuq konsiderazzjonijiet kemm ta’ prezz kif ukoll ta’ kwalità.
Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, bħala parti mill-funzjoni tiegħu, jagħmel skrutinju ta’ l-operat tal-Kunsilli Lokali, fosthom il-ħruġ u l-għoti ta’ offerti, u fejn jirriżulta illi l-proċeduri msemmija hawn fuq mhux qed jiġu segwiti, id-Dipartiment jintervjeni biex jara illi l-pożizzjoni tiġi regolarizzata, fosthom li jwaqqaf proċess milli jitkompla jekk jinstab li l-Kunsill ma jkunx segwa r-regolamenti u l-proċeduri msemmija aktar ’il fuq.
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huwa n-numru ta' applikazzjonijiet li ilhom pendenti quddiem l-istess case officer għal iktar minn sitt xhur (qabel l-1 ta' Ġunju 2008)?
F'liema lokalitajiet jinsabu dawn l-applikazzjonijiet pendenti għal dan il-perijodu quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma' żżommx informazzjoni ta' tibdil fil-case officer u d-data meta nbidel il-case officer. Skond l-istess sistema l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha quddiema 1614-il applikazzjoni li għandhom qed jiġu pproċessati minn naħa tad-Development Control u li ġew validati qabel 1 ta' Ġunju 2008.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi dawn l-applikazzjonijiet u l-lokalità tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jagħti figuri ta' kemm għandhom salarji l-ħaddiema taċ-ċivil? Kemm għandhu ħaddiema f'kull skala ta' salarju? Kemm għandu ħaddiema b'kuntratt u f'liema skala jaqgħu dawn il-ħaddiema meta tqabbel is-salarji tagħhom ma' dawk taċ-ċivil?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ta' żvilupp Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Novembru, 2008?
Kemm inħarġu permessi ta' żvillup Outside Development Zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent f'dawn l-aħħar sentejn li kienu jinvolvu bini ta' strutturi fejn jinżammu/jitrabbew iż-żwiemel (horse stables)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti il-figuri ta' kemm inħarġu permessi ta' żvillupp Outside Development Zone mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Novembru 2008.
L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġet 21 permess ta' żvillupp
Outside Development Zone
mill-1 ta' Jannar 2007 li kienu jinvolvu bini ta' stalel.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema ta' l-informatika ta’ l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ġew imfittxija applikazzjonijiet li fihom il-kliem "stalla", "stalel" jew "stable" fil-proposta tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk rigward ir-riformi fl-Armata, dawk li għandhom jingħataw awment fl-iskala tax-xogħol tagħhom skond ir-riforma li ħabbar hu stess, huwiex il-każ kif qed jingħad verbalment sal-lum, speċjalment fil-first regiment biss, li min ma setax jagħmel physical exercise, inkella minħabba raġunijiet ta' saħħa, min ma ħax sehem fil-parati, jew min kellu xi charges minuri, mhux se jibbenefika minn dawn l-iskali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Iż-żieda li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant tingħata jekk l-individwu jkun ħadem b’diliġenza u fedeltà matul is-sena taħt kunsiderazzjoni. Bħalma jsir kull sena, bħalissa għaddej proċess ta’ evalwazzjoni biex jiġi determinat min għandu jieħu din iż-żieda.
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3819 u jinforma lill-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36 (6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA rċeviet 101 talba sabiex joħroġ il-permess skond paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap 356). L-ebda permess ma nħareġ skont il-provvidementi ta’ paragrafu (f) tal-artiklu 36(6).
Ir-raġuni għaliex dawk l-applikazzjonijiet ma ġewx aċċettati hija għaliex jew kienu barra miż-żona ta’ żvilupp jew ma kienux mibgħuta skont kif tipprovdi il-liġi.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4636 u jgħid kemm inħarġu permessi ta' żvilupp outside development zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent xahar b'xahar mill-1 ta' Jannar 2008 sat-30 ta' Novembru, 2008?
Kemm inħarġu permessi ta' żvilupp outside development zone mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent f'dawn l-aħħar sentejn li kienu jinvolvu bini ta' strutturi fejn jinżammu/jitrabbew iż-żwiemel (horse stables)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4636.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm suldat li qegħdin mal-immigranti illegali li ġew mogħtija charge fuq ix-xogħol dawn l-aħħar sitt xhur? Fuq liema bażi ngħataw dawn iċ-charges?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F’dawn l-aħħar sitt xhur, kien hemm seba’ suldati stazzjonati mal-immigranti illegali li ġew mogħtija charge fuq ix-xogħol. Iċ-charges ġew mogħtija għar-raġunijiet kif elenkati hawn taħt:
a.
suldat naqas li jmur lura x-xogħol wara li spiċċa minn kors waqt li kien hemm
Stand By;
b. suldat beda jidgħi u jgħolli leħnu ma’ uffiċjal superjuri; l-istess suldat beda jagħti bis-sieq u jsabbat fuq il-bieb tal-
Control Room
ta’
Lyster Barracks;
c. suldat ħalla
ż
ewġ galdjoli mingħajr għassa;
d. suldat uża kliem ta’ insubordin
azzjoni ma’ uffiċjal superjuri;
e. suldat ħalla bieb ta’
compound
miftuħ u mingħajr superviżjoni bil-konsegwenza li immigrant ittanta jaħrab;
f. suldat naqas li jattendi għall-isparar; u
g. suldat naqas li jinvestiga ġlieda gravi bejn immigranti irregolari fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi.
Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent — Skema ta CPPS
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-ammont ta' flus li hemm fl-iskema tas-CPPS għand l-Awtorità tal-Ippjannar, għal dak li jikkonċerna l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad? Għall-istess inħawi kemm hu l-ammont ta' flus għand l-Awtorità għall-Ippjannar u l-Ambjent għal dak li hu titjib lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus li hemm fl-iskema tas-CPPS ghand l-Awtorità tal-Ippjanar, għal dak li jikkonċerna l-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Burmarrad fil-31 ta' Ottubru 2008 huwa ta' EUR 1,346,015. Għall-istess inħawi l-ammont ta' flus għand l-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent, għal dak li hu titjib lokali (Urban Improvement Fund) fil-31 ta' Ottubru 2008 huwa ta' EUR 86,021.