Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel – infermiera minn pajjiżi terzi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera minn pajjiżi terzi, "third country nationals" (barra mill-UE), li huma rreġistrati mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 1627 infermiera minn pajjiżi terzi li huma rreġistrati mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel.
Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel — nazzjonalità tal-infermiera minn pajjiżi barra mill-UE
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi n-nazzjonalità tal-infermiera li ġejjin minn pajjiżi barra mill-UE u li huma rreġistrati mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel? (persentaġġi minn kull pajjiż)
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi jara t-tabella hawn annessa.
Armenia
5
0.31
Australia
5
0.31
Canada
1
0.06
China
1
0.06
Colombia
1
0.06
Eritrea
1
0.06
Ethiopia
2
0.12
Ghana
1
0.06
India
1068
65.64
Kenya
7
0.43
Libya
1
0.06
Moldova
1
0.06
Nigeria
27
1.66
Norway
2
0.12
Pakistan
238
14.63
Palestine
1
0.06
Peru
1
0.06
Philippines
114
7.01
Russia
3
0.18
Serbia
11
0.68
Somalia
1
0.06
South Africa
2
0.12
Srilanka
1
0.06
Ukraine
1
0.06
United Kingdom
120
7.38
Zimbabwe
6
0.37
TOTAL
1627
Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel – infermiera minn pajjiżi terzi li għadhom qegħdin jipprattikaw
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera minn pajjiżi terzi, (third country nationals, barra mill-UE), li huma rreġistrati mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel u għadhom qegħdin jipprattikaw bħala infermiera?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 2801
Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel – infermiera minn pajjiżi barra mill-UE — nazzjonalità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi n-nazzjonalità tal-infermiera li ġejjin minn barra mill-UE li huma rreġistrati mal-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel u għadhom jipprattikaw bħala infermiera? (persentaġġi minn kull pajjiż)
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 2802
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera minn pajjiżi terzi li ħallew pajjiżna minn Jannar 2020 sa Settembru 2022? (informazzjoni kull sena)
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 2800.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — konsulenzi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 326, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti ta' dawn il-kuntratti indefiniti sena b'sena mill-2017 sal-2022?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-konsulenti li huma ingaġġati b’kuntratti indefiniti sena b'sena mill-2017 sa Awwissu 2022 huma kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il operazzjoni relatata mal-oftalmologija ġiet posposta fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Ġunju u l-21 ta’ Settembru 2022 u x’kienu r-raġunijiet għall-posponiment/ikkanċellar ta’ dawn il-proċeduri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Ġunju u l-21 ta’ Settembru 2022 saru 2063 operazzjonijiet tal-oftalmologija. Fl-istess żmien tħassru 135 operazzjoni għal ragunijiet mediċi tal-pazjent, 49 għax il-pazjent ma ġiex l-isptar, 128 minħabba problemi b’appart jew medical devices u 61 għal raġunijiet varji oħra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li bejn l-1 ta’ Ġunju u l-21 ta’ Settembru 2022 ma kienx hemm biżżejjed provvisti fl-Isptar Mater Dei biex isiru proċeduri tal-kataretti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tender ġdid għax-xiri tat-tagħmir għall-proċedura msemmija, kellu diffikultajiet li issa qed jiġu indirizzati.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma kienx hemm perjodi fis-sena 2021 u fl-2022 fejn l-Etonox gas, li jintuża waqt il-ħlas u anke f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kien out of stock u kemm dam out of stock? Jista’ jgħid x’kienet l-alternattiva għalih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gas Entonox f’każ ta’ bżonn kliniku huwa disponibbli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien il-baġit propost li jintuża fil-qasam tas-saħħa mentali għall-2022 u kemm minnu fil-verità ġie investit u f’liema oqsma kategorizzati bħala terapija, edukazzjoni u prevenzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Budget fil-qasam tas-saħħa mentali għall-2022 kien Euro61,770,000.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed jiġi propost li jiġi emendat il-mod ta’ kif tingħata s-Severe Disability Allowance lil nies li jbatu minn problema ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Programm ta’ impjieg għal persuni li jkunu lestew programm ta’ terapija fil-kura tas-saħħa mentali inpatient
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx programm ta’ impjieg li persuni li jkunu lestew programm ta’ terapija fil-kura tas-saħħa mentali inpatient ikunu jistgħu jirrikorru għalih? Jista’ jikkonferma jeżistix dan il-programm mas-settur pubbliku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuni li jbatu minn mard ta’ saħħa mentali li jkunu lestew it-terapija fil-kura tas-saħħa mentali u li jkunu ġew rilaxxati mill-isptar, jiġu mħeġġa sabiex jirreġistraw ruħhom mal-Fondazzjoni Lino Spiteri. Din il-Fondazzjoni toffri taħriġ ta’ xogħol u opportunitajiet ta’ integrazzjoni tax-xogħol għal nies vulnerabbli.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-ħaddiema (minbarra l-infermiera u l-qwiebel) kienu mitluba jinfurmaw lid-Dipartiment tar-Riżorsi Umani x'Time Off In Lieu kellhom (TOIL)? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-ħaddiema ġewx mitluba biex jieħdu dan it-TOIL qabel tmiem is-sena? Jista' jikkonferma jekk kinitx prattika normali li l-impjegati tas-settur tas-saħħa jingħataw il-benefiċċju li jieħdu t-TOIL qabel? Jista’ jgħid ukoll kemm għandhom jittieħdu sigħat ta’ TOIL minn dan l-istaff u bejn kemm ħaddiema u jekk dan hux ser jolqot il-complement tal-istaff li diġà qed jiddeterjora?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fejn mhux provdut mod ieħor permezz ta’ ftehim settorali, it-tħaddim u l-ġestjoni tat-time-off-in-lieu fis-Servizz Pubbliku huwa regolat mill-Public Service Management Code, paragrafu 2.2.7.1.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jsir rinnovar b’mod ħolistiku fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol ta’ manutenzjoni ġenerali u mmodernizzar li għandu jwassal għal rinnovar b’mod ħolistiku taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi ilu li beda xahrejn u qieħhed fi stadju avvanzat.
Ministeru għas-Saħħa — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għas-Saħħa – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kull meta jsir tindif u tibdil tal-ilma tal-pixxina li tintuża fl-isptar ta’ riabilitazzjoni St Lukes Hospital, jekk hemmx xi skeda ta’ kull meta għandu jsir tindif u jinżammux records ta’ dan? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi testijiet li jsiru fuq pazjenti biex jiġi assigurat li ma jsofrux minn xi infezzjonijiet li jistgħu jiġu trasmessi minn persuna għal oħra qabel jużaw il-pixxina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kuljum isir it-tindif neċessarju ġol pixxina ta’ riabilitazzjoni ta' St Lukes Hospital u ssir backwash minn tal-inqas darba kuljum. L-iskeda ta’ tindif issir taħt is-superviżjoni tat-terapisti responsabbli. Il-parametri jiġu ċċekkjati tliet darbiet kuljum u t-trattamenti kimiċi jiġu mniżżla fuq log sheets u darba fil-ġimgħa jsir sample minn terzi persuni indipendenti. Il-pazjenti kollha jiġu screened għal mard infettiv.