Jista’ l-Mnistru jgħid x’laqgħat saru tul l-aħħar erba’ snin inkonnessjoni mal-proċess magħruf bħala Naples II u kemm-il darba kien hemm visti f’pajjiżna minn uffiċjali tal-istess kummissjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tul l-aħħar erba’ snin, id-Dipartiment tad-Dwana ipparteċipa f’erba’ laqgħat tal-Heads of Central Coordinationing Units, li fi tlieta minnhom fuq l-agenda kien hemm diskussjoni relatata ma’ Naples II.
Ma’ kien hemm ebda vista f’pajji¿na minn uffiċċjali tal-istess kummissjoni fl-aħħar erba’ snin.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' msieħba fl-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità sena b'sena mis-sena 2009 sas-sena 2020 u kemm hemm minnhom li jaħdmu Malta u kemm minnhom jaħdmu Għawdex ? Jista' l-Ministru jispjega jekk hemmx xi limitu għaż-żmien li l-imsieħba jibqgħu f'din l-iskema ? Kemm huma tenuti li jaħdmu fil-ġimgħa l-imsieħba f'din l-iskema ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra għandek issib in-numru ta’ msieħba fl-Iskema tax-Xogħol fil-Komunità sena b'sena mis-sena 2009 sas-sena 2020 u kemm hemm minnhom li jaħdmu Malta u kemm minnhom jaħdmu Għawdex.
Minn meta bdiet l-iskema (fl-2009), qatt ma kien hemm limitu għaz-zmien li l-imsieħba jibqgħu f'din l-iskema. L-imsieħba f'din l-iskema obligati jaħdmu skont il-kuntratt tagħhom li ivarja minn
full-time, part-time
u
reduced hours
.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni barranin jaħdmu f’Malta kull sena mill-2013 sal-2021? Jista’ jagħti l-informazzjoni maqsuma bejn ħaddiema minn ġewwa l-Unjoni Ewropea u ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni barranin li jaħdmu f’Malta u Għawdex sal-aħħar ta’ Diċembru 2013-2019 u Settembru 2020.
Sena
EU
TCN
Total
Diċembru 2013
12,332
6,208
18,540
Diċembru 2014
16,231
7,177
23,408
Diċembru 2015
20,807
8,338
29,145
Diċembru 2016
25,816
9,922
35,738
Diċembru 2017
30,643
13,824
44,467
Diċembru 2018
34,456
21,115
55,571
Diċembru 2019
36,701
30,895
67,596
Settembru 2020
31,513
38,406
69,919
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Settembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu fuq active labour market policies f’Malta kull sena mill-2013 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-tabella tindika n-nefqa fuq
active labour market policies
f’Malta kull sena mill-2013 sal-2019 (skont meta kienet qed tigi offruta), skont kif Malta tibgħat l-informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea fil-
Labour Market Policy
(LMP)
database
.
L-aħħar informazzjoni provduta kienet għas-sena 2019.
Ħal Tarxien – rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali varji sabiex ġewwa Ħal Tarxien jerġa’ jkun hemm servizzi bankarji bħalma kien hemm fil-passat, senjatament li jkun hemm almenu dak ta’ ATM?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Minsiteru għall-Finanzi u x-Xogħol — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif ser jingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan sabiex Malta tissellef mill-Unjoni Ewropea taħt l-iskema SURE bħala parti mir-ristruturazzjoni tal-Air Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont ir-Regolament tal-Kunsill 2020/672, l-għan tas-self taht l-iskema SURE huwa li li tappoġġja skemi ta’ xogħol b'ħinijiet iqsar u mi¿uri simili sabiex tgħin lill-Istati Membri jipproteġu l-impjiegi u b’hekk l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom kontra r-riskju ta’ qgħad u t-telf ta’ dhul.
In-natura ta’ l-ispiza imsemmija mill-interpellant ma hix eliġibbli ghall-għajnuna taħt din l-iskema.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm liċenzji ġodda ta’ funds reġistrati f’Malta u kemm kien hemm surrender ta’ liċenzji ta’ funds reġistrati f’Malta fl-2020 u fl-2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18682 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk min qiegħed jieħu l-wage supplement u għandu self ta' dar u negozji l-aktar dawk li għandhom b’xi mod x’jaqsmu mat turiżmu, speċjalment bis-sitwazzjoni tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet mill-pajjiżi Ewropej għadhom mhux ċari u l-ħaddiem u n-negozjanti għandhom bżonn serħan il-moħħ ħalli kif għaddiet sena waħda b’moħħhom mistrieħ, ngħaddu l-ftit xhur li baqa’ sakemm ir-rota tibda’ ddur. Għal dawn se jsir estensjoni ta' moratorju?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-self lil negozji għal skop ta’ working capital li jikkwalifikaw taħt il-COVID-19 Guarantee Scheme tal-Bank Malti għall-Izvilupp jibbenifikaw minn moratorju minimu ta’ sitt xhur. Il-bank kummerċjali jista’ jtawwal dan il-perjodu ta’ moratorju għal massimu ta’ tnax il-xahar skond il-meritu tal-kaz. Il-Gvern qabel li l-massimu ta’ dan il-moratorju jigi estiz b-sitt xhur oħra għal tmintax il-xahar. Din l-estensjoni tidħol fis-seħħ malli tingħata l-approvazzjoni tal- Kummissjoni Ewropea li mistennija dalwaqt.
Fl-14 ta’ Jannar tal-2021 il-Bank Ċentrali reġa ta estensjoni għall-moratorja dwar faċilitajiet ta' kreditu f'ċirkostanzi eċċezzjonali f’Malta. Permezz ta’ din l-estensjoni, dawk li kellhom self mill-banek qabel April ta l-2020 setgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom għal moratorja ġodda jew jestendu l-moratorja e¿istenti tagħhom, soġġett għal numru ta kundizzjonijiet, sa t-30 ta Marzu 2021.
Sal-lum l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) ma emendatx il-Linji Gwida tagħha rigward l-għoti ta’ aktar moratorji ta’ dan it-tip. Fin-nuqqas ta’ emendi fil-linji gwida tal-EBA u aktar estensjonijiet, dawk li kienu ssellfu mill-banek qabel April ta l-2020 xorta jistgħu jikkuntattjaw lill-banek rispettivi tagħhom minħabba li l-banek jistgħu jagħzlu li jkomplu jappoġġjaw lill-klijenti taghhom skond il-kaz, u skond ir-regoli applikabbli għall-banek fi ħdan il-qafas prudenzjali tagħhom.
Ħlas ta’ taxxa addizzjonali jew penali taħt il-Kapitoli 364 u 372
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għas-sena 2019 kemm tħallset taxxa addizzjonali jew penali a tenur tal-Kapitolu 364 tal-Liġijiet ta’ Malta? Kemm kien ħlas addizzjonali u kemm kien ħlas fi forma ta’ penali? Jista’ jgħid għas-sena 2019 kemm tħallset taxxa addizzjonali jew penali a tenur tal-Kapitolu 372 tal-Liġijiet ta’ Malta? Kemm kien ħlas addizzjonali u kemm kien ħlas fi forma ta’ penali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Depożiti ma’ banek lokali – depożiti ta’ kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid lill-Kamra kemm huma d-depożiti ma' banek lokali ta’ kumpaniji li joperaw f’dawn is-setturi: manifattura, dawl u ilma, biedja u sajd, lukandi u ristoranti, online gaming, kostruzzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni, trasport, saħħa, edukazzjoni, wholesale u retail, u l-bqija tal-industrija tas-servizzi, u b’kemm inbidlu mill-aħħar ta' Frar 2020 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt.
Depo¿iti ta' kumpaniji residen
ti f'Malta ma' banek lokali skont il-klassifikazzjoni NACE
Depo¿iti sa tmiem Frar tal-2021 (Euro miljuni)
Tibdil bejn Frar tal- 2020 u Frar tal-2021 (Euro miljuni)
Manifattura (C)
312.0
87.5
Ilma; Dawl; Gass, Arja kundizjonata, Drenaġġ u Immanigjar tal-Iskart ecc. (D u E)
59.1
14.8
Agrikoltura u Sajd (A1 u A2)
93.3
60.9
Akkomodazzjoni u Attivitajiet ta' Serivizzi tal-Ikel (I)
116.8
-9.8
Arti, Divertiment u Rikrejazzjoni (R)*
412.6
34.9
Kostruzzjoni (F)
264.3
12.2
Attività fil-Barrieri (B)
11.0
7.1
Attivitajiet ta' Proprjetà (L)
301.8
-16.9
Informazzjoni u Komunikazzjoni (J)
259.4
73.2
Trasport u Ħa¿na (H)
295.2
-29.6
Saħħa u Xogħol Soċjali (Q)
40.9
14.6
Edukazzjoni (P)
38.8
2.2
Wholesale
u
Retail
; Tiswijiet ta Vetturi u Muturi (G)
626.2
66.7
Il-bqija tal-Industrija tas-Servizzi (M, N, u S)
591.8
-5.9
Total
3423.2
311.9
* jinkludi s-settur tal-online gaming
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li sidien ta’ white taxis qegħdin jirċievu €498 bħala wage supplement u mhux €800 bħal sidien tal-karozzini, gwidi u kull min hu affetwat ħażin fl-industrija tat-turiżmu?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18530, jista' l-Ministru jindika fejn qegħdin jaħdmu l-1,239 persuna b'diżabilità fis-settur pubbliku
Response (CARUANA, CLYDE)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija 18530, l-Onor. Interpellant għandu jkun mgħarraf li l-persuni inkwistjoni huma mferrxin fid-diversi dipartimenti u entitajiet tas-Servizz Pubbliku. Mhux ġust li jingħata t-tagħrif speċifiku kif qed jiġi mitlub.
Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament x'inhi r-raġuni li Malta mhix inkluża mal-lista ta' pajjiżi benefiċċjarji tas-somma ta' kważi €530,000,000 imħabbrin mill-Kummissjoni Ewropea taħt l-EU Solidarity Fund il-ġimgħa li għaddiet?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19329, jista’ l-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija li tikkonċerna lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li operaturi ta’ childcare centres ġodda mhux jitħallew jipparteċipaw fl-iskemi ta’ sussidju li ngħatat lil childcare centres eżistenti? X’inhi r-raġuni? Jista’ jgħid jaħsibx li hu inġust li hemm min investa l-flus u ilu għaddej sena bil-proċess ta’ permessi biex fl-aħħar mument jgħidulu li l-iskema magħluqa? X’inhuma l-benefiċċji li qed jitilfu dawn l-operaturi u li l-oħrajn qed igawdu? Meta se terġa’ tiftaħ l-iskema? X’inhi r-raġuni li l-proċess ta’ childcare ġdid għandu jitlaq minn JobsPlus u mhux mill-Ministeru għall-Edukazzjoni? Ma jaħsibx il-Ministru li dan inaqqas mill-funzjoni edukattiva li għandhom ikollhom dawn iċ-childcare centers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-operaturi ta’ childcare centres ġodda qed jitħallew jipparteċipaw fl-iskemi ta’ sussidju li ngħatat lil childcare centres ezistenti, dan għaliex l-iskema hija miftuha.
Il-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ Childcare ġdid, biex jiġi ¿gurat li jkun hemm l-istandards neċessarji, jaqa’ taħt id-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17438, jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord li jiddeċiedi fuq każijiet umanitarji? Jista’ jispjega wkoll xi proċedura jew kriterji jsegwi dan il-bord biex jistabbilixxi jekk Learning Support Educator b’każ umanitarju timmeritax li taqbeż il-waiting list u tmur taħdem direttament f’Għawdex?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Fond konsolidat f’Għawdex – nefqa kapitali tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-gvern mill-Fond Konsolidat f'Għawdex kull sena mill-2013 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastrutturali u soċjal? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-Fond Konsolidat għall-istess oqsma ta’ investiment?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mituba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-ishma u l-assi li nbiegħu mill-Gvern kull sena mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn kull wieħed minn dawn l-ishma u assi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li matul is-snin imsemmija, id-dħul li ġie rreġistrat fil-Fond Konsolidat mill-bejgħ ta’ isħma kien mill-Malta Public Transport Service Ltd, li kienet involuta fit-tranzizzjoni bejn l-operatur preċedenti tas-sevizz pubbliku, u dak li hemm bħalissa.
Għalkemm il-bejgħ sar permezz ta’ kuntratt f’Dicembru 2014, l-ammonti dovuti daħlu u ser ikomplu jidħlu fil-Fond Konsolidat tul numru ta’ snin; sa issa Eur 700,000 fl-2015, u Eur 888,888 kull sena fis-snin 2016, 2017, 2018, 2019 u 2020.