Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin kienu qed isegwu kull sena mill-2004 ‘l hawn korsijiet Universitarji full-time u part-time rispettivament, nisa għalihom u rġiel għalihom, ta’: Dottorat fil-Mediċina, Baċellerat u Masters fl-arti, Baċellerat fl-Istudji dwar Konservazzjoni u Restawr, Baċellerat fil-Liġi u Studji Umanistiċi, Dottorat fil-Liġi, Masters fl-Arts in Public Policy, Baċellerat fil-Psikoloġija, Masters fi Studji Diplomatiċi, Baċellerat ta’ Xjenza fl-ICT, Masters tal-Arti fil-Bioetika, Baċellerat fi Studji Ewropej, Diploma fl-Agrikoltura, Baċellerat fl-Agrikoltura, Masters fl-Agrikoltura? Tista’ tagħti kull sena f’liema sena kienu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm impjegati, Maltin għalihom u Għawdxin għalihom kif ukoll rġiel għalihom u nisa għalihom, mal-European Union Programmes Unit kull sena mill-2000 ‘l hawn? Tista’ tagħti l-informazzjoni mitluba skont il-grad tal-impjegati? Tista’ tagħti t-tul ta’ żmien fl-impjieg ta’ kull impjegat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — servizz ta' karozzi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li matul l-2010 ntnefqet għall-użu ta' servizzi tal-karozzi mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtha? Kemm kien in-numru ta' karozzi in kwestjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qegħda titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — calls for application
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ħarġu calls for application fl-aħħar sena mill-Ministeru u mid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru? Kemm kien hemm applikazzjonijiet? Kemm kienu l-persuni li għaddew? Kemm ġew magħżula/ingaġġati? Jekk il-bqija ta' dawn li għaddew hux se jiġu ingaġġati fiż-żmien li ġej? Għalkemm tul ta' żmien jibqa' jgħodd ir-riżultat tal-eżami f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru telefonati lill-Aġenzija Appoġġ fuq il-linja 179 sena b’sena bejn l-2005 u l-2010 u x’tip ta’ problemi kienu jitrattaw dawn it-telefonati ? Kemm kienu l-persuni li fuq il-bażi ta’ dawn it-telefonati, ingħataw appuntament ma’ professjonisti tal-Appoġġ stess u kemm kienu l-persuni li kienu riferuti għal appuntament fis-settur privat? Xi kriterji jintużaw biex persuna tkun riferuta lis-settur privat u xi kriterji jintużaw biex jintgħażel min jagħti s-servizz fis-settur privat ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija Appoġġ — psikologi u psikjatri reġistrati
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-psikologi u l-psikjatri reġistrati u kwalifikati li bħalissa huma impjegati full-time u part-time b’mod separat mal-Aġenzija Appoġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aġenzija Appoġġ timpjega 2 psikologi fuq bażi full-time, 4 psikologi fuq bażi part-time u psikoterapista fuq bażi part-time. L-Aġenzija m’għandha l-ebda psikjatra jaħdem magħha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma l-psikoterapisti tal-familja reġistrati u kwalifikati li bħalissa huma impjegati full-time u part-time b’mod separat mal-Aġenzija Appoġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aġenzija Appoġġ timpjega
family therapist
full-time
li bħalissa qed taħdem fuq bażi ta’
reduced hours
,
family therapist
fuq bażi ta’
part-time
u
family therapy worker
fuq bażi ta’
part-time
. Fil-preżent hemm ukoll pożizzjoni ta’
family therapist
li qegħda fil-proċess li timtela.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huma s-social workers reġistrati u kwalifikati li bħalissa huma impjegati full-time u part-time b’mod separat mal-Aġenzija Appoġġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fi ħdan l-Appoġġ hemm total ta’ 122
social worker
li jaħdmu fuq bażi
full time
u 14-il
social worker
li jaħdmu fuq bażi
part-time
.
Minn dawn hemm 83 li għandhom is-
social work warrant
li jaħdmu fuq bażi
fulltime
u 6 li għandhom il-
warrant
u li jaħdmu
part-time
. Is-
social workers
jingħataw il-
warrant
wara li jkunu ilhom jaħdmu sentejn bħala
social workers
.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li laħqu l-età pensjonabbli u li qegħdin japplikaw mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sabiex isibu xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta persuna tilħaq l-eta` pensjonabbli ma tistax tirreġistra għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru. Però wieħed jista’ jirreġistra taħt parti oħra, dik ta` xogħol
part time
. Fuq din il-parti hemm 16-il persuna jirreġistraw.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta’ studenti li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali li qegħdin jistudjaw l-Università, lokalità lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta’ tfal li qegħdin taħt care order li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il disterett elettorali, lokalità lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar in-numru ta’ student li qed jattendu xi kors fl-MCAST, preżentement u li ġejjin mil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett elettorali, lokalità lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għaqdiet Sportivi — training camps ma' pajjiżi oħra
Question
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk għaqdiet sportivi lokali jistgħux jibbenefikaw minn skemi ta’ skambji ma' għaqdiet rispettivi f’pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jwettqu skambji u training camps għand xulxin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iva, għaqdiet sportivi jistgħu japplikaw għal skemi ta’ skambju dment li l-proġett ikollu element ta’ edukazzjoni formali u nformali għal żgħażagħ ta’ età bejn 13 u 30 sena . It-tagħrif jinstab kollu għand l-aġenzija taż-żgħażagħ li twaqqfet dan l-aħħar fi ħdan il-Ministeru.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm skemi speċifiċi biex jitwaqqfu għaqdiet ġodda, fil-qasam soċjali, sportivi jew kulturali, li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn skemi tal-Unjoni Ewropea biex jitwaqqfu u jkomplu jaħdmu għall-benefiċċju tal-lokalità li fiha jkunu mwaqqfa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-dekasteru tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja ma hemm l-ebda skema speċifika tal-Unjoni Ewropea biex jitwaqqfu għaqdiet ġodda fil-qasam Soċjali, Sportivi jew Kulturali.
Tista' l-Ministru tgħid kif is-somma mogħtija lill-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li kienet dovuta lilu minħabba li ħadem fis-Servizz Ingliż, u li ingħatat fl-2008, minnhom ġew meħuda bħala taxxa l-ammont ta' €13,064 meta dan ilu pensjonant għall-15-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew persuna tal-fiduċja tagħha biex tavviċina l-Uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Ħruġ għall-offerta għal digitization and ICT equipment
Question
B'referenza għall-ħruġ ta' offerta, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tista' l-Ministru tgħid jekk evalwax id-dokumentazzjoni kollha tal-offerta u tara jekk l-ispeċifikazzjonijiet tagħha humiex imfasslin b'mod biex jaġevola lil xi wieħed mill-offerenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li d-dokumenti sottomessi minn ħames kumpaniji għas-sejħa għall-offerti b’referenza CT 3095/2010 bħalissa għadhom fil-proċess tal-evalwazzjoni. L-ispeċifikazzjonijiet fis-sejħa inkitbu skont il-bżonnijiet tal-Proġett ta’ Diġitizzazzjoni fil-Bibljoteka Nazzjonali.
Fid-dokument tas-sejħa għat-
tenders
kif ukoll waqt il-laqgħa ta’ informazzjoni li saret mal-kumpaniji interessati, ġie indikat ċar li dawk l-offerti li ma jikkwalifikawx skont l-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa ma jiġux ikkunsidrati. Għaldaqstant kienu dawk biss li setgħu joffru l-apparat mitlub fis-sejħa li kellhom jissottomettu l-offerti tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għad fadal djar tal-gvern li kienu nxtraw bħala parti mill-Home Ownership Schemes li għadhom fi stadju ta' konvenju? Tista' tagħti n-numru ta' dawn id-djar skont il-lokalitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
ETC — parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax- xogħol
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma wettaq il-gvern u l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fis-sena 2010 biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-mara fid-dinja tax- xogħol? Kemm kienu n-nisa li applikaw għax-xogħol fl-2010? X'etajiet kellhom, kemm minnhom ġew impjegati u f'liema settur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
binijet residenzjali tal-gvern — programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni
Question
Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet komuni fil-binijet residenzjali tal-gvern, jekk hemmx il-ħsieb li tibda taħdem l-assoċjazzjoni għar-residenti ta' kull binja? Taħt min tkun taqa' din l-assoċjazzjoni taħt il-kunsill lokali jew taħt il-Gvern Ċentrali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-kundizzjonijiet mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 24288.
Tista' l-Ministru tgħid, fid-dawl tal-iskema l-ġdida għal programm ta' manutenzjoni tal-partijiet il-komuni fil-binijiet residenzjali tal-gvern, fejn hu mitlub li titwaqqaf assoċjazzjoni tar-residenti, min jista' jkun mitlub biex ikun amministratur tal-binja? X'se tkun il-funzjoni tiegħu u kif se jitħallas?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għall-kundizzjonijiet mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 24288.