Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16824 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li tressqu l-qorti — reat ta' ħsara volontarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2006 sal-lum, kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati bir-reat ta' ħsara volontarja? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu b'arrest u kemm biċ-ċitazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi kriminali ta’ ħsara volontarja mis-sena 2006 'l hawn kien kif ġej: 2006 2007 2008 2009 2010* 175 179 172 122 53 * sat-30/04/10 Infurmat ukoll illi it-tagħrif dwar kemm minn dawn tressqu b’arrest jew b’ċitazzjoni, mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.
Leg 11 PQ #16828 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Uffiċċju tal-Ażil

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett, x’qed isir bħalissa u meta ser jibda jaħdem l-uffiċċju tal-ażil f’pajjiżna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li, wara li għaddiet id-Direttiva għat-twaqqif ta’ l-Aġenzija European Asylum Support Office, il-Kummissjoni ħarġet is-sejħa għar-reklutaġġ tad-Direttur Eżekuttiv, liema sejħa għalqet fid-9 ta’ April 2010. Bħalissa l-Kummissjoni qed tieħu passi biex jiġi nnominat il-Management Board. Huwa maħsub li l-Kummissjoni tkun f’posizzjoni li tlaqqa’ l-ewwel Board Meeting lejn l-aħħar tas-sena. Infurmat ukoll lli matul l-aħħar xhur il-Kummissjoni u dan il-Ministeru kienu f’kuntatti diretti sabiex jintlaħaq ftehim fuq il-kundizzjonijiet tal-kirja ta’ l-uffiċini li ġew offruti mill-Gvern Malti.
Leg 11 PQ #16243 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunali għat-talbiet żgħar — chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma ċ-chairmen tat-Tribunali għat-Talbiet Żgħar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-chairmen tat-Tribunal għal Talbiet Żgħar huma s-Segwenti:- Dr Veronica Galea Debono Dr Ian Spiteri Bailey Dr Raphael Fenech Adami Dr Maria Karlsson Dr Greta Mifsud Agius Dr Mario Scerri (Għawdex - li jiġi sostitwit b'Dr Maria Karlsson)
Leg 11 PQ #16244 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal għat-Talbiet Żgħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa' lill-gvern ta' Malta t-tħaddim tat-Tribunal għat-Talbiet Żgħar għas-snin 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-ispiża mill-Qrati tal-Ġustizzja għat-tħaddim tat-Tribunal għat-Talbiet Żgħar għal-2009 u minn Jannar sa Marzu 2010 kienet ta' €132,072.61 u €35,772.15 rispettivament.
Leg 11 PQ #16245 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-membri tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni huma l-Kurunell John Harrison u l-Avukat Raymond Zammit.
Leg 11 PQ #16246 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Każijiet ġodda quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ppreżentati każijiet ġodda quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni fis-snin 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-2009 il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni rċeviet quddiemha 7 allegazzjonijiet ġodda filwaqt ma kien hemm l-ebda każ ġdid fl-ewwel tliet xhur tal-2010.
Leg 11 PQ #16247 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi każijiet quddiem it-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni fis-snin 2009 u 2010? Kemm għad baqa' każijiet pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Art. 4 (kap 326) il-funzjonijiet tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni huma li tikkunsidra atti ta' l-korruzzjoni allegati jew suspetti, u tinvestiga, iżda ma tiddeċidiex każijiet. F'każijiet fejn ma jkunx hemm indizji biżżejjed ta' atti ta' korruzzjoni skont il-liġi, il-Kummissjoni tagħlaq il-każ u tarkivjah. Ninsab infurmat illi matul l-2009 ġew magħluqa u arkivjati 8 każijiet filwaqt li matul 2010 ġie arkivjat każ wieħed u żewġ każijiet għadhom pendenti.
Leg 11 PQ #16248 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa' t-Tribunal għall-Investigazzjoni tal-Korruzzjoni fis-snin 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni għas-snin 2009 u 2010 s'issa kienet tammonta għas-somma ta' €57,817 u €2,009 rispettivament.
Leg 11 PQ #16556 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — persuni li laħqu l-età tal-irtirar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-persuni li laħqu l-età ta' rtirar iżda reġa' ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom f'din l-aħħar sena? Jista' jindika ukoll f'liema dipartiment u f'liema gradi sar dan it-tiġdid?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi f'din l-aħħar sena kien hemm 9 persuni li laħqu l-età ta' rtirar fejn reġa ġie mġedded it-terminu tal-impjieg tagħhom, impjegat fid-Diviżjoni tal-Qrati tal-Ġustizzja li għandu l-grad ta' Marixall u 8 impjegati li huma membri fil-Korp tal-Pulizija li għażlu li jibqgħu jservu sal-età ta' 61 sena, li għandhom il-grad ta' 2 Supretendenti, 2 Spetturi, 1 Surġent Maġġur u 3 Kuntistabbli.
Leg 11 PQ #16643 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni mtella' l-Qorti fuq korruzzjoni ta' minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti f'dawn l-aħħar ħames snin akkużati b'reat ta' korruzzjoni ta' minorenni (defilement minors)? Kemm ġew misjuba ħatja u kemm ġew liberati? Jista' jindika l-etajiet tal-allegati vittmi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2006 sa l-aħħar ta' Marzu 2010 kien hemm 195 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi b'reat ta' korruzzjoni ta' minorenni kif spjegat fit-tabella t'hawn taħt. Infurmat ukoll li l-etàtal-vittmi kienet tvarja bejn is-sentejn u s-17-il sena. 2006 2007 2008 2009 2010 Numru ta' persuni mressqa l-Qorti 38 45 42 60 10 Numru ta' persuni li nstabu ħatja 31 14 20 20 5 Numru ta' persuni li ġew liberati 2 - - - 1 (proċess eżawrit)
Leg 11 PQ #16644 Sitting 214 2010-05-04 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

tibdil fis-sistema tar-recording tapes

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux maħsub illi tinbidel is-sistema ta' recording permezz ta' casette tapes u tiġi sostitwita b'sistema aktar moderna? Jista' jgħid sartix stima kemm din eventwalment tiswa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed issir riċerka dwar diversi tipi ta' sistemi li hawn fis-suq u diversi sistemi oħra li qed jintużaw f'pajjiżi ġirien tagħna biex inkunu nistgħu naddattaw l-aħjar sistema. Ninsab infurmat illi huwa kkalkulat li dawn it-tipi ta' sistemi moderni huma stmati li jiswew madwar €130,000 għal 24 Awla.

Minister tal-Ġustizzja u l-Intern — Architecture Project - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw xogħol id-ditta ta' periti Architecture Project mill-Ministru u l-entitajiet li jiffurmaw parti minnu matul dawn l-aħħar 12-il sena? F'kull każ, x'kien jikkonsisti x-xogħol, kemm kien il-valur tax-xogħol u kemm tħallas minnu? Meta ingħata dan ix-xogħol u meta tlesta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi x-xogħol li ngħata lid-Ditta ta' Periti Architecture Project kien mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u li kien jikkonsisti f'servizz ta' konsultazzjoni bi tħejjija ta' analiżi ta' proġetti eżistenti għal akkomodazzjoni għal użi ġodda, inkluż il-preparazzjoni ta' preżentazzjoni bi pjanti u l-użi, komunikazzjoni mal-MEPA għar-riattivazzjoni tal-applikazzjoni li kienet saret magħha kif ukoll applikazzjoni lill-MEPA għal xogħlijiet ta' emerġenza. Infurmat ukoll li dan ix-xogħol ingħata u tlesta bejn l-2000 u l-2005 u li l-valur tiegħu kien jammonta għal €3,985.56, liema ammont kien tħallas kollu.
Leg 11 PQ #16236 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li spiċċaw il-ħabs minħabba kazijiet ta' VAT

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm-il persuna spiccat il-ħabs minhabba kazijiet in konnessjoni mal-VAT?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-2004 sas-7 ta' April 2010 kien hemm 106 persuna li spiċċat il-ħabs minħabba każijiet in konnesjoni mal-VAT.
Leg 11 PQ #16239 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

avukati u prokuraturi legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jelenka min huma l-avukati u prokuraturi legali li ġew appuntati għal għajnuna legali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Avukati u l-Prokuraturi Legali li ġew appuntati għal Għajnuna Legali huma skont l-Avviż Numru 174 ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta' Frar 2010 u l-Avviż Numru 254 ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta' Marzu 2010 rispettivament. Qed inqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #16240 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

servizz tal-għajnuna legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa s-servizz tal-għajnuna legali għall-perjodu 2007, 2008, 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi s-servizz tal-Għajnuna Legali għall-perjodu msemmi mill-Onorevoli Membru huwa kif ġej:-
Leg 11 PQ #16241 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kummissarju tal-Ġustizzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-avukati li qed iservu bħala Kummissarju tal-Ġustizzja u liema distretti jaqgħu taħthom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Avukati li qed iservu bħala Kummissarju tal-Ġustizzja huma:- Dr Noel Bartolo Dr Roberta Fenech Gauci Dr Mario Scerri Dr Ian Micallef Dr Matthew Brincat Dr Kris Balzan Dr Robert Mangion Dr Deborah Farrugia Dr Francesco Depasquale Peress li d-Dipartiment tal-Gvern Lokali huwa l-awtorità responsabbli li jassenja d-distretti lill-Kummissarji tal-Ġustizzja, nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi l-aħħar parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #16242 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Tribunali tal-Ġustizzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiswew lill-gvern it-Tribunali tal-Ġustizzja?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jispeċifika għal liema Tribunali tal-Ġustizzja qed jirreferi.
Leg 11 PQ #16296 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Administrative Law Enforcement — suġġerimenti tal-FKNK u l-BirdLife

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fl-Administrative Law Enformcement bħalissa? Kemm kien hemm fl-aħħar erba' snin? X'sar minnu s-suġġeriment tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konsevazzjonisti u tal-BirdLife biex jitwaqqaf Wild Life Crime Unit?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar erba' snin, kif ukoll, fil-preżent hemm 24 membru jservu fit-Taqsima ta’ l-Administrative Law Enforcement tal-Korp tal-Pulizija. Dan in-numru jkun awmentat minn żmien għal żmien skont in-neċessità. Infurmat ukoll li din is-sena, b’effett mit-23 ta’ April, kien hemm 25 membri oħra tal-Korp li ġew temporanjament assenjati xogħol ma' din it-taqsima. Dan barra li l-Pulizija l-oħra li jaħdmu fid-Distrett jassistu wkoll fl-infurzar tar-regolamenti tal-kaċċa. Għaldaqstant ma jidhirx li għalissa hemm il-ħtieġa li tinħoloq xi sezzjoni oħra fil-Korp tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #16531 Sitting 213 2010-05-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — xiri ta' computers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers inkluż laptops u/jew notebook computers fid-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar 2008 sal-lum? Għal min inxtraw u kemm kien il-prezz? Min awtorizza dan ix-xiri?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

inċidenti fatali fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-inċidenti li seħħew fit-toroq tagħna tul l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u jgħid liema minnhom ġew segwiti bil-mewt tal-vittma?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Sena Numru ta’ incidenti rappurtati Incidenti Fatali Vittmi ta’ ncidenti Fatali 2000 12996 12 15 2001 13660 19 19 2002 14294 15 17 2003 14270 17 17 2004 5866 12 14 2005 4181 13 18 2006 4766 11 11 2007 5008 14 14 2008 3896 15 15 2009 2978 16 21 2010* 689 7 7 *sal-31/03/2010 Ta’ min jinnota illi minn Marzu 2004, l-inċidenti tat-traffiku fejn ma jkun weġġa’ ħadd u ma jkunx hemm ħsara fi proprjetà tal-Gvern, bdew jiġu investigati mill-Gwardjani Lokali.