Ħaż-Żebbuġ — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Ħaż-Żebbuġ u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Ħaż-Żebbuġ jinkludu Triq Ġużeppi Bonanni, Triq il-Mitħna, Triq Ħal Dwin, Triq Michael Debono, Triq l-Imdina, Triq Għaqba, De Rohan Roundabout, Triq tal-Ħlas, Triq Dun Mikiel Xerri, Triq il-Buskett, Triq il-Kaċċa, Triq it-Troll, Triq bla isem fi Triq il-Buskett, Triq Mario Frank Galea, Trejqet l-Għollieq, parti minn Triq Luigi Fontanta, Triq ta’ Batu, Triq Santa Marija, Wied ta’ Sant’Antnin, Triq il-Fraxxnu, Triq l-Għasir, Triq il-Buskett, parti minn Triq Mons Anton Cilia, Triq bla isem kantuniera ma’ Triq Ħaż-Żebbuġ, Sqaq fi Triq 12 ta’ Mejju, Triq MA Vassalli-Pullicino, Triq Ambr Buttigieg, Triq Emm Cilia, Triq Profs Ant Zammit, Triq Karlu Gimach, Triq l-Iskalora, Trejqa tas-Saqwi, Wied Boqqiegħa fi Triq il-Gandlora, Triq l-Insiġ, Triq it-Twila, parti minn Triq Sciortino, Triq Frans Sammut, Sqaq Busketto Road, parti minn Triq Luigi Fontana, Triq ġdida fi Triq Ħ’Attard, Triq il-Ħlewwa, Triq Pawlu Balzan, Sqaq tal-Barrieri, Triq id-Duluri, Triq Andrea Bogdan, Triq ix-Xgħir, Triq Pawlu Debono, Triq Prinċep Bażiliku, Triq JP Vassallo, Triq Mula, Triq Mamo, Triq John Zammit, Triq il-Qamħ, Triq Wied Qirda, Triq il-Ħali, Triq il-Madonna, parti minn Sidtna tal-Anġli, Triq Ħas-Sajd, Triq bla isem fi Triq San Martin, Triq San Martin, Sqaq numru 4 fi Triq Ħal Dwin, Triq Lord Gort, Triq Gianni Cilia, parti minn Triq Luret Cutajar, parti minn Triq Angelo Melilli, Triq ġdida fi Triq Dun MA Sapiano, Triq il-Kaċċa, Triq it-Troll, Trejqa tas-Saqwi, Triq Wied is-Sewda, Ta’ Bakja, Triq ta’ Qenċ u Sqaq tal-Barrieri, saru b’investiment ta’ aktar minn €14 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.
Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.