Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24774 u jagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onoervoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet 14257, 15954, 16711 u 24890, ngħarrfu li n-numri ta' membri fuq dawn il-Bordijiet ma nbidilx għalkemm matul iż-żmien kien hemm bdil biss ta' numru ta' persuni li jservu fuq il-bordijiet.
Billi ħafna ħaddiema Ġappuniżi kellhom jabbandunaw l-impjant nukleari ta' Fukushima minħabba l-after shock tat-terremot il-ġdid, jista' l-Ministru jgħid x'passi kontinwi u intensivi ta' moniteraġġ qegħdin jittieħdu mill-awtoritajiet lokali biex jiġi żgurat bl-aktar mod xjentifiku kull ċaqlieqa li jista' jkun hemm fil-livelli ta' radjazzjoni li jistgħu jilħqu lil pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 365.15 dwar Sigurta Nukleari u l-Protezzjoni mir-Radjazzjoni, nistiednu jressaq din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Billi fil-mistoqsija parlamentari 24911 għidt li l-estrazzjoni tal-ilma huwa stmat li jlaħħaq 18miljun metru kubu u billi fis-sena 2006 l-FAO qalet li l-istima għas-sena 2002 kienet ta' 15-il miljun metru kubu, jista' l-Ministru jispjega kif hemm din iż-żieda fil-konsum meta l-gvern suppost kien qed jikkontrolla jew almenu jrażżan l-abbuż mill-boreholes?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif spjegajt fit-tweġiba parlamentari 24911, sallum jeżistu biss stimi jew statistika minn diversi sorsi li mhumiex eżawrjenti. Huwa għalhekk ukoll importanti li jitwaħħlu l-meters sabiex tkun stabbilita l-figura reali tal-estrazzjoni tal-ilma tal-pjan minn setturi differenti.
Marsa — żona ta' Albertown - żbroff ta' dmija mill-biċċerija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif u fiex wasal il-proċess sabiex tinstab soluzzjoni adegwata u konformi mal-liġijiet kollha, fir-rigward ta' dak li jiġri kull meta jiżbroffa ammont sostanzjali ta' dmija mill-biċċerija tal-gvern? Jista' jagħti garanzija fuq dan sabiex b'hekk, il-komunità tal-lokal tal-Marsa, speċjalment iż-żona ta' Albertown, flimkien ma' sidien ta' negozji tiġi mgħarrfa b'dan u tingħata s-serħan il-moħħ tant meħtieġ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-aħħar li żbroffa d-drenaġġ minħabba skart li daħal fis-sistema tad-drenaġġ mill-Biċċerija kien f'Novembru tal-2009.
Kif kien dikjarat pubblikament (stqarrija numru 1961 mahruga mid-DOI fil-11 ta' Novembru 2009) il-Ministeru mill-ewwel ħa passi biex jirretefika s-sitwazzjoni u fil-fatt inbidlu l-filtri tal-biċċcerija u saru tiswijiet oħrajn b'kollaborazzjoni mal-WSC.
Tajjeb ukoll li ngħid li minkejja kollox l-management tal-biċċeria se jibqa' vigilanti ħalli jirretifika dak kollu li b' mod imprevist jista' jinqala' ħalli dan l-inkonbvent jkompli jixxejjen.
Ta’ min jinnota li l-iżbroff ta’ drenaġġ f’April 2011 ma kienx relatat mal-Biċċerija, kif kien spjegat.
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jinħarqu l-biċċiet il-ħżiena jew bhejjem sħaħ u dak li jifdal fil-biċċerija? Jista' jispjega l-proċess kollu u jgħid jekk huwiex kuntent bis-sitwazzjoni preżenti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-website tal-Kumpanija WasteServ Malta Ltd (http://www.wasteservmalta.com/facilities.aspx?id=121) fejn fiha tingħata spjega tal-materjal trattat fl-inċeneratur. Fl-istess website l-Onorevoli Interpellant jista’ jsib readings aġġornati dwar l-operat tal-impjant. Rigward jekk inhix kuntent jew le, li nista’ nigħid hu lid an l-impjant qed jaqdi l-funzjoini tiegħu.
prodotti agrikoli importati — garanzija li huma tajbin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kif qiegħed jiġi garantit li l-prodotti agrikoli li qed jiġu importati bħal fniek, laħam ieħor u prodotti ta' ħaxix u frott ikunu tajbin biex jiġu kkonsmati mill-poplu Malti u Għawdxi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kontrolli fis-swieq Ewropej minn Stati Membri varji jsiru fejn jinqaltu l-fniek jew jigi prodott l-ikel. Meta dawn il-prodotti jivjaggaw minn Stat għall-iehor, kull prodott iġorr mieghu d-Dokument Kummercjali li jkun fih ukoll l-informazzjoni meħtiega ghat-traccabilità u ċertifkiar tal-qatla. L-importaturi kollha għandhom jimlew in-notifika tal-NSO. Kontrolli oħra jsiru mis-sanità fil-ħwienet fejn jinbiegħu.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema mhux Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mhux Maltin matul is-sena 2010, mad-Dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma, kif ukoll x'inhu l-grad?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2010 l-ħaddiema li ġew impjegati iżda mhumiex Maltin, kienu erba’. Dawn kienu kollha ta’ nazzjonalità Taljana li ġew impjegati bħala veterinarji. Ma kienx rappurtat li fil-Awtorità ta’ Malta għar-Riżorsi u fil-WasteServ Malta Ltd kienu ngaġġati ħaddiema barranin matul din l-istess sena.
Ta' Qali — Suq miftuħ tal-bdiewa - prodott mhux agrikolu lokali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każijiet li fihom nstab li min kien qed ibigħ il-prodotti fis-suq miftuħ tal-bdiewa f'Ta' Qali (imexxi mill-bdiewa stess) fil-fatt ma kienx (jew allegatament ma kienx) qed ibigħ prodott agrikolu lokali? X'passi ttieħdu f'dawn iċ-ċirkostanzi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li kien hemm każ wieħed biss li fih nstab li wieħed mill-bdiewa kien qed ibigħ il-prodott agrikolu mhux lokali fis-suq miftuħ tal-bdiewa f'Ta' Qali. Dan il-fatt kien stabbilt mill-Uffiċjali tad-Dipartiment wara li sar l-istħarriġ neċessarju inkluż spezzjoni fuq l-istess għalqa kif kienet indikata mill-istess bidwi bħala minn fejn tkabbar il-prodott. Skont l-istess kundizzjonijiet li ffirmaw għalihom il-bdiewa kollha fuq dawn is-swieq, dan il-bidwi kien ipprojbit li jkompli jbigħ fuq dawn is-swieq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment tressaq lid-Dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema ta' rwejjaħ li joħorġu mill-culvert fi Triq is-Sajjieda, l-Marsa u xi żviluppi seħħew? Jista' jagħti garanzija lir-residenti li din il-problema ġiet solvuta? Jekk le, għaliex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r–responsabilita ta’ drenaġġ taqa taħt ir-responsabilità tal-Water Services Corporation. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-mistoqsijja lill-Ministru koncernat.
Marsa — Triq Diċembru 13 - problema ta' żbroff tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment tressaq lid-Dipartiment li jitratta problemi ta' drenaġġ, fir-rigward tal-problema tad-drenaġġ li jiżbroffa minn Triq Diċembru 13, jinżel fil-playing field li jinsab taħt il-Monument tar-Republika, l-Marsa u jibqa' sejjer fi Triq is-Sajjieda, b'inkonvenjent u b'detriment għal saħħet itfal u r-residenti tal-inħawi msemmija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 25853.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — ħaddiema ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2010, xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll xi grad kien kull impjieg? Kif sar l-ingaġġ, jekk hux b'sejħa pubblika jew mod ieħor?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux aċċetabbli għal pajjiżna l-liċenzji riċentement mogħtija mill-Gvern Taljan għat-tħaffir ta' żejt fil-kanal bejn Malta u Sqallija? Dawn il-liċenzji jolqtu żoni li huma kkunsidrati ta' pajjiżna? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispecifiċa għal-liema liċenzji qed jirreferi għalihom fil-mistosija tiegħu. Mill-informazzjoni li għandu s’issa l-Gvern Malti, ma jirriżultax li nħarġu liċenzji mill-Gvern Taljan għat-tħaffir taż-żejt f’żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta' Malta.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' policies u programmi ta' żvilupp sostenibbli u komunitajiet sostenibbli li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jindika d-dipartimenti u l-aġenzji li huma responsabbli minn dawn il-programmi? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li jiddiskrivu dawn il-policies u programmi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għalhekk tweġiba tingħata f'seduta oħra.
liċenzja għal bastiment — nies fuq il-waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list ta’ persuni li qed jistennew li jingħataw liċenzja MFA jew MFB għall-bastimenti tas-sajd tagħhom? Jista’ jgħid kemm hemm għal kull kategorija? Jista’ jgħid jekk humiex fuq kollox jinħarġu liċenzji ġodda MFA u MFB u jekk mhumiex, għalfejn ittieħdet din id-deċiżjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li sad-data tal-llum għandhom applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta’ liċenzja tas-sajd taħt il-kategorija MFA huwa ta’ 110 filwaqt għall-kategorija MFB hemm 48. Din il-waiting list ilha tinġabar mill-1 ta' Mejju 2008.
Ir-Reġistru jinżamm magħluq sabiex jitħares l-Entry/Exit Regime skont kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1438/2003, li jistipulaw li m’ għandux jinqabeż il-livell ta' tunnellaġġ u potenza għall-flotta tas-Sajd Maltija.
Ninsab ukoll mgħarraf li bħalissa għaddej proċess biex ikun stabbilit jekk issirx reviżżjoni tar-reġistru skont il-kriterji li jitfasslu fil-Fisheries Advisory Board li jinkludi fih rappreżentanza tal-i
stakeholders
kollha involuti fis-sajd.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25265, jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw biex jattendu dan il-kors u x’jiġri mil-liċenzji fil-każ li jkun hemm min ma jattendix għal dan il-kors?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-kors applikaw 975 persuna. Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li m’hemm ebda rabta bejn il-kors u l-liċenzji tas-sajd imma dan il-kors huwa inizjattiva biex ikun żgurat li kull min ikun fuq Crew List ikollu taħriġ bażiku dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-baħar.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iktar annimali komuni li jinżammu fid-djar Maltin bħala pets u kemm hawn irreġistrati minnhom mal-pulizija u kemm hawn minnhom li mhux reġistrati mal-pulizija? Allura kemm huwa ikkalkulat li hawn pets li jinżammu fil-komunità mingħajr l-ebda reġistrazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li skont stħarrig li sar f' kull dar madwar sentejn ilu mill-SPCA ħareġ li f' Malta w Għawdex hawn madwar 70,000 kelb li jinżammu bħala pets. Minn naħa l-oħra, in-numru ta’ registrazzjonijiet ta’ klieb mal-Pulizija huwa biss ta’ madwar 5000.
Sallum m’ hemm l-ebda ħtieġa jew obbligu li annimali ta’ kumpanija għajr il-klieb ikunu reġistrati u għalhekk l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant fuq annimali oħra ma teżistix.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permess maħruġ mill-Office of the Director General and Chief Veterinary Officer (CVO) tal- Agriculture and Fisheries Regulation Department biex jkunu jistgħu jinħarqu l-animal by products?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninfo,rma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument mitlub