Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le?
Jista' jgħid ukoll:
(a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad?
(f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentati numru 22674. Fir-rigward għall-pożizzjoni ta’ CEO fi ħdan l-AIMS nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26077.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Kuntratt ta’ impieg
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23676 u jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-'Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis' li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitulati għal termination benefit fl-eventwalità li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23879 u jgħid jekk kienx hemm persuni li ġew impjegati direttament jew ingħataw xi forma ta’ kuntratt ta’ xogħol ma’ Esplora matul l-2024 u jekk kien hemm, min huma? Jista’ jgħid ukoll x’inhu xogħolhom u minn liema lokalità ġejjin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li ma kien hemm ebda impjieg ta’ dan ix-xorti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew jew mistennija li jiġu implimentati mill-Ministeru tiegħu tul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministeru m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fl-ewwel sitt xhur tal-2025.
Il-Kulleġġ ta' Għawdex — Xogħlijiet ta’ manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jelenka x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru, liema xogħlijiet ġew imħallsa mill-fondi tal-iskejjel rispettivi li jagħmlu parti mill-Kulleġġ ta' Għawdex mill-perjodu Jannar 2023 sa Diċembru 2025? Jista’ jelenka kull biċċa xogħol li saret (għal kull skola), meta saret, kemm swiet u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet sarux b’tender jew b’direct order?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Qawra? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Qawra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 694 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tan-Naxxar? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tan-Naxxar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 343 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Mellieħa? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 397 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Imġarr, Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Imġarr, Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Primarja tal-iskola msemmija preżentament hemm 298 student.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25573 dwar studenti fl-Iskola tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin, kemm huma minn pajjiżi Ewropej u kemm huma minn pajjiżi terzi? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiż ġej kull student?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Maltin
Mill-Ewropa
Mhux mill-Ewropa
349
97
121
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25574 dwar studenti fl-Iskola tal-Imġarr, Malta, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin, kemm huma minn pajjiżi Ewropej u kemm huma minn pajjiżi terzi? Jista' jgħid ukoll minn liema pajjiż ġej kull student?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Maltin
Mill-Ewropa
Mhux mill-Ewropa
362
13
46
Jista’ l-Ministru jgħid jekk talabx ir-riżenja tal-individwu li l-informazzjoni dwaru qiegħda tintbagħat separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk l-individwu nnifsu talabx għar-riżenja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu rriżenja fil-5 ta’ Marzu 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il akkademja sportiva jieħu ħsieb u jsostni l-Gvern taħt il-kappa ta’ SportMalta? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn l-akkademji u xi pjan għandu għax-xhur u s-snin li ġejjin għal kull akkademja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa SportMalta għaddejja b’eżerċizzju ta’ evalwazzjoni u reviżjoni tal-programmi li fosthom jinkludu l-akkademji, fejn fost l-oħrajn se jkun aġġornat ir-rwol tal-programmi biex dawn jirriflettu l-bżonnijiet attwali ta’ dak li għandu x’jaqsam mal-kamp sportiv, edukattiv u soċjali b’mod partikolari tat-tfal kif ukoll tal-adulti u setturi oħra tal-popolazzjoni Maltija li jirriflettu l-għanijiet ta’ SportMalta hekk kif stabbiliti fl-Att dwar l-Sport.
Kif kien imħabbar u ppjanat fix-xhur li għaddew, SportMalta ser twettaq bidliet sostanzjali fil-programm
On The Move
minn Ottubru li ġej. Dan qed isir bħala parti mit-tiġdid tal-entità. Il-programm il-ġdid se jkun qed jiffoka aktar fuq il-fundamenti tal-isport, kif ukoll biex jilqa' aktar parteċipanti ta’ aktar minn 16-il sena. Barra minn hekk, wara survey li ġie mibgħut lill-ġenituri u konsultazzjoni ġenerali mal-kowċis u mal-komunità sportiva, se jkun hemm enfasi fuq approċċ "parent and child" fil-programmi tagħna.
Infurmat li se jiġi inkluż ukoll fitness ġenerali u varjat, u se jiżdiedu aktar ċentri wara li SportMalta kabret in-numru ta’ faċilitajiet tagħha. Barra minn hekk, SportMalta qed tanalizza s-sitwazzjoni tal-parteċipazzjoni fost l-adolexxenti u se tkun qed toffri programmi ġodda għalihom. Il-programm il-ġdid se jibda fit-tieni ġimgħa ta’ Ottubru 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi oħra dwar meta se jibda x-xogħol fl-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ, f’Ħal Qormi u meta effettivament se jkun qed jitlesta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid iżjed ma dak li diġà weġibt verbalment fil-Parlament.
Skejjel tal-Istat — Għaqdiet volontarji - Kiri ta’ binjiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25631, fejn ġie mwieġeb li f’April tal-2024 ġew maħruġa linji gwida lill-iskejjel tal-Istat dwar il-kiri ta’ binjiet lil terzi persuni fejn ġie stabbilit li l-għaqdiet volontarji li għandhom VO number, ir-rati jiġu mnaqqsa bi skont ta’ massimu ta’ 75%, għaldaqstant jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-għaqdiet volontarji li bbenefikaw minn dan l-iskont bejn l-1 ta' Mejju 2024 u t-28 ta' Frar 2025, u kemm kien l-ammont li tħallas u għal kemm sigħat f'kull każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għall-Iskola Primarja ta' Birkirkara? Jekk hemm pjanijiet, jista' jgħid x'xogħol hemm ippjanat, meta se jkun qed jinbeda u meta se jkun qed jitlesta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25942 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25943 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola ta' San Pawl il-Baħar?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 208 student.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu preżentement in-numru ta' subien li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Qawra? Jista' jgħid ukoll kemm hu preżentement in-numru ta' bniet li qed jattendu fl-iskejjel tal-Gvern fil-livell ta' kindergarten, separatament għal kull sena fl-Iskola tal-Qawra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Kindergarten tal-iskola msemmija preżentament hemm 339 student.