Jista' l-Ministru jgħid minn mindu sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyard kemm mill-ħaddiema li spiċċaw ġew impjegati mal-kunsill lokali jew entitajiet oħra? Kemm huwa l-ammont totali li sal-lum tħallas lil dawn il-ħaddiema? Mil-liema fondi tħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi meta sar l-aħħar restructuring exercise fil-Malta Shipyard in-numru ta’ ħaddiema tal-IPS Ltd assenjati mal-Kunsilli Lokali kien ta’ 145. Illum hemm 144.
Is-salajri li tħallsu lill-dawn il-ħaddiema sena b’sena hu kif ġej:
€
2003: 1,606,985
2004: 1,618,705
2005: 1,657,574
2006: 1,771,155
2007: 1,813,403
2008: 1,771,155
Is-salarji jirriflettu ċ-ċaqliq li sar matul is-snin minħabba irtirar mix-xogħol ta’ ħaddiema bil-pensjoni jew fuq invalidità, li ġew sostitwiti b’ħaddiema oħra. Ir-responsabbiltà ta’ l-assenjar ta’ ħaddiema tal-IPS Ltd ma’ Ministeri u Dipartimenti hu tal-IPS Ltd.
Dawn il-ħaddiema jitħallsu parti mill-fondi allokati lill-IPS Ltd u parti mill-fondi taħt il-Vot 9 – Dipartiment għall-Gvern Lokali
(item5210 – service to Local Councils)
.
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Urban Improvement Fund
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5270 u jikkonferma jekk il-fondi li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tigbor bħala Urban Improvement Fund humiex se jibqgħu jingħataw lill-kunsilli lokali rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema Urban Improvement Fund tal-MEPA għadha qed titħaddem u l-fondi jingħataw lill-Kunsilli Lokali jew lill-aġenziji tal-Gvern fuq proġetti għal titjib fiż-żoni urbani. S'issa ġew komessi aktar minn €4.4 miljun fuq 133 proġett proposti mill-Kunsilli Lokali u Dipartimenti tal-Gvern.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4778, 4244 u 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 4781, jista’ l-Prim Ministru jagħti t-tagħrif skond il-grad tal-ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 4781.
Biex tingħata risposta sħiħa u dettaljata kif mitluba f’din il-Mistoqsija, irid jittieħed ħafna żmien u riżorsi biex tinġabar l-informazzjoni, minħabba l-kwantità kbira ta’ gradi differenti, iżda jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq x’informazzjoni fuq xi grad partikulari, nitolbu jkun aktar speċifiku.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentarin 3296, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern iqisx li dan is-servizz jista’ jkun sostenibbli mingħajr għajnuna tal-Istat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern ikun f’pożizzjoni li jagħti ġudizzju fuq is-sostenibiltà ġaladarba jkun hemm proposta konkreta.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-audited accounts u l-financial reports tal-kumitati konġunti ta' l-LES minn meta bdiet titħaddem is-sistema ta' l-infurzar lokali sal-31 ta' Marzu, 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 838 qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-audited accounts tal-Kumitati Konġunti minn meta kull Kumitat beda jiġi awditjat.
Kumitat Konġunt Rapport għas-sena finanzjarja li tagħlaq:
1. Żejtun (G) 31 ta’ Marzu 2000 sa 31 ta’ Marzu 2007 (tmien (8) rapporti)
2. Sliema (H) 31 ta’ Marzu 2003 sa 31 ta’ Marzu 2007
(ħames (5) rapporti)
3. Għawdex 1 ta’ Marzu 2003 sa 31 ta’ Marzu 2007 (ħames (5) rapporti)
4. Tramuntana (San Pawl il-Baħar)
31 ta’ Marzu 2003 sa 31 ta’ Marzu 2007 (ħames (5) rapporti)
5. Ċentrali (Qormi) 31 ta’ Marzu 2004 sa 31 ta’ Marzu 2007 (erba’ (4) rapporti)
6. Birkirkara (C) 31 ta’ Marzu 2003 sa 31 ta’ Marzu 2007 (ħames (5) rapporti)
7. Fgura Ma jaddottawx is-sistema tal-
pooling
. Għaldaqstant l-
audited accounts
tas-sistema ta’ l-infurzar lokali isir individwalment mill-Kunsill Lokali membri ta’ dan il-Kumitat Konġunt.
8. Valletta Billi dan il-Kumitat hu kompost mill-Furjana u Valletta, dawn iż-żewġ lokalitajiet iżommu separatament l-
accounts
tas-sistema ta’ l-infurzar lokali rispettivi tagħhom ma’ dawk ġenerali tal-Kunsill.
9. Żurrieq Ma setgħatx tinġieb din l-informazzjoni, għax l-Uffiċjali Awtorizzat ta’ dan il-Kumitat Konġunt qiegħed indispost.
Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra kemm-il talba rċeviet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent sabiex l-istess Awtorità toħroġ permess li jkun meqjus li ġie approvat a tenur tal-paragrafu (f) tal-artiklu 36(6) ta' l-Att dwar l-Ippjanar? Kemm-il permess fil-fatt inħareġ a tenur ta' dan il-provvediment tal-liġi u kemm kienu rifjutati? Fejn il-permess ma nħariġx skond dan il-provvediment, x'kienet ir-raġuni li ngħatat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4684.
Jista' l-Ministru jgħid x'baġit kellu kull kunsill f'Malta tul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' jgħid kemm minn dan l-baġit kull kunsill jkollu jonfoq għall-spejjeż rikorenti u servizzi u pagi? Jista' dawn l-ispejjeż jingħataw lilna forma ta' tabella? Jista' jiprovdi tagħrif ta' kemm kull kunsill jifdallu flus biex jkun jista' juża għall-bżonnijiet tal-lokal tiegħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4580.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3971 u jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' tilwim industrijali li ġew rapportati lill-Gvern f'pajjiżna din is-sena u fl-aħħar 4 snin, sena b'sena? Kemm minnhom għadhom pendenti u x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fil-mument?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3971.
Persuni 'l fuq minn sittin sena — bordijiet tal-gvern
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4017 u 3148 u jgħid kemm hemm persuni li għandhom 'l fuq minn sittin sena li huma fuq bordijiet tal-gvern? Jekk iva, f'liema bord qegħdin? Kemm ilhom iservu f'dan il-bord? Fuq liema kriterji qegħdin iservu f'dawn il-bordijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3148.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4219 u jgħid u jispjega kif sejjer jkun imqassam l-istaġun tal-kaċċa u nsib għas-sena 2009? Jista' jiġi spjegat l-istaġuni permessi vis-à-vis speċi speċi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4219.
Jista' l-Prim Ministru jassigura li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tinforza li sit vakanti pjuttost kbir li jinsab fuq tliet toroq f'Ħaż-Żebbuġ, jigifieri Triq is-Sindku P. Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, jiddawwar b'ħajt hekk kif stipulat f'regolamenti li daħlu fis-seħħ numru ta' xhur ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit vakanti li jinsab fuq tliet toroq f'Haż-Żebbug, jiġifieri Triq is-Sindku P.Vella, Triq Dun Salv Ciappara u Triq Dun Salv Trevisan, kien ġie irrapurtat mill-kunsill lokali. Meta saru l-investigazzjonijiet mis-sezzjoni ta' l-infurzar tal-MEPA, ħareġ li fuq din l-art għaddejjin proċeduri ċivili fil-qrati biex jiġi determinat min hu sid l-art.
Minħabba f'hekk il-proċeduri minn naħa tal-MEPA waqfu għal ftit sakemm jiġi ċċarat dan il-punt. Sussegwentament, ġie deċiż li tinħareġ notifika ta' infurzar fuq sidien mhux magħrufa, li ser titwaħal fuq is-sit, taħt il-kriterju ta'
injury to amenity
skond kif stipulat f'artiklu 55 ta’ l-Att Nru 1 tal-liġi ta' l-ippjanar. Din in-notifika tagħti żmien sitt ġimghat biex jittella l-ħajt, jekk dan ma jsirx il-MEPA tinforma lil kunsill biex dan jissottometti stima tax-xogħolijiet li hemm bżonn biex tiġi evalwata mill-MEPA. Hekk kif il-MEPA tapprova din l-ispiża tinforma lil kunsill li x-xogħol jista’ isir u tħallas lil kunsill meta jitlesta.
Passaġġi fil-kampanja — Permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4573, billi l-aċċess għar-raba' huwa ta' importanza fundamentali għax-xogħol tar-raba', jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent issib mod aċċettabbli kif dawn il-mogħdijiet ikun jista' jsir xogħol fuqhom b'mod li hu aċċettabli ambjentalment iżda mingħajr ma jagħmel dan ix-xogħol xi ħaġa impossibli li jsir?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu bħalissa n-numru ta' applikazzjonijiet għat-twaqqigħ ta' bini li kienu jservu bħala lukandi, biex minnufih jinbena bini ieħor? Fejn jinstabu dawn l-applikazzjonijiet?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent li jinvolvu turbina/i tar-riħ? Jista' jagħti rendikont meta dawn l-applikazzjonijiet ġew sottomessi quddiem l-istess awtorità u fejn wasal l-ipproċessar ta’ kull waħda minnhom? Jista' jgħid kemm-il turbina tar-riħ ġiet approvata mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5140 u 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom?
Għawdex — Qbajjar - Wardens fl-inħawi tal-Promenade
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni qatt ma tara warden fl-inħawi tal-promenade tal-Qbajjar, Għawdex, peress li minkejja l-avviżi li jidhru fl-istess promenadema tarax ħlief tfal u rġiel bir-roti jiġġerrew fl-istess promenade u nies, lokali u barranin, jiġġerrew bil-klieb u jħammġu fl-istess lokalità?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm turisti barranin żaru Għawdex kull sena mill-2003 ‘l hawn? Kemm minnhom qattgħu lejl jew aktar f’Għawdex kull sena? Kemm-il lejl qattgħu f’Għawedx kull sena? Jista’ jagħti t-tagħrif mitlub xahar b'xahar?