Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaddiema — Sapport psikoloġiku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li kienu riferuti għal sapport psikoloġiku mill-Managers jew Kapijiet tad-Dipartimenti fejn jaħdmu mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema li għamlu użu bla ma kienu riferuti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Ħaddiema full-time u part-time mal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu full-time u part-time mal-Gvern b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: a. ’il fuq minn 65 sena; b. ’il fuq minn 70 sena; u ċ. ’il fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm dawn l-persuni kif ġejjin: ’il fuq minn 65 sena 3 ’il fuq minn 70 sena 6 ’il fuq minn 80 sena 1

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13832.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti ta’ fiduċja

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma l-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll min huma l-persuni li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja u/jew li ġew impjegati f'dawn l-entitajiet, xi rwol ingħataw u x'kienet il-kwalifika li ddistingwithom biex intgħażlu għal dan l-irwol, minn wara li laħaq Prim Ministru?

Response (ABELA, ROBERT)

Lista aġġornata tal-entitajiet se tkun ippublikata fil-jiem li ġejjin. Mill-informazzjoni li ngħatatli ma jirrizultax li hemm persuni fl-entitajiet taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li ngħataw kuntratti ta’ fiduċja.

Fond għall-Kawżi Ġusti — Entitajiet li bbenefikaw fis-sena 2023

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-entitajiet li bbenefikaw mill-Fond għall-Kawżi Ġusti matul l-2023? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont fi flus li ħadet kull entità u d-data ta’ meta ħarġet l-ittra tal-approvazzjoni għal kull entità?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar il-Fond għall-Kawżi Soċjali titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif ikun konkluż l-awditjar tar-rapport finanzjarju aktar tard matul is-sena.

Deċiżjoni ta’ sentenza

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14025 u 14026 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ulterjuri ser jittieħdu fir-rigward tal-impjegati varji wara u in konsegwenza tas-sentenza deċiża fil-25 ta' Frar 2021, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u dan kemm għall-impjegati li kienu parti fil-kawża kif ukoll dawk li ma kinux parti imma li għandhom interess?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar — Uffiċċju tas-‘servizz.gov’

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13349, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-ċentru tal-Qawra hux qed jinfetaħ? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma l-ġranet u l-ħinijiet li fih qed jinfetaħ dan iċ-ċentru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ċ-Ċentru l-ġdid ta’ San Pawl il-Baħar ntlaqa’ tajjeb ħafna minn dawk li jużaw is-servizz u minn analiżi li għamel is-Servizz Pubbliku jirriżulta li 70% tal-individwi li jagħmlu użu minnu qed isibu dan iċ-Ċentru eqreb minn dak tal-Qawra. Għalhekk kont infurmat li l-Aġenzija servizz.gov hija inklinata li fl-immedjat tiffoka l-ħidma u s-servizzi tagħha miċ-Ċentru ta’ San Pawl il-Baħar. Fl-istess ħin l-Aġenzija tibqa’ flessibbli u impenjata li twieġeb minnufih jekk tinqala’ l-ħtieġa li jerġa’ jiftaħ iċ-Ċentru tal-Qawra fi ġranet speċifiċi abbażi ta’ ċirkostanzi u domanda li jkunu qed jevolvu.

Rapport annwali tal-Kumitat tas-Sigurtà għas-Sena 2022

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi tħalla barra mir-rapport annwali tal-Kumitat tas-Sigurtà għas-sena 2022? Jista' wkoll jikkoreġi d-dikjarazzjoni tiegħu bid-data ta' nhar it-22 ta' Diċembru 2023 f'każ li ma tħalla xejn barra mir-rapport annwali tal-Kumitat tas-Sigurtà għas-Sena 2022 u li kopja tiegħu flimkien mal-imsemmija dikjarazzjoni ġew imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-8 ta' Jannar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ir-rapport li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra huwa dak approvat mill-Kumitat tas-Sigurtà għal dan il-għan u ma hi meħtieġa ebda korrezzjoni.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13940 u 14149 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jista’ il-Prim Ministru jgħid jekk ġewx ivvutati fondi sabiex il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid tiġi maqlugħa u ssir mill-ġdid?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13940.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni - Allowances

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament tħallsitx l-allowances li kienet intitolata għalihom bħala parti mill-pakkett tagħha? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni - Allowances

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tħallasx l-allowances li kien intitolat għalihom bħala parti mill-pakkett tiegħu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena minn meta nbeda l-impjieg tal-individwu sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni - Allowances

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tħallasx l-allowances li kien intitolat għalihom bħala parti mill-pakkett tiegħu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni relatata mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet dwar il-ħlas ta’ dawn l-allowances u l-bażi tad-deċiżjoni li ttieħdet u jagħti din l-informazzjoni sena b’sena sa minn meta nbeda l-impjieg tal-persuna sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Laqgħat bejn il-Gvern u kumpaniji privati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta saru l-laqgħat bejn rappreżentanti tal-Gvern u rappreżentanti tal-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll min attenda u jekk jeżistux minuti ta' dawn il-laqgħat?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien qatt ma ltqajt mas-Sur Changpeng Zhao.

Taxxa pagabbli lill-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, għandhomx jagħtu flejjes f'taxxa lill-Gvern Malti u kemm huwa l-ammont?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Avviżi — Numri tal-bibien ġodda

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13851, u jgħid minn fejn wieħed jista’ jaċċessa lista ta’ avviżi ppubblikati qabel l-2013, relatati ma’ eżerċizzji li saru biex jiġu assenjati numri tal-bibien ġodda?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Address Management Unit fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali twettaq riċerki relatati ma’ numerar ta’ bibien u tismija ta’ toroq mill-1997 sal-lum il-ġurnata fuq talbiet li jsiru bil-miktub. L-istess unit qed taħdem fuq websajt fejn il-pubbliku se jkollu l-opportunità jaċċessa dawn ir-riċerki onlajn. Barra minn hekk din l-istess Unit se tibda tirriċerka kull notifikazzjoni uffiċjali li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern relatata man-numerar ta’ bibien u t-tismija ta’ toroq sa mill-ewwel pubblikazzjoni li tmur lura għal iktar minn 135 sena. Dan se jkun qed jinvolvi xogħol vast u metikoluż biex jiġu skenjati eluf ta’ paġni tal-Gazzetta tal-Gvern.