Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta’ ħaddiema f’pajjiżna li jaqilgħu anqas minn €30,000?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2018, in-numru ta’ impjegati li qalgħu anqas minn €30,000 fis-sena kien stmat: 179,292.
Is-sors ta’ din l-informazzjoni hu l-
Labour Force Survey
. Definizzjoni ta’ paga: tirreferi għal
annual basic salary
. Ma jinkludix dħul minn sahra,
bonuses
u
allowances
.
L-informazzjoni hija provizorja u tista’ tkun riveduta.
Ministeru għall-Finanzi — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta t-taxxa imposta minn pajjiżna fuq karozzi second hand importati f'Malta minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea ser tiġi daqs dak li hu impost f'pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid jekk l-ammonti żejda li tħallsu minn diversi ċittadini Maltin u Għawdxin f'taxxa ta’ reġistrazzjoni ta' karozzi second hand importati f'Malta se jingħataw lura? Għal kemm tammonta din id-differenza, sena b'sena fi ħlasijiet żejda ta' taxxi għall-importazzjoni ta' karozzi second hand importati f'Malta minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull Stat Membru hu liberu li jadotta sistema ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq il-vetturi li jiġu rreġistrati f’dak il-pajjiż, skont ir-realtajiet u l-prijoritajiet ta’ dak l-Istat Membru.
Dan ifisser li ma hemm l-ebda sistema komuni ta’ taxxa tar-reġistrazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u għaldaqstant mhux possibli li tiġi kkalkulata d-differenza fit-taxxa hekk kif indikat hawn fuq minħabba li dan il-prinċipju ma japplikax.
Ta’ min ifakkar li fil-każ ta’ Malta, it-taxxa tar-reġistrazzjoni hi mfassla favur karozzi li huma izgħar, ġodda jew iktar riċenti, u li jħammġu inqas. Dan il-qafas japplika kemm għal karozzi ġodda kif ukoll għal dawk li huma importati minn Stati Membri oħra u rreġistrati f’Malta bħala second hand.
Ministeru għall-Finanzi — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza ghar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġa mill-US State Department 2019, jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix jew hemmx pjan li tinħoloq, kollaborazzjoni interministerjali bejn il-Ministeru tiegħu u Ministeri oħra? Jista' jindika liema huma dawn il-Ministeri?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-funzjoni tinqeda permezz tal-Human Trafficking Stakeholders’ Taskforce fi ħdan il-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Ministeru għall-Finanzi — għarfien fuq traffikar ta' persuni
Question
B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2019 jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru tiegħu biex iżid l-għarfien fuq it-traffikar ta' persuni f'pajjiżna?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 10649.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ddaħlu mill-eco-tax tat-turiżmu għas-snin 2016, 2017, 2018 u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija għas-sena 2019 (separatament)? Jista' jagħti rendikont fejn ġew investiti dawn il-finanzi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Negotiated Procedure' ġodda minn meta ġiet imwieġba il-mistoqsija parlamentari 9722 sal-lum, u x'tip ta’ Negotiated Procedure kienu? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x'kienet ir-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jispjega b’liema jedd huwa għandu aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-Maġistrat Bugeja fl-inkjesta Egrant, u ċjoè r-rapport li s’issa mhux pubbliku? Jista' jgħid meta ngħata tali aċċess u minn min?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kontra dak li qed jinsinwa hu, m’għandi l-ebda aċċess għar-rapport finali sħiħ tal-inkjesta Egrant.
Jista' l-Ministru jgħid min huma d-diretturi, azzjonisti (shareholders) u l-ultimate beneficial owners (UBOs) tal-kumpanija li hija rreġistrata f'Dubai u li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 10153.
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema laqgħat barra minn pajjiżna attenda fil-bidu tas-sena u liema huwa previst li jattendi tul din is-sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni rigward il-laqgħat li diġà saru s’issa matul is-sena 2019 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għall-bqija tas-sena, il-Ministru se jattendi kull laqgħa li titqies ta’ importanza għal pajjizna u l-finanzi tiegħu, inkluz dawk tal-Unjoni Ewropea, u ta’ Banek Internazzjonali għall-Izvilupp.
Ministeru għall-Finanzi — naċċessibilità għal persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż il-Ministeru, dipartimenti u entitajiet oħra) huma fiżikament aċċessibbli għal persuni b'diżabilità? Jista’ jikkonferma li dawn il-postijiet huma fil-fatt ċertifikati li huma aċċessibbli mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 9559.
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità tagħti ċertifikazzjoni ta’ konformità biss għal binjiet li għadhom fil-fazi tal-ippjanar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq reklami u avviżi fuq kull mezz, inkluż social media, minn kull entità li hija fid-dekasteru tiegħu fix-xahar t’April u Mejju 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni ma tinkludix lill-Bank Ċentrali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga mid-Dwana ta’ Malta mill-2013 ’il hawn, u jagħti l-informazzjoni sena b’sena skont it-tip ta’ droga li nqabdet?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pubblikazzjoni tal-pieni fuq website
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, kellhom l-identità tagħhom u l-piena li ngħataw, ippubblikati mill-FIAU fuq il-website tagħhom u/jew band’oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew ezerċizzju ieħor ta’ verifika bejn is-sena 2014 sad-data ta’ din ir-risposta, u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċizjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data ta’ din ir-risposta, ma kien hemm l-ebda Nutar Pubbliku li kien suġġett għall-proċeduri ta’ pubblikazzjoni ta’ pieni, u dan għaliex l-ebda piena ma eċċediet il-limitu rikjest għall-publikazzjoni ai termini tal-Artikolu 13Ċ tal-Att Kontra Money Laundering, Kap 373, li jirregola l-istess proċedura ta’ pubblikazzjoni.
L-istatistika mizmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
FIAU – Nutara Pubbliċi – każijiet ta’ allegati reati ta’ ħasil ta’ flus
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet ta’ allegati reati ta’ ħasil ta’ flus li l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) investigat mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum fir-rigward ta’ flus li pprevjenew lin-nutara pubbliċi minn misapproprjazzjoni ta’ taxxi u/jew flus/beni oħra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korp iqis illi l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali għar-raġunijiet previsti fl-Artiklu 34 tal-Att Kontra Money Laundering, Kap 373 u għaldaqstant huwa prekluż milli jagħti risposta ai termini tal-obbligi ta’ kunfidenzjalità taħt l-istess artikolu.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9770 jista’ l-Ministru jgħid għaliex, ma jistax jippubblika r-risposta tal-FIAU għall-istess opinjoni ladarba l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-opinjoni tagħha (formal opinion) mibgħuta lill-FIAU fit-8 ta’ Novembru 2018? Hemm bżonn li wieħed jitlob lill-Kummissjoni Ewropea, ai termini tal-liġi Ewropea dwar l-aċċess pubbliku, għal informazzjoni li tista’ faċilment tingħata hawn Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea ġiet ippubblikata, ir-risposta għal dik l-opinjoni tikkontjeni informazzjoni u dokumentazjoni li għandha x’taqsam mal-operat u proċessi interni tal-FIAU, u tali informazjoni u dokumentazjoni hija meqjusa sensittiva u kunfidenzjali li għal termini tal-Att Kontra l-Money Laundering (Kap. 373 tal-Liġijiet ta’ Malta) ma tistax tiġi żvelata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpeillant li fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu taħt l-Artiklu 16(1)(ċ) tal-Att Kontra Money Laundering, Kap 373, il-Korp Għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (‘il-Korp’) wettaq ħamsa u tletin (35) on-site examination fuq Nutara Pubbliċi bejn is-snin 2014 sad-data ta’ din ir-risposta. Ta’ kull sena il-Korp, fil-qadi tal-funzjoni surreferita, iwettaq ukoll ezerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni minn kull entita suġġetta, inkluż in-Nutara Pubbliċi.
L-istatistika miżmuma mill-Korp ma tippermettix li l-istatistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pieni pekunjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm, minn fost in-numru ta’ nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum, ingħataw piena pekunjarja?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost dawk in-Nutara Pubbliċi li saritilhom on-site examination jew e¿erċizzju ieħor ta’ verifika illi seħħu bejn is-snin 2014 sad-data ta’ din ir-risposta u li għalihom il-proċedura li twassal għal deċiżjoni finali mill-Korp laħqet intemmet sad-data tal-lum, kien hemm ħdax-il (11) Nutar Pubbliku illi ingħata piena pekunjarja.
L-istatistika mizmuma mill-Korp ma tippermettix li din it-tip ta’ statistika hekk kif mitluba tmur lura oltre mis-sena 2014.
FIAU – on-site examination ta’ nutara pubbliċi – pieni pekunjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu, każ b’każ u sena b’sena (iżda mingħajr ma tkun mikxufa l-identità tal-persuni involuti), il-pieni pekunjarji li ngħataw lill-nutara pubbliċi li saritilhom on-site examination jew eżerċizzju ieħor ta’ verifika mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-lum?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.