Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ġiet maqtugħa mill-benefiċċji soċjali minħabba li biegħet ir-residenza tagħha u bl-istess flus xtrat dar oħra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, huwa normali li d-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali iwaqqaf il-benefiċċji meta jkun hemm tranżazzjonijiet ta’ flus. It-talba għal benefiċċju ġiet mistħarrġa mill-ġdid wara li l-benefiċjarja pprovdiet l-irċevuti, iżda ġiet mitluba tipprovdi iktar dokumenti u tikkjarifika xi mistoqsijiet illi d-dipartiment kellu fuq l-każ tagħha. Bħalissa d-Dipartiment qiegħed jara l-każ mill-ġdid, wara li s-Sinjura bgħatet aktar dokumenti kif mitlub.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 42 u ċjoè: Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 714.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 43 u ċjoè: Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari numru 714.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 41 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' impjegati, sija full-time u sija part-time mal-entitajiet illi jaqgħu taħt il-Minsteru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta` Soċjali, huwa kif ġej;
Fl-1 ta’ Diċembru 2016 kien hemm l-ammont ta’ 1,127 ħaddiem, fl-1 ta’ Mejju 2017 kien hemm l-ammont ta’ 1,210 ħaddiem u fit-3 ta’ Ġunju 2017 kien hemm 1,228 ħaddiem.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Direct orders bejn l-2008 u l-2013
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders mogħtija mid-dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu (inkluż fejn japplika dawk li jaqgħu taħt is-Segretarji Parlamentari fid-dekasteru tiegħu) sena b’sena, bejn Marzu 2008 u Marzu 2013? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, l-ispiża ta’ kull direct order u lil min ingħatat kull direct order?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm shelters għan-nisa li huma vittmi tal-vjolenza domestika f’pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm nisa u tfal li fil-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija qed jgħixu f’shelter? Kemm minnhom huma ta’ nazzjonalità Maltija u kemm huma ta’ nazzjonalità barranija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, f’Malta hawn b’kollox ħames shelters għan-nisa li jisfaw vittmi ta’ vjolenza domestika. Ta’ min jirrimarka li tlieta minn dawn ix-shelters huma First Stage Shelters, li joffru kenn residenzjali lin-nisa u t-tfal tagħhom u li jkollhom bżonn għajnuna b’mod urġenti, f’sitwazzjonijiet fejn ikun hemm riskji għoljin ta’ sigurtà.
In-numru ta’ nisa u tfal illi qed jgħixu f’dawn ix-
shelters
, jammonta għal sitta u għoxrin mara u tlieta u tletin tifel u tifla. Mis-sitta u għoxrin mara, tmintax huma Maltin filwaqt illi tmienja huma ta’ nazzjonalità barranija. Mit-tlieta u tletin tifel u tifla, tnejn u għoxrin huma Maltin filwaqt illi ħdax huma ta’ nazzjonalità barranija.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, peress li wara diversi rapporti ta’ ilma li daħal ġewwa mill-fili tal-faċċata, baqa’ ma sar xejn? Jista’ jara li almenu tissolva din il-problema, sakemm titranġa l-faċċata kollha li għal din is-sena żgur li mhux ser issir?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, dwar il-każ imsemmi, min naħa tal-Awtorita' tad-Djar kienu saru tiswijiet ġewwa l-appartament madwar sena ilu. Madanakollu, dwar id-dħul ta' ilma mill-fili tal-faċċata ser terġa ssir spezzjoni biex jiġi vverifikat l-ilment u naraw x'jista' jsir biex tissolva din il-problema.
Tiswijiet ta’ saqaf ta’ kamra tal-banju – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara kif dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bidlulu s-saqaf tal-kamra tal-banju u fil-proċess kissrulu s-sett tal-banju u ma jridux jagħmlulu t-tiswijiet tas-sett għax kienu tawh xi sussidju għaxar snin ilu? Jista’ jara kif mhux talli ma ssewwewx il-ħsara li għamlulu meta bidlulu s-saqaf, imma talli wkoll bagħtulu kont ta’ €105 ewro għar-riċerki?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorita’ tad-Djar dwar il-każ imsemmi, is-saqaf tal-kamra tal-banju ma kienx ġie mibdul imma ġie msewwi u intrifed permezz ta’ travu. Il-kuntrattur imqabbad mill-Awtorita’ tad-Djar m’għamel l-ebda ħsara fis-sett tal-banju kif qed jiġi allegat. Fil-fatt l-inkwilin kien diġa’ ssottometta l-applikazzjoni biex jibdel il-kamra tal-banju qabel ma l-kuntrattur beda x-xogħol fuq it-tiswija tas-saqaf. Skont il-kundizzjonijiet tal-iskema, jekk jinstab li l-applikant kien diġa’ bbenefika mill-istess xogħlijiet fi skemi preċedenti hu ma jkunx intitolat jerġa’ jibbenefika fuq l-istess xogħol. Għaldaqstant l-applikazzjoni tal-persuna msemmija biex jerġa’ jingħata sussidju sabiex jibdel il-kamra tal-banju ma setgħetx tiġi approvata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sorveljanza u x’monitoraġġ isir biex l-istandards skont il-kategoriji tad-Djar tal-Anzjani, jinżammu? Fir-rigward ta’ recreational facilities, menu tal-ikel u kumditajiet bħal lifts u airconditioning, hemm numru ta’ djar li hu mistenni ferm aħjar mill-amministrazzjoni tagħhom, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex dawn iżommu mal-obbligi tal-kuntratti li jagħti l-Gvern? Jista’ jgħid ukoll kif jitħarsu d-drittijiet ta’ dawk l-anzjani li qegħdin f’dar residenzjali u jħallsu minn buthom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-liċenzjar tad-djar tal-anzjani skont l-istandards għall-ħarsien tal-kura tal-anzjani jsir mid-Direttorat tal-Istandards tal-Kura tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jinforma kemm hawn nisa jirċievu s-Single Parent Unemployment Benefit?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Unemployment Benefit jitħallas biss jekk persuna tkun ħadmet u ħallset il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali u tkun qiegħda tirreġistra għax-xogħol, fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru tal-Jobsplus, filwaqt illi tkun tissodisfa l-kriterji, kif stabbiliti fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali (Kap 318).
Jista’ l-Onor. Interpellant jiċċara l-mistoqsija tiegħu, peress illi ma jeżisti l-ebda Unemployment Benefit illi jitħallas speċifikament għal single parents?
Jista’ l-Ministru jara li jsir rapport minn social worker dwar anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li jgħix f’garaxx u jinsab f’wheelchair?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-każ tal-persuna msemmija qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jitkompla x-xogħol ta' lift fil-kondominju li fih jgħix dan l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, minħabba li x-xogħol beda, iżda waqaf b'mod immedjat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-istess domanda saret f’mistoqsija parlamentari numru 3661 u kif diġa’ ingħad huwa pjanat li jitkompla x-xogħol wara l-1 ta’ Marzu 2018.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettajli dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha tliet xhur ma tieħu pensjoni u l-każ għadu ma ġiex solvut?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-benefiċċji tal-persuna msemmija twaqqfu minħabba investigazzjoni. Din il-persuna ntalbet għal diversi drabi tipprovdi dokumenti speċifiċi imma naqset milli tagħmel dan, bir-riżultat illi l-każ għadu mhux solvut.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separament fejn din il-persuna ilha tliet xhur ma tieħu pensjoni u l-każ għadu ma ġiex solvut?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li għadni kif tajt f’mistoqsija parlamentari 3952.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija parlamentari hija l-istess waħda bħal mistoqsija parlamentari 3952.
Skont il-mistoqsija parlamentari li għamilt f’Diċembru, jidher li hemm ‘il fuq minn 11,000 single parent li rċevew iċ-children's allowance fl-2017. F’Settembru 2017 l-EU SILC ħarġet statistika fejn l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) irraportat li 6,658 single parent households huma f’riskju ta faqar. Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn single mothers f’riskju ta’ faqar? Jista’ jagħti n-numru ta’ single mothers fl-2002, 2007, 2012 u 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qed jitlob ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi iżda tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi mhux kull min jirċievi c-
Children Allowance
huwa f’riskju ta’ faqar, għax għalkemm ir-rata imħallsa tiddependi minn test tal-mezzi, hemm rata minima ta’ Allowance li titħallas lil kulħadd, anke meta id-dħul jeċċedi il-limitu stabbilit.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25399 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ jgħid kemm hemm anzjani li jinsabu residenti f’Dar tal-Anzjani li ressqu xi lmenti? Fuqhiex kienu magħmula dawn l-ilmenti u f’liema dar residenzjali twettqu dawn l-ilmenti? Jista’ jgħid kemm saru lmenti mir-residenti ta’ dawn id-Djar f’din is-sena u x’azzjonijiet ittieħdu biex jieqaf dan l-abbuż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lid-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità rċieva wieħed u tletin ilment minn ġewwa d-djar tal-anzjani tal-Gvern matul s-sena 2017. Dawn l-ilmenti kienu primarjament jikkonċernaw l-ikel u l-manutenzjoni tad-djar residenzjali. L-ilmenti mill-anzjani saru ġewwa d-djar tal-anzjani tal-Mellieħa, Mosta, Mtarfa, u Bormla. Meta d-Dipartiment rċieva dawn l-ilmenti, ttieħdet azzjoni immedjata kemm mill-kuntratturi u kemm mill-istaff partikolari, biex il-kwistjonijiet msemmija jiġu indirizzati. Rigward ilmenti ġewwa djar tal-anzjani privati, dawn jaqgħu taħt ir-responsabiltà tat-tmexxija tad-dar partikolari u għalhekk id-Dipartiment m’għandux din it-tip ta’ informazzjoni iżda kull meta isir awditjar mid-Dipartiment tas-servizzi mogħtija, jiġu investigati l-ilmenti kollha li jinġiebu għall-attenzjoni tad-Dipartiment.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità – persuni reġistrati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità li huma reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u li jgħixu fil-lokalitajiet tal-Fgura, Wied il-Għajn u ż-Żejtun? Kemm minn dawn il-persuni għandhom diżabilità fiżika, intelletwali jew mentali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Kumissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità hija entità indipendenti u awtonoma bil-fakultà ta' regolatur, u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba tista' tinħareġ minn din il-Kumissjoni.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba minnu.
Ġentilment ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, dawn d-direct orders ingħataw skont, Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - direct orders
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari numru 538.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - direct orders
Question
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva, jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat minn kwalsiasi entità li taqa' taħtu, inkluż id-data u l-valur, mill-1 ta' Diċembru 2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 538.