B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9073 fejn il-Ministru jirreferi għan-nomenklatura li juża l-European Social Network (ESN), peress li huwa minnu li n-Network isemmi 'Social Service Professionals' u peress li din il-frażi qed tintuża bħala kategorija ta' professjonisti fil-qasam soċjali (job category) u mhux bħala titlu ta' impjieg (job title), jista' l-Ministru jiċċara liema pajjiżi jużaw 'social welfare professional' bħala titlu ta' impjieg għal persuni li m'għandhomx warrant?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif diġà spjegat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9073, l-FSWS hija membru tal-ESN u tagħmel użu mill-istess sistema. Infakkar lill-Onor. Interpellanta ukoll kif barra minn Malta tintuża l-frażi social (welfare) services professionals imqassra għal social services professionals u kif billi hawn Malta teżisti tradizzjonalment konnotazzjoni ta’ benefiċċji mal-kelma servizzi, l-FSWS ippreferiet li tuża l-frażi social welfare professionals.
Psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors — warrant
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ngħataw il-warrant bħala psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors u li digà kellhom degree u warrant ta' social worker fl-2018?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors — warrant
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni ngħataw il-warrant bħala psikoterapisti, terapisti tal-familja u counsellors li digà kellhom degree u warrant ta' social worker fl-2019?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10188.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — persuni li għandhom car allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — Rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna li qed taghmel referenza ghaliha mhux appuntata fuq l-ebda bord li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa kull Foundation Day fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) li saret fl-2022? Jista’ jagħti break down tal-infiq ta' kull waħda minn dawn il-Foundation Days?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni applikaw biex jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali matul is-sena 2022 u jista’ jindika wkoll kemm ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju u kemm kienu li qegħdin jirċevuh?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi matul is-sena 2022 daħlu 2,653 applikazzjonijiet għall-Għajnuna Soċjali.
Minn dan l-ammont kien hemm 2,140 li tħallsu.
Mill-ammont ta’ 2,140 li tħallsu kien hemm 1554 li ma baqgħux jieħdu dan il-benefiċċju għal raġunijiet varji, fosthom bidu ta’ mpjieg jew ma’ baqgħux jissodisfaw il-kriterji kif elenkati fil-Liġi tas-Sigurta Soċjali Kap 318.
FSWS – break down tan-nefqa li saret fuq il-konferenza f'għeluq il-25 sena
Question
Jista' l-Ministru jagħti break down tan-nefqa kollha li saret fuq il-konferenza tal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħha?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm isiru konferenzi bħala Foundation Day fis-sena fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, mill-informazzjoni disponibbli u vverifikata internament jirriżulta li l-Foundation Day kienet issir darba fis-sena bejn is-snin 2004 – 2008, u twaqqfet fis-sena 2009.
Matul dawk il-ħames (5) snin, din l-attività għall-impjegati kollha kienet issir ukoll fl-istess lukanda li fiha saret il-Foundation Day fis-17 ta’ Marzu, 2023.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8905 u 9330 u jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 10088 Kirjiet Dipartimenti u Entitajiet MSPC.pdf
Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 10169.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — persuni li għandhom disturbance allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 9573, ninformah ma hemm ebda persuna li qed tirċievi l-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi informazzjoni ġdida rigward l-pjanijiet tal-Gvern fuq il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, f’dan li stadju ma’ hemmx informazzjoni ġdida rigward l-pjanijiet tal-Gvern x’tiġi miżjuda.