Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8293 u jgħid kemm huwa n-numru tal-persuni li qed jiġu trattati għall-HIV fil-mument f'pajjiżna? Kemm minnhom qed jissoktaw sentenza ta' korrezzjoni fiċ-ċentri tal-istat, f'Kordin, Imtaħleb eċċ.?
Xewkija — Qasam Industrijali - HSBC bank - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien miftiehem li jħaddem nies l-HSBC Bank fis-services centre tal-qasam industrijali tax-Xewkija meta ngħata l-bini biex jitwaqqaf dan iċ-ċentru? Kemm kienu jaħdmu nies f’dan iċ-Ċentru fl-aħħar ta’ Jannar 2008 u fl-aħħar ta’ Mejju 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Billi dan l-aħħar ġranet kien hemm bdil fil-ġranet u l-ħinijiet tal-bereġ, jista' l-Ministru jgħid:
a) x'inhuma l-ġranet u l-ħinjiet ġodda tal-bereġ kollha f'Malta?
b) x'kienu l-ġranet u l-ħinjiet kollha f'Malta qabel dan it-tibdil?
ċ) kemm tnaqqas il-ħin ta' kull berġa kull ġimgħa?
Jista' jgħid x'kien in-numru ta' pazjenti li attendew il-bereġ fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Minn dan it-total, kemm minn dawn il-pazjenti attendew il-bereġ:
a) biex jaraw it-tabib?
b) biex jaraw l-infermiera?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħinijet il-ġodda tax-xogħol tal-infermiera responsabbli minn kull berġa? X'inhuma l-ħinijiet il-ġodda tax-xogħol tat-tobba f'kull berġa? Fil-ħinijiet imnaqqsa lillhom, it-tobba u l-infermiera fejn qed jirrapportaw għax-xogħol?
Jista' jgħid x'wassal lid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja jagħmel tibdil fix-xogħol tal-infermiera responsabbli minn kull berġa? Dan it-tibdil kien approvat mill-Ministeru għall-Politika Soċjali? Għaliex dan it-tibdil kellu jsir issa u wieħed ma stenniex li jagħmlu meta jitlestew fost l-oħrajn id-diskussjonijiet mat-tobba u r-riforma prevista fiċ-Ċentri tas-Saħħa? Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja kkonsulta mal-unions tat-tobba u l-infermiera dwar dan it-tibdil u jekk fl-affermattiv, x'kienet il-pożizzjoni ta' kull union? Għaliex id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja ma avżax minn qabel (fost oħrajn permezz ta' press release u avviż fuq il-mezzi tax-xandir) dan it-tibdil u riżultat li fejn ma tteħditx inizjattiva mill-infermiera responsabbli mill-bereġ li qabdu u ċemplu lill-pazjenti li kellhom in-numru tat-telefon tagħhom, dawn marru bħas-soltu għall-appuntament mat-tabib jew biex jaraw l-infermierta u sabu l-bieb magħluq? X'inhu jsir mill-appuntamenti li kienu saru qabel fil-ġranet u ħinijiet li fihom issa l-bereġ m'humiex jinfetħu? Jidhirlu l-Ministru li l-erba' minuti allokati għal kull pazjent quddiem it-tabib huma biżżejjed?
Hemm ħsieb li fir-rigward tal-bereġ, ikun hemm xi tibdil ieħor fil-ġranet, ġimgħat jew xhur (short jew medium term) li ġejjin u jekk fl-affermattiv, x'se jkun dan it-tibdil?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9257, 8651, 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9261, 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta':
a)
Amlodipine
5mg u 10mg
b)
Serenace
5mg
meta fl-ewwel każ is-
supplier
jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9262, 8657 u 8183 u jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinsab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9122 u jgħid kemm tiġi l-ispiża ta' kull ikla li tiġi ppreparata fl-Adult Training Centres? Kemm qed jiġi ppreparat ikel kuljum f'kull Adult Training Centre? Jista' jpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-menu ta' l-ikel ipprovdut illum mill-Aġenzija Sapport? X'użu qiegħed isir mill-kċina l-kbira li hemm fiċ-ċentru ta' Wied il-Għajn?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ispiża ta’ kull ikla li tiġi preparata fl-Adult Training Centre hija €1.05.
L-ammont ta’ ikel preparat kuljum f’kull Adult Training Centre, huwa hekk :-
ISEM TAĊ-ĊENTRU
AMMONT TA’ IKEL IPPREPARAT
MSCALA
62
FDL
64
HAL FAR
85
MTARFA
93
MTARFA RESOURCE
21
COTTONERA
19
SWATAR
18
PEMBROKE
10
PAOLA
23
BLIND
21
Il-menus taċ-ċentri kollha huma kif jidher fit-tabelli li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Meta tfasslu dawn il-menus kienu saru b’ konsultazzjoni ma’ Nutritionist kif ukoll ma’ Speech Language Therapists
Il-kċina l-kbira ta’ Wied il-Għajn qed tiġi użata biex jiġi preparat l-isnack għall-klijenti taċ-Ċentru ta` Wied il-Għajn.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9013 u jgħid meta se jkun hemm xemgħa fl-Isptar Mater Dei ħalli tkun tista' ssir dik li tissejjaħ wax therapy? Jikkonferma li l-Isptar Mater Dei ilu żmien f’din is-sitwazzjoni li qed tkun ta’ detriment għal dawk li għandhom bżonn din it-tip ta’ terapija?
Għawdex – Applikazzjonijiet għal kiri ta postijiet
Question
Jista’ l-Ministrui jgħid kemm hemm applikazzjonijiet minn Għawdex għal kiri ta’ postijiet bħala akkomodazzjoni alternattiva? Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-data tal-applikazzjoni li l-aktar ilha tistenna?
persuni diżabbli rreġistrati mal-Kummissjoni nazzjonali Persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni diżabbli rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'diżabilità:
1) Malta?
2) Għawdex?
3) fl-età bejn 3 u 5?
4) fl-età bejn 6 u 10?
5) fl-età bejn 11 u 16?
6) fl-età bejn 17 u 19?
7) fl-età bejn 20 u 25?
8) fl-età bejn 36 u 30?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li sa l-aħħar ta' Diċembru 2008, il-Kummissjoni kellha 11,532 persuna rreġistra magħha li minnhom 10,723 kienu minn Malta u 809 minn Għawdex.
Il-Kummissjoni żżomm l-istastistika mqassma skond l-eta ftit differenti minn kif mitlub. Il-figuri skond kif imqassmin fil-kategoriji tal-Kummissjoni sa l-aħħar ta' Diċembru 2008 huma hekk:
Eta' - Ammont
0-4 - 91
5-9 - 264
10-14 - 353
15-19 - 340
20-24 - 370
25-29 - 429
30-34 - 428.
Jista' l-Ministru jgħid xi programmi ta' taħriġ għax-xogħol u edukazzjoni u l-ħajja jeżistu f'pajjiżna għal persuni diżabbli fl-età bejn 17 u 19, bejn 20 u 25 u bejn 26 u 30 sena?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tipporovdi numru ta’ korsijiet ta’taħrig li huma miftuħa għal kulħadd inklużi persuni b’diżabbilita’ intelletwali jew fiżika, jew persuni li għandhom problemi ta’ saħħa mentali. Dawn il-persuni jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol u qegħdin fir-reġistru ta’ persuni b’ diżabilita'. Bis-saħħa tal-proġett ‘Supported Employment Scheme’ proġett ko-finanzjat mill-Fond Socjali Ewropew irċevew taħrig 42 persuna b’ diżabilita’.
Informat ukll li barra minn hekk l-ETC, tħaddem dik li tissejjaħ il-Bridging the Gap Scheme. Permezz ta’ din l-iskema, persuni żvantaġġati jingħataw opportunitajiet ta’ Work Exposure fuq il-lant tax-xogħol propju. Matul il-perjodu ta’ din l-opportunita, apparti li klijent ikun akkwista esperjenza ta’ xogħol, huwa jirċievi allowance li tammonta għall-80% tal-paga minima nazzjonali. Fil-każi fejn jinħass li jkun meħtieg, l-ETC tipprovdi mingħajr ħlas (għal perjodu speċifiku) is-servizzi ta’ Job Coach, kemm waqt perjodi ta’ taħrig, work-exposures u anke xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li ħarġu mill-Ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru fix-xhur ta' Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra totali ta' flus ta' dawn id-direct orders? Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għall-perijodu tas-snin 2007 u 2008?
Ministeru għall-Politika Soċjali — Skemi li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-iskemi/inizjattivi/għajnuniet li jistgħu jibbenefikaw minnhom il-kunsilli lokali, minn entitajiet governattivi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9268 u 8383 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jinċentiva lill-koppji jaħżnu cord blood tat-trabi tagħhom? Kemm-il koppja għamlet dan fl-aħħar snin, sena b'sena? Hemm il-ħsieb li dan jibda jkun maħżun f'banek apposta f'pajjiżna stess? Kiem hemm talbiet minn intrapriżi lokali jew barranin f'dan is-sens?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm ebda ħsieb li l-Gvern joffri xi forma ta’ inċentiv sabiex koppji jaħżnu cord blood tat-trabi tagħhom. Madankollu koppji li qed jużaw servizz privat ta’ ħażna ta’ cord blood qed jiġu facilitati billi staff tal-isptarijiet kemm pubblici u privati jassistuhom billi jiġbru il-cord blood waqt il-ħlas. Dan qed isir b’mod regolat mal-kumpaniji awtorizzati li joffru dan is-servizz. Jirriżulta li n numru ta’ koppji illi ħażnu cord blood tat-trabi tagħhom kien hekk:
Sena
Cord Blood miġbur fi Sptar Pubbliku
Cord blood miġbur fi Sptarijiet/kliniċi privati
Total
2006
125
16
141
2007
120
29
149
2008
147
18
165
Dan il-cord blood jiġi maħżun f’banek apposta barra minn Malta.
Informat ukoll li s'issa ma kien hemm l-ebda talba minn intrapriżi lokali jew barranin biex il-cord blood jibda jkun maħżun f'banek apposta f'pajjiżna stess.
cruiseliners- medical officers — Messikani li daħlu Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9264, 8901 u 8663 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'assigurazzjoni qed tingħata mill-Medical Officers ta' cruiseliners li qed jidħlu fil-Port il-Kbir meta fost it-turisti li jinżlu l-art ikun hemm numru mdaqqas ta' Messikani, bħalma ġara nhar il-Ġimgħa 15 ta' Mejju 2009?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li qabel vapur sew jekk tal-merkanżija kif ukoll tal-passiġġieri jidħol f’xi port ta’ Malta irid jitlob l-awtoriżżażżjoni neċessarja mingħand it-tabib ewlieni tal-portijiet. Dan jgħamlu bil-koperazzjoni ta’ l-Awtorita’ Marittima. F’din it-talba l-kaptan tal-vapur ikkonċernat jagħmel dikjarazzjoni li m’ għandu l-ebda’ membru ta’ l-ekwipagg jew passiġġier li huwa marid. B’hekk huwa assigurat li passiġġieri sew Messikani, Ġappuniżi, Ingliżi jew Amerikani li setgħu ġew f’ kuntatt ma ’Novel flu’ (Swine fever) jew mard ieħor infettiv, ikunu identifikati. Dan jgħodd għal kull vapur li daħal f’xi port Malti sew qabel, kif ukoll wara l-15 ta’ Mejju 2009.
Informat ukoll li l-vapur konċernat, kien telaq minn port fil-Meditteran inqas min ġurnata qabel fejn kienu saru l-istess aċċertazzjonijiet li jsiru hawn Malta.
djar tal-anzjani — sħubija bejn il-gvern u l-privat
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9266 u 8835 u jgħid kemm hemm djar tal-anzjani li fihom hemm sħubija bejn il-Gvern u l-privat? Liema huma? Kemm hemm anzjani fiħom f'kull każ u x'inhi r-rata li titħallas kuljum f'kull każ?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu jħaddmu nies fl-aħħar ta’ kull sena mill-1999 sal-2008 u fl-aħħar ta’ Mejju 2009 fil-fabbrika, uffiċċju, ċentru ta’ servizzi, eċċ. li joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija kull waħda minn dawn il-kumpanniji: FX Borg Furniture Ltd, Magro Bros (Foods) Ltd, FX Borg Furniture Ltd, Cassar Weaving Ltd, Merit Precision Tools Ltd, Carmelo Camilleri Furniture Ltd, Gozo Aluminium Ltd, Gozo Laundry & Drycleaning Ltd, UDC Euro Ltd, Tower Products Ltd, Zahra Woodworks Ltd, Ka-Do-Ko Ltd, J2 Ltd, Xuereb Glass Co Ltd, L Fenech Ġelati Granola Ltd, Pamargan Products Ltd, Advances Logistics Ltd, J Debono Printing Press Ltd, HSBC Bank Malta plc, Xuereb Glass Co Ltd, Ġelati MezzanLtd, M& L Refalo Ltd u Carefree Furniture Co Ltd?
Ministeru għall-Politika Soċjali — Għawdex - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati f’Għawdex mad-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Jista’ jagħti l-istess tagħrif għall-aħħar ta’ Diċembru 2007? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba skond il-grad u l-iskala tal-ħaddiema?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — rwolijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9008 u jgħid x'inhuwa r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Min huma l-membri ta' din il-Kummissjoni? X'attivitajiet wettqet matul is-sena l-oħra? Kemm għandha fondi allokati biex twettaq l-attivitajiet tagħha?
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9125 u jagħti n-numru ta’ persuni, irġiel u nisa separatament, li mietu direttament jew indirettament minħabba t-tipjip fl-ewwel ħames xhur ta’din is-sena? Kemm mietu fl-2008?