Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija – Rapporti dwar każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika, sena b'sena, mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapport dwar każijiet ta’ vjolenza domestika li ġew reġistrati fis-sistema tal-Pulizija mis-sena 2013 sal-aħħar ta’ Ottubru 2022, huwa kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt. 2013 2014 2015 2016 2017 2018 2019 2020 2021 2022 saOttunbru Każi ta’ Vjolenza Domestika 1024 1048 1205 1272 1257 1341 1325 1645 1741 1480

Każijiet ta’ vandaliżmu fuq vetturi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 111 dwar każijiet ta’ vandaliżmu fuq vetturi, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' vandaliżmu seħħ f'kull xahar bejn l-1 ta' Mejju 2021 u t-30 t'April 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-każijiet ta' vandaliżmu fuq vetturi, li kienu ndikati fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 111, hija riprodotta fit-tabella t’hawn taħt, xahar b’xahar bejn l-1 ta' Mejju 2021 u t-30 t'April 2022. Town May-21 Jun-21 Jul-21 Aug-21 Sep-21 Oct-21 Nov-21 Dec-21 Jan-22 Feb-22 Mar-22 Apr-22 Total ATTARD 5 2 2 1 1 0 0 0 2 0 0 1 14 BALZAN 1 0 0 0 0 1 1 0 0 0 0 1 4 BIRGU 0 1 0 0 0 0 0 0 1 0 0 0 2 BIRKIRKARA 3 3 2 6 2 5 3 1 2 1 3 2 33 BIRZEBBUGIA 1 0 3 1 3 1 3 1 0 1 3 1 18 BORMLA 1 2 0 0 0 1 1 0 1 0 1 0 7 FGURA 1 2 1 1 0 0 1 1 3 0 3 1 14 FLORIANA 0 2 0 6 2 0 0 1 0 1 0 1 13 G’SIELEM - GHAWDEX 2 2 3 0 0 0 0 0 0 1 0 0 8 GHARB - GHAWDEX 0 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 GHARGHUR 1 3 1 1 0 0 1 0 0 2 0 0 9 GHAXAQ 0 0 0 1 0 0 0 1 0 0 0 0 2 GUDJA 0 0 1 1 0 0 0 0 0 1 2 0 5 GZIRA 2 3 3 7 7 5 27 2 4 1 2 1 64 HAMRUN 3 0 6 0 1 5 3 0 2 2 0 1 23 IKLIN 1 0 0 0 0 0 1 0 0 0 0 0 2 ISLA 0 0 0 1 0 0 0 0 0 0 1 1 3 KALKARA 1 0 0 0 0 0 1 0 0 0 0 0 2 KERCEM - GHAWDEX 0 0 1 0 1 0 0 0 2 0 0 0 4 KIRKOP 0 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 LIJA 0 0 0 1 1 0 0 2 0 0 0 0 4 LUQA 0 1 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 2 MARSA 1 3 1 2 3 3 0 4 5 1 1 7 31 MARSASKALA 3 0 1 5 0 2 1 0 4 1 1 0 18 MARSAXLOKK 0 2 2 1 0 1 1 1 0 0 0 0 8 MDINA 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 1 1 3 MELLIEHA 2 6 0 1 2 1 0 2 1 0 2 0 17 MGARR 0 1 1 4 0 0 1 0 0 0 0 0 7 MOSTA 1 1 4 2 1 0 2 4 2 0 0 7 24 MQABBA 0 1 1 1 0 0 0 0 0 0 0 0 3 MSIDA 0 3 1 3 2 19 3 9 0 2 5 2 49 MTARFA 0 0 0 0 0 0 1 0 0 0 0 0 1 MUNXAR - GHAWDEX 1 4 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 5 NADUR - GHAWDEX 0 1 1 3 0 0 0 0 0 1 0 2 8 NAXXAR 1 0 1 2 0 0 1 1 1 1 1 3 12 PAOLA 3 2 1 2 1 4 2 2 0 1 0 0 18 PEMBROKE 1 0 0 0 0 1 0 0 0 0 2 1 5 PIETA' 1 0 2 0 2 1 2 0 1 2 0 2 13 QALA - GHAWDEX 0 0 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 QORMI 1 1 1 0 2 2 1 1 1 2 3 6 21 QRENDI 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 1 0 2 RABAT 1 6 3 3 1 3 0 0 0 3 3 0 23 RABAT - GHAWDEX 0 0 0 2 3 1 2 0 1 0 1 0 10 SAFI 0 0 1 0 0 0 0 0 0 0 0 0 1 SAN GILJAN 0 2 3 2 2 2 5 2 2 1 3 2 26 SAN GWANN 2 1 1 1 3 0 0 0 0 4 1 1 14 SAN PAWL IL-BAHAR 6 11 8 14 12 9 6 9 13 11 15 9 123 SANTA LUCIJA 0 0 0 0 0 1 0 0 0 0 1 0 2 SANTA VENERA 0 1 1 0 0 0 0 1 0 0 1 0 4 SIGGIEWI 0 0 0 0 0 1 0 0 1 0 0 2 4 SLIEMA 1 6 2 4 11 1 2 2 3 4 4 2 42 SWIEQI 0 1 0 1 0 0 2 1 0 0 0 1 6 TA' XBIEX 0 1 0 0 0 0 0 1 1 0 0 0 3 TARXIEN 2 0 0 1 0 0 1 1 1 1 0 4 11 VALLETTA 1 0 2 1 1 1 2 2 2 2 0 2 16 XAGHRA - GHAWDEX 1 1 0 1 0 0 1 0 0 2 1 0 7 XEWKIJA - GHAWDEX 2 0 0 3 0 1 0 0 0 0 0 0 6 XGHAJRA 0 0 0 0 0 0 2 0 1 1 0 1 5 ZABBAR 10 0 2 3 1 2 1 0 1 0 2 1 23 ZEBBUG 1 1 0 1 1 1 2 0 0 0 0 1 8 ZEBBUG - GHAWDEX 1 1 2 0 0 1 0 0 1 0 0 0 6 ZEJTUN 0 0 0 1 0 3 2 1 0 1 0 0 8 ZURRIEQ 1 1 1 2 0 0 1 0 1 0 0 0 7 Grand Total 66 81 68 93 66 79 86 53 60 53 64 67 836

Każijiet ta’ vandaliżmu fuq vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ vandaliżmu fuq vetturi ġew irrappurtati, xahar b’xahar, bejn l-1 ta' Mejju, 2022 u d-data sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema lokalità ġew irrappurtati dawn il-każijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ każi ta’ ‘ħsara voluntarja’ fuq vetturi li ġew irrappurtati mal-Pulizija, xahar b’xahar, mill-1 ta' Mejju u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena kien ta’ erbgħa mija u tlieta. Il-lokalità fejn seħħew dawn il-każi huma kif jidhru fit-tabella riprodotta hawn taħt. Hsara volontarja fuq il-Vettura Lokalita May Jun Jul Aug Sep Oct Total ATTARD 0 1 2 1 0 1 5 BALZAN 0 0 0 1 0 0 1 BIRKIRKARA 1 4 3 1 0 1 10 BIRZEBBUGIA 0 2 2 1 2 1 8 BORMLA 2 2 2 0 2 0 8 DINGLI 0 0 0 0 0 2 2 FGURA 2 0 1 0 2 2 7 FLORIANA 2 0 1 0 3 0 6 FONTANA - GHAWDEX 0 0 1 0 0 0 1 GHAJNSIELEM - GHAWDEX 1 2 5 1 2 0 11 GHASRI - GHAWDEX 0 0 0 0 2 0 2 GHAXAQ 0 1 1 0 0 1 3 GUDJA 0 0 0 0 0 1 1 GZIRA 0 0 4 2 1 0 7 HAMRUN 4 3 5 2 0 1 15 KALKARA 0 1 1 0 0 0 2 KERCEM - GHAWDEX 0 0 0 0 0 1 1 KIRKOP 1 0 0 0 1 0 2 LIJA 0 0 0 0 1 0 1 MARSA 4 5 2 0 0 1 12 MARSASKALA 1 2 2 1 0 1 7 MARSAXLOKK 2 0 2 1 0 0 5 MELLIEHA 2 2 2 2 3 2 13 MGARR 1 2 2 1 0 0 6 MOSTA 1 1 2 1 4 2 11 MQABBA 0 0 0 1 0 1 2 MSIDA 0 0 3 3 3 0 9 MTARFA 0 0 1 0 0 0 1 MUNXAR - GHAWDEX 0 0 0 0 1 1 2 NADUR - GHAWDEX 0 1 1 1 0 2 5 NAXXAR 1 4 0 1 0 0 6 PAOLA 2 1 4 0 1 0 8 PEMBROKE 0 0 0 0 1 0 1 PIETA' 0 2 0 0 0 2 4 QORMI 3 0 3 6 1 0 13 QRENDI 0 0 0 1 0 0 1 RABAT 1 0 1 1 0 1 4 RABAT - GHAWDEX 1 1 0 0 0 0 2 SAN GILJAN 1 2 1 9 2 3 18 SAN GWANN 0 1 1 0 1 2 5 SAN PAWL IL-BAHAR 21 7 7 13 20 8 76 SANNAT - GHAWDEX 0 1 0 0 0 1 2 SANTA VENERA 0 0 3 1 0 0 4 SLIEMA 1 3 3 1 2 4 14 SWIEQI 4 1 3 0 1 0 9 TA' XBIEX 0 1 0 0 0 0 1 TARXIEN 4 0 0 0 0 3 7 VALLETTA 0 0 1 2 1 1 5 XAGHRA - GHAWDEX 1 0 1 1 3 2 8 XEWKIJA - GHAWDEX 0 3 0 2 1 0 6 XGHAJRA 0 1 0 1 5 0 7 ZABBAR 2 2 0 0 7 1 12 ZEBBUG 0 0 4 1 1 1 7 ZEBBUG - GHAWDEX 2 1 0 0 0 0 3 ZEJTUN 1 4 2 2 1 0 10 ZURRIEQ 2 0 1 1 0 0 4 Grand Total 71 64 80 63 75 50 403

Persuni li nqatlu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti elenku, sena b’sena u skont is-sess, ta’ kemm inqatlu persuni f’Malta u Għawdex bejn is-sena 2000 u s-sena 2022? Jista’ jagħti l-età tagħhom? Fejn inqatlu? F’liema ċirkostanzi nqatlu? Fejn hu possibbli, jista’ jagħti informazzjoni dwar dak li jidher li kien il-mottiv ta’ kull qtil?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi dettalji dwar każi ta’ omicidju li seħħew sena b’sena f’dawn il-gżejjer, b’informazzjoni dwar is-sess kif ukoll l-eta tal-vittmi, għall-perjodu mis-sena 2000 sat-23 ta’ Novembru 2022, jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. F’dan il-perjodu kien hemm mija u erbgħa u għoxrin (124) vittma, fejn minnhom erbgħa u erbgħin (44) kienu nisa u tmenin (80) kienu rġiel.

Mewt ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli tal-mewt tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li mietet it-Tlieta 6 ta’ Settembru meta kienu qegħdin jeħduha lejn l-Isptar fi Kreta? Jista’ jgħid għaliex għadha ma saritx inkjesta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3115.

Kiri ta’ proprjetà lil persuni illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu kontra dawk is-sidien li krew il-proprjetajiet/garages tagħhom lil dawk il-persuni li nstabu f’Malta mod abbużiv u li ntbagħtu lura f’pajjiżhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-Pulizija taghmel diversi ispezzjonijiet biex ma tippermettix persuni minn pajjiżi terzi li jkunu Malta b’mod abbużiv jew b’xi mod irregolari. Waqt l-ispezzjonijiet l-approċċ tal-Pulizija jkun biex irażżnu l-immigrazzjoni illegali, u għaldaqstant bosta minn dawn l-attivitajiet ikopru diversi lokalitajiet u postijiet oħra pubbliċi, u xi drabi jinkludu proprjetajiet u garaxxijiet ta’ sidien privati, meta l-informazzjoni li tkun disponibbli. Infurmat illi bħalissa hemm proċedura u metodoloġija interna, illi meta jiġu identifikati irregolaritjiet jew illegalitajiet oħra waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-pulizija tinvolvi dipartimenti oħra skont kif jitlob il-każ, u jkun hemm okkażjonijiet fejn uffiċjali ta’ dipartimenti oħra jkunu preżenti fil-lok ta’ spezzjoni, biex fejn ikun hemm bżonn, jittieħdu passi kontra dawk is-sidien li krew il-proprjetajiet/garaxxijiet tagħhom lil dawk il-persuni li nstabu f’Malta mod abbużiv, jekk il-każ hekk jitlob. Infurmat wkoll li minbarra rapport lil diversi entitajiet, fosthom l-awtorita tad-djar, kien hemm proprjetajiet li kien sospiż is-servizz tal-elettriku.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – service-oriented approach to technology

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 4) kien li l-Korp tal-Pulizija jrid jimplimenta “service-oriented approach to technology”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn il-prattiċi fl-immaniġġar tal-IT ġewx implimentati jew le? Jekk iva, jista’ jgħid kif ġew implimentati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu l-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Kif indikat oġġettiv ieħor tal-għan numru erbgħa huwa li l-Korp tal-Pulizija jimplimenta “service-oriented approach to technology”. Anke hawn irid jingħad illi diġà sar xoghol preparattiv għall-istrateġija tal-ICT u fuq dan is-suġġett speċifiku l-Korp irċieva offerta minn servizz tal-Pulizija barrani, fejn it-taqsima diġitali ta’ dan is-servizz, offriet li tassisti biex tiġi pjanata din l-istrateġija, li l-kunċett tagħha huwa li jkun hemm 'the right information at the right time to the right person'. Infurmat illi diġà sar xogħol fil-core infrastructure tan-networks. L-Onor. Membru japprezza illi għalkemm fil-perjodu minn meta nbdiet l-istrateġija, saru diversi xogħlijiet relatati mal-IT, sistemi tal- IT jeħtieġu preparamenti bir-reqqa għal diversi raġunijiet, speċjalment anke peress illi l-mezzi ta’ informatika jitjiebu kontinwament u mportanti li wara li jiġu esegwiti l-proċeduri kollha u jiġu identifikati il-ħtiġijiet, tinkiseb l-aħjar soluzzjoni.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – eżerċizzju ta’ risk assessment

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 5) kien li l-Korp jagħmel eżerċizzju ta’ “risk assessment”, fejn se jiġu identifikati “priority areas” fil-“policing strategy” għall-futur, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan l-eżerċizzju sarx? Jekk iva, jista’ jgħid jekk tħejjiex xi dokument u jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu l-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Kif jindika t-titlu tal-Istrateġija tat-Trasformazzjoni, din intenzjonata li tiġi attwata fuq firxa ta’ żmien li twassal sas-sena 2025. Kif ġie rapportat f’okkażjonijiet oħra, diġà sar ħafna xogħol fejn tidħol l-implimentazzjoni ta’ din l-Istrateġija. Fejn jirrigwarda l-għan strateġiku 5, speċifikalment li jsir eżerċizzju ta’ “Risk Assessment” fix-xhur li għaddew, il-Korp tal-Pulizija beda jwettaq dan l-assessment bl-assistenza ta’ uffiċjali mir-Renju Unit. Sar eżerċizzju estensiv illi s-sejbiet tiegħu għadhom qed jiġu finalizzati. Madanakollu, fil-preżent il-Korp għaddej b’attivitajiet preparatorji bil-għan li jiġi kompilat dan il-pjan attwali.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – outsourcing ta’ xogħol

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 5) kien li ser isiru diskussjonijiet ma’ aġenziji, social partners u persuni pajżana, fejn ċertu xogħol li s-soltu jsir mill-pulizija jista’ jiġi operat minn dawn l-aġenziji u b’hekk il-pulizija tkun tista’ tiffoka fuq xogħol ieħor, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux dawn id-diskussjonijiet? Jekk iva, ma’ liema aġenziji, social partners u persuni pajżana dawn saru? Jista’ jgħid ukoll jekk sarx outsourcing ta’ ċertu xogħol li s-soltu jsir mill-Pulizija? Jekk iva, x’ġie outsourced u lil min?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu l-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. L-għan numru 5 tal-istrateġija hu wieħed mill-proġetti l-kbar ta’ din it-trasformazzjoni li jaqa' taħt ir-responsabilità diretta tad-Deputat Kummissarju inkarigat mill-Field and Operational Support. Dan il-proġett hu wieħed ħolistiku li jolqot diversi entitajiet oħra fis-settur pubbliku kollu u lil hinn. F’dan il-qasam inbdew ħafna proċessi, fosthom il-proġett b’kollaborazzjoni ma' servizz.gov, fejn l-applikazzjonijiet li kienu jiġu sottomessi ġewwa l-uffiċini distrettwali tal-pulizija bdew jiġu sottomessi fl-uffiċini tas-servizz.gov. F’Mejju ta’ din is-sena, dan is-servizz ġie introdot ġewwa l-Ħamrun, il-Qawra, Iż-Żejtun u Ħaż-Żabbar u ser jkompli jiġi estiż f’uffiċini oħra fil-ġejjieni. Ili-lista ta’ servizzi li sal-lum qegħdin jiġu offruti minn servizz.gov, huma: • Police Insurance Report & Police Generic Report • Arm Dealer & Substitute License • Transfer of Firearms • Target Shooter License A/B • Firearms - Collector A/B/Special • Target Shooter Club, Target Shooter A/B & Range Conducting Officer Licenses • Film Armourer & Re-enactment Group Permit • Fireworks License A/B/C • Letting of Fireworks & Conveyance of Fireworks • Local Village Band Marches & Processions • One-time events • Application & Renewal for Special / Private Guard, Community Officer Id-diskussjonijiet dwar dan il-proġett għaddejjin b’mod kontinwu flimkien mal-Ministeru tal-Intern, TM, LESA, MTA, OHSA u dipartimenti oħra, biex b’hekk numru ta’ servizzi identifikati bħala non-core policing, ikunu jistgħu jgħaddu għand entititajiet u dipartimenti oħra. Id-diskussjonijiet ma l-MFA biex jidħol fis-seħħ servizz ta’ stadium stewards regolat bil-liġi, u diskussjonijiet oħra dwar il-Criminal Record Office (CRO) sabiex l-ipproċessar u l-ħruġ ta’ kondotti u fedini penali jgħaddu taħt ir-responsabilita tal-Ministeru tal-Ġustizzja, qegħdin fi stat avvanzat. Tajjeb li wieħed isemmi ukoll kif f’Lulju 2021, xogħol ta’ tindif tal-binjiet kollha tal-korp ġie outsourced lil kumpanija privata wara sejħa pubblika għall-offerti. Dan kuntrarju ta’ kif kien issir qabel, fejn it-tindif kien mistenni li jsir mill-istess ufficjali tal-korp flimkien mal-kumplament tad-dmirijiet tagħhom. Hemm diversi servizzi oħra li llum isiru mill-privat, inkluż xogħol infrastrutturali u servizzi relatati kif ukoll servizzi ta’tiswija fuq vetturi, fost oħrajn.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – tqassim ta’ riżorsi

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 6) kien li jsir ristrutturar fil-Malta Police Force bil-għan li jkun hemm struttura organizzata fejn ir-riżorsi jkunu użati tajjeb u iktar effiċjenti, u peress li ntqal ukoll li jrid ikun hemm strateġija ċara biex ma jkunx hemm xogħol doppju bejn il-units, jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-istrateġija fit-tqassim ta’ riżorsi saritx fi ħdan il-Korp tal-Pulizija? Jekk saret, jista’ jispjega jekk meta jkun hemm omiċidju, pereżempju, jirrikorrux fuq il-lok tad-delitt pulizija tad-Distrett, tal-RIU u tal-Iskwadra kontra l-Omiċidji?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu l-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar l-għan numru sitta tal-istrateġija, u specifikament ir-ristrutturar tal-korp, b’tali mod li jkun hemm l-użu effiċjenti tar-riżorsi, il-Korp huwa kommess li fejn jiġu identifikati oqsma, li minħabba li jkunu ġestiti minn dipartiment varji u joħolqu ċerti ineffiċjenzi, jirristrutturahom b’tali mod li dak il-qasam isir aktar kompetenti taħt dipartiment wieħed. Bħala eżempju hemm il-każ tat-taqsima tal-Gender Based Domestic Violence Unit (GBDV), fejn lejn l-aħħar tas-sena 2020, wara li ġie identifikat overlap estensiv fix-xogħol bejn dipartimenti varji, ġiet imwaqqfa din il-taqsima, u llum hi f'pożizzjoni li tieħu ħsieb reati sensittivi u ta’ natura delikata, li jaqgħu kollha taħtha. L-istess ristrutturar sar fejn jidħlu rapporti ta’ frodi permezz ta' mezzi diġitali, fejn illum il-Korp iħaddan taqsima speċjalizzata li tiffoka biss fuq reati ta’ Online Fraud. Eżempju ieħor huwa t-twaqqif u t-twessigħ tal-community policing li l-aktar tiffoka fuq il-prevenzjoni tal-kriminalita. Is-Cyber Crime Unit (CCU), ukoll huwa dipartiment li fiħ assorba element qawwi ta’ xogħol relatat ma' rapporti ta’ użu ħażin ta’ mezzi diġitali, u rapporti dwar reati li jsiru permezz tat-teknoloġija. Dan isir mhux biss b’assistenza fil-ġbir ta’ evidenza, iżda b'involviment fi stadju investigattiv ukoll. Madanakollu, il-prassi li ċertu każijiet jgħaddu għand taqsimiet speċjalizzati tibqa essenzjali fl-operat tal-Korp tal-Pulizija. Bhala eżempju, f'każijiet ta’ mwiet suspettużi, il-first responders jibqgħu il-Pulizija tad-Distrett li jkunu assistiti minn dawk tar-Rapid Intervention Unit, u eventwalment fi stadju ta’ investigazzjoni meta l-każ hekk jitlob, jiġu involuti wkoll l-uffiċjali mid-dipartiment speċjalizzat relatat, u ċjoè dak tal-omiċidji. Fl-aħħar mill-aħħar jidher, illi qed jintlaħaq l-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – Supervisors

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 6) kien li ser jinħatru numru ta’ supervisors li jkunu responsabbli fuq pulizija “junior” u b’hekk tiżdied l-effiċjenza u l-koordinazjoni bejn il-units fil-Malta Police Force, jista’ l-Ministru jgħid kemm inħatru minn dawn is-supervisors u x’inhuma l-kriterji biex jinħatru u kif tinħadem din is-sistema ta’ superviżjoni ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu l-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar l-għan numru 6 tal-istrateġija, it-terminu użat huwa Mentors u dawn jiffurmaw parti mill-Mentorship Program li l-Korp tal-Pulizija ilu jħaddan minn Frar tat-2021. Dawn l-uffiċjali jintgħażlu abbażi ta’ sejħa għall-aplikazzjoni, fejn waħda mir-rekwiżiti hija li jkunu fir-Rank ta’ Surġent jew Kuntistabbli Anzjan, ċjoè Kuntistabbli b’mill-inqas tnax-il sena servizz. Il-Proċess tal-għażla jsir abbażi ta’ intervista, fejn jekk l-applikant jgħaddi jingħata kors ta’ taħriġ li miegħu hemm marbut valutazzjoni abbażi ta’ żewġ eżamijiet tal-kitba. Is-sistema titħaddem billi kuntistabbli ġdid li għadu ħiereġ mill-Akkademja wara kors akkreditat ta’ sitt xhur jiġi għall-ewwel sentejn assenjat jagħmel xogħol ġewwa għassa jew fil-komunità ma’ wieħed minn dawn il-Mentors Kwalifikati. Il-kuntistabbli jiġi assessjat tul il-perjodu ta’ prova ta’ sentejn tiegħu. Il-Mentor ikun qed jagħti attenzjoni individwali lill-kuntistabbli fuq żewġ binarji, dak prattiku ‘on the job’, kif ukoll permezz ta’ sessjonijiet kunfidenzjali biex jiġu diskussi s-saħħiet u nuqqasijiet tal-istess kuntistabbli. Flimkien il-mentor u l-kuntistabbli tiegħu jifformulaw pjan ta’ taħriġ fattwali fix-xogħol li jinqala' minn jum għal jum. Il-Mentor huwa responsabbli li jirrapporta l-evalwazzjoni tiegħu perjodikament biex b’hekk isir monitoraġġ tal-andament tal-kuntistabbli l-ġdid. Permezz ta’ din is-sistema, mhux biss qed naraw li qed jingħata taħriġ u gwida kostantament, iżda qed issir analiżi kontinwa fuq l-attitudnijiet u l-karattri tal-istess uffiċjali ġodda. Din tista' twassal biex saħħiet u nuqqasijiet jiġu identifikati fi stadju bikri u jsiru l-emendi neċessarji.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – Business Continuity Plan

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 6) kien li jkun żviluppat il-“Business Continuity Plan” (BCP) biex kull membru tal-pulizija jkollu gwida u direzzjoni ċara ta’ kif il-Korp jitmexxa u b’hekk il-Korp ma jibqax jiddependi fuq numru żgħir ta’ individwi, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-BCP sarx u jekk iva, meta sar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi implimentata fuq ħames snin. Sal-lum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u implimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu l-Korp diġà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Kif jindika t-titlu tal-Istrateġija tat-Trasformazzjoni, din intenzjonata li tiġi attwata fuq firxa ta’ żmienu twassal sas-sena 2025. Kif ġie rapportat f’okkażjonijiet oħra, diġà sar ħafna xogħol fejn tidħol l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija. Fejn jirrigwarda l-għan strateġiku 6, speċifikament li jiġi żviluppat il-“Business Continuity Plan” (BCP), il-Korp fil-preżent għaddej b’attività preparatorja bil-għan li jiġi kompilat dan il-pjan.

Wied il-Għajn – rondi mill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li jkun hemm iktar pulizija u iktar rondi fit-toroq ta’ Wied il-Għajn billi qed jinħass in-nuqqas tal-preżenza tal-forza tal-ordni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi permezz tat-taqsimiet tal-RIU u tat-Traffiku kif ukoll dawk tad-distrett, il-Pulizija tagħmel ronda regolari ġewwa Wied il-Għajn u tkompli tagħmel dak kollu possibbli biex bħal lokalitajiet oħra l-preżenza tagħha tiżdied. Intant, f’dawn l-aħħar ġimgħat, uffiċjali tal-Korp kienu qed jieħdu t-taħriġ meħtieġ biex fi ftit jiem oħra jkunu jistgħu jagħtu servizz tagħhom bħala Pulizija tal-Komunità fl-istess lokalità, fejn ser tinbeda din l-inizjattiva.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – ħaddiema barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx barranin jaħdmu fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, kemm hemm?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fid-dekasteru u ċjoè fid-diversi entitajiet hemm 45 ħaddiem, li tnejn minnhom huma ingaġġati fuq bażi part-time. Dawn jaħdmu primarjament fil-qasam tal-immigrazzjoni.

San Ġiljan u Tas-Sliema – rapporti ta’ storbju eċċessiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq storbju eċċessiv ġewwa San Ġiljan u Tas-Sliema minn Jannar 2022 sa Settembru 2022?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-perjodu minn Jannar sa Settembru 2022, il-Pulizija rreġistrat mija u sitta u sittin ġewwa San Ġiljan u tmienja u tletin ġewwa tas-Sliema rapporti ta’ storbju eċċessiv.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – screening tal-Malta Police Force

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser jibda jsir “screening” kontinwu fuq kull membru fil-Malta Police Force, partikolarment fuq “senior staff” li huma inkarigati fuq investigazzjonijiet delikati, jista’ l-Ministru jgħid kif qed isir dan l-iscreening? Jekk qed isir dan l-iscreening, jista’ jgħid minn min qed isir?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar l-għan numru tlieta tal-istrateġija, f’dawn l-aħħar xhur tkompla b’ mod aktar wiesgħa, proċess ta’ Personal Security Clearance tal-membri tal-Korp. Sax-xahar ta’ Ottubru 2022 iktar minn terz tal-membri tal-Korp, kisbu din il-clearance. Ma dawn hemm inkluż is-senior staff tal-iskwadri speċjaliżżati kollha. Peress illi l-emfasi principali kienet fuq dawn l-iskwadri, il-prassi ġenerika tul dan il-proċess dejjem kienet illi appena membru japplika u jibda jaqdi d-doveri f’dawn l-iskwadri, jiskatta il-proċess għas-Security Clearance tagħhom immedjatament. Madanakollu bħalissa għaddej l-istess proċess, għal-membri tal-Korp li jifformaw parti mill-iskwadri u d-distretti fil-qasam operattiv. Kif intqal f’iktar dettal fi tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Onorevoli Membru, il-Korp nieda wkoll Policy ta’ screening kontra id-droga, liema screening isir kontinwament fuq il-membri tal-Korp.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – whistleblower policy

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser tibda titħaddem il-“whistleblower policy” biex il-Korp jissaħħaħ u li se jkun hemm “zero-tolerance” għal kull forma ta’ korruzzjoni, jista’ l-Ministru jgħid jekk din il-policy saritx? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar l-għan numru tlieta tal-istrateġija, f’Novembru 2020, il-Korp tal-Pulizija ppublika Policy kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni li fost affarijiet oħra tistabilixxi r-rwol tal-Uffiċjal tal-Integrita’. Dan għandu r-responsabbiltà wiesgħa li jiżgura li l-integrità tiġi kkultivata, istituzzjonalizzata u implimentata b’mod ġenerali fi ħdan il-Korp. L-Uffiċjal tal-Integrità jirċievi rapporti interni ta’ suspett ta’ korruzzjoni permezz tal-proċedura ta’ rappurtar miftuħ, b’mod kunfidenzjali jew anonimu. Fl-istess ħin, il-Korp introduċa proċedura onlajn għal rappurtar anonimu, msejjaħ ‘Break The Silence’. Din il-proċedura tippermetti r-rappurtar taċ-ċirkostanzi, minn membri tal-Korp, mingħajr ma tiġi żvelata l-identità tagħhom. Għal dan il-għan kien jeħtieġ ukoll emendi legali.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – screening kontra d-droga

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 3) kien li ser jibda jkun hemm screening kontra d-droga fuq kull membru fil-Korp, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm każijiet ta’ użu ta’ droga minn membri fil-Korp minn meta ddaħħal dan l-iscreening u x’tip ta’ droga nstabet u x’passi ttieħdu kontra dawn il-pulizija u staff fi ħdan il-Korp?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar l-għan 3 ta’ l-istrateġija, il-Korp nieda policy li tirregola l-iscreening tal-uffiċċjali tal-Korp tal-Pulizija, liema proċeduri jiskattaw ġaladarba jirriżulta li uffiċjal ġie pożittiv għall-eżami.

Korp tal-Pulizija – Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 – sistema kompjuterizzata ta’ case management

Question

Peress li fil-Malta Police Transformation Strategy 2020-2025 intqal li wieħed mill-objettivi strateġiċi (Objective 4) kien li ser tinxtara sistema kompjuterizzata ta’ “case management” biex titħaddem f’kull sezzjoni tal-Korp minflok l-użu tal-karti waqt il-qadi tal-investigazzjonijiet, jista’ l-Ministru jgħid jekk din is-sistema inxtratx u jekk iva, meta u kif qed titħaddem f’kull sezzjoni tal-Malta Police Force?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, tħabbret fis-sena 2020 bil-għan li tiġi mplimentata fuq ħames snin. Sallum, jiġifieri sentejn wara, diġà ġew indirizzati u mplimentati diversi miżuri minn dawk imħabbra. F’dan il-perjodu il-Korp digà rnexxielu jikseb diversi riżultati pożittivi fosthom bil-kriminalità tonqos, il-poplu li qed jirċievi servizz aħjar, u mhux anqas billi anke kif indikat mill-istħarriġ tal-Ewrobarometru, il-Korp kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu. Dwar wieħed mill-oġġettivi li hemm fl-għan numru erba, dwar sistema kompjuterizzata ta’ “case management”, fil-bidu ta’ l-ewwel sentejn ta’ l-istrateġija, bdiet ir-riċerka biex jiġi stabilit liema tip ta’ sistema tkun l-aktar xierqa għal użu tal-Korp. Dan hu parti mix-xogħol li jrid isir qabel tiġi mixtrija l-istess sistema, li permezz tagħha il-Korp jintroduċi proċess ta’ Record Management System, b’workflows li jiġu integrati, bl-iskop illi l–proċess fid-dipartiment ma jkunx jirrekjedi iktar l-użu ta’ karta fil-futur, u dan barra minn vantaġġi amministrattivi oħra li jġib miegħu l-istess proċess. Bir-riċerka li saret, il-Korp diġa qiegħed f’pożizzjoni u beda il-preparazzjonijiet għal abozzar ta’ tender, li bl-għajnuna tal-MITA, kif ukoll dik ta’ servizzi ta’ pulizija barranin li diġa għandhom esperjenzi dwar dawn is-sistemi, it-tender tkun tista toħroġ. Għaldaqstant huwa previst li s-sistema tkun lesta fil-perjodu ta’ din l-istrateġija.