Tista' l-Ministru tgħid kemm ġiet tiswa' l-book fair din is-sena? Kemm huwa stmat li attendew nies b'kollox? Kemm kien hemm book fair stewards u min kienu? X'inhi l-pożizzjoni tagħhom fiċ-ċivil u kemm ħa kull wieħed minnhom? Tista' tgħid kemm skejjel żaru din il-book fair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb din is-sena ġiet tiswa € 42,305.22.
Huwa stmat li n-numru ta’ nies li attendew il-Fiera din is-sena huwa ta’ 15,000 persuna.
Kien hemm żewġ Bookfair Stewards li kienu Anselm Sciberras u Shirley Dalli u l-pożizzjoni tagħhom hija ta’Library Officer u Executive Officer rispettivament. Kull persuna ħadet €350 għall-perjodu kollu.
Din is-sena żaru l-Fiera 50 skola. Dawn kienu kemm skejjel ta’ l-Istat, kif wkoll tal-Knisja u Privati.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm karozzi fis-sezzjonijiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha sezzjoni b'sezzjoni? X'medja ta' snin għandha kull karozza? Fuq kemm u kif hija inxurjata kull karozza? Liema huma l-aġenziji li qed jipprovdu l-insurance policies ta' dawn il-karozzi? Kemm minn dawn il-karozzi ser jiġu skrappjati u minflokom ser jiddaħħlu karozzi li jaħdmu bl-elettriku? Kemm fondi hemm allokati mill-budget ta' din is-sena għal dan l-iskop?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi ppubblikat min-naħa tal-Ministeru xi policy document ta' kif ser jiġi indirizzat il-konċett ta' energy saving biex iservi ta' gwida fis-sezzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Ministeru qed jaħdem dwar draft policy document dwar inizjattivi favur l-ambjent li jinkorpora il-kunċett ta’ Energy Saving u kif dan id-dokument ikun iffinalizzat ser jintbagħat lid-Dipartimenti u l-Entitajiet kollha tiegħu. Infurmata ukoll li sadanittant kull Dipartiment u Entita’ ħatru Greenleader taħt il-gwida ta’ Assistent Direttur li hu nkarigat minn din il-policy.
Tista' l-Ministru tgħid kemm intnefqu flus, tul dawn l-aħħar ħames snin biex uffiċjali u nies oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha jmorru Għawdex? Mil-liema sezzjonijiet ġew dawn l-individwi sezzjoni b'sezzjoni? Kemm-il darba mar kull individwu u meta? X'kienet ir-raġuni ta' kull mawra? Kemm intnefqu flus fuq hospitality konnessi ma' dawn il-mawriet sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qiegħda npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Din ma tinkludix l-informazzjoni dwar l-Universita’, li ma’ waslitilniex sal-ħin ta’ deposizzjoni. Din l-informazzjoni tingħata meta taslilna.
Tista' l-Ministru tgħid kemm sar overtime f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha matul din is-sena? Kemm ammontaw il-ħlasijiet xahar b'xahar f'kull dipartiment għal dan il-għan? Min kienu n-nies li għamlu overtime kull wieħed u x'kienu ċ-ċirkostanzi li minħabba fihom sar l-overtime f'kull każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-Mistoqsija għandha l-firxa tad-dikasteri kollha tal-Ministeru tiegħi, u tirrigwarda x’sar matul sena sħiħa, il-ġbir tal-informazzjoni jinvolvi ħidma kbira. Minħabba f’hekk, it-tweġiba tiġi mogħtija meta tkun tlestiet din il-ħidma.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għadha ma ngħatatx il-faċilità li jkollha facilitator waqt il-ħinijiet tal-iskola?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-applikazzjoni tal-ġenituri biex it-tifla tidher quddiem l-iStatementing Moderating Panel daħlet fl-Lulju 2008.
F’każijiet ta’ problemi fit-tagħlim bħal ta’ din it-tifla, l-iskola tagħmel użu mir-riżorsi li diġa’ jeżistu. Il-bord jara lil din it-tifla meta jkun imissha skond il-lista tar-reġistrazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid jekk sarx Examiners' Report għall-performance tal-istudenti Maltin fl-eżami tas-SEC tal- Ingliż, u jekk sar, tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra peress illi fuq il-website tal-Università, l-aħħar report li hemm hu tal-2007?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmata li dan ir-rapport u rapporti tal-eżaminaturi tas-suġġetti l-oħrajn kollha li saru fl-2008 ser ikunu jidhru fuq il-website l-ġdida tal-MATSEC sa l-aħħar ta’ Jannar 2009.
Tista' l-Ministru tgħid x'ammont ta' safar sar mid-diretturi kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħha biex jonoraw il-commitments tagħhom bħala diretturi matul dawn l-aħħar tliet snin, wieħed b'wieħed, dipartiment b'dipartiment u safra b'safra? Kemm intnefqu flus fuq kull safra? X'kien l-eżitu ta' kull safra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Foundation for tomorrow schools — applikazzjonijiet għal impjiegi
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal impjiegi mal-Foundation For Tomorrow schools minn kemm ilha teżisti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-health and safety exhibition hux ser issir din is-sena ġewwa Għawdex? Jekk fin-negattiv, tista' tagħti r-raġunijet għaliex? Jekk fil-pożittiv tista' tgħid f'liema fażi qegħdin il-pjanijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li il-Health and Safety Exhibition ġewwa Għawdex se issir fid-dati ippjanati, jiġifieri mit-23 sas-27 ta’ Marzu, 2009. Għal din is-sena skolastika, il-ħsieb hu li din l-esebizzjoni se tiġi mtawwla għal ġimgħa sħiħa. Bħas-soltu din se tkun miftuħa għall-komunita’ kollha sa’ tard fil-għaxija, u ser tinżamm f’ambjent tipikament Għawdxi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex minkejja kull impressjoni li qed tingħata li t-trasport tal-iskejjel tal-istat issa ġie ristrutturat u ma fadal l-ebda problema, l-istudenti tal-Imġarr li jmorru St. Therese Junior Lyceum qed jingħataw trattament ferm divers minn dak li wieħed jistenna? Għaliex dawn it-tfal qed jitwasslu siegħa u nofs qabel ma tibda l-iskola? Għaliex il-ftehim li hemm li l-istudenti m'għandhomx jinġabru aktar minn siegħa qabel ma tibda l-iskola mhux qed jiġi onorat u min hu nkarigat lanqas biss irid jitħarrek? Għaliex il-coach li tiġi għalihom b'detriment għas-saħħa u s-sigurtà tal-istess studenti qed jitilgħu fuqha tlett studenti f'kull seat? Għaliex l-istess coach qegħdin ukoll jitilgħu fuqha subien ta' skejjel oħra, li ċertament m'huwiex konformi mar-regoli tal-iskola u tal-Health and Safety? X'qed nistennew biex tittieħed azzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li t-trasport li jiġbor it-tfal mill-pjazza ta’ l-Mġarr għall-iskola ta’ St. Therese Girls’ Junior Lyceum, Mrieħel jibda fis-7.15 a.m. Dawn jibdew l-assemblea ftit wara t-8.15 a.m. Dawn it-tfal jaslu nofs siegħa qabel l-assemblea ta’ l-iskola. In-numru ta’ tfal ta’ l-iskola ta’ l-Imrieħel mill-Mġarr huwa ta’ 29 studenta. Magħhom qiegħed ikun hemm erba’ subien ta’ tnax-il sena li jattendu l-Liceo tal-Ħamrun. Il-kuntrattur qiegħed jibgħat coach mill-kbar li tesa’ 45 persuna bil-qiegħda. L-erba’ subien li qed jiġu mgħobbija iridu joqgħodu bil-qiegħda qrib ix-xufier. Dan biex ma jkun ta’ ebda detriment ghas-saħħa u s-sigurta’ ta’ ħadd.Meta n-numru ta’ subien minn din il-lokalita’ jiżdied, dawn ikollhom trasport separat indipendenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa uffiċjali saret mal-unions li jirrappreżentaw lill-impjegati fid-dikasteru tagħha, matul din l-aħħar sena, union b'union?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata hekk:
ENTITA’
UHM
MUT
GWU
PSEU
UMASA
Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport
10
2
Direttorati ta’ l-Edukazzjoni
2
13
Institute of Tourism Studies
1
5
Kunsill Malti għall-Isport
9
Malta College of Arts, Science & Technology
3
9
National Archives
7
University of Malta
Regolari
Regolari
Superintendence of Cultural Heritage
4
Heritage Malta
4
Malta Council for Culture and the Arts
5
20
Public Broadcasting Services
3
European Union Programmes Agency
2
Wara li ftit tax-xhur ilu kien intqal li kellu jsir xi ħaġa dwar is-sitwazzjoni fl-iskola primarja ta' Bormla, tista' l-Ministru tgħid x'sar minn dakinhar sal-lum dwar din is-sitwazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li l-kelma ‘sitwazzjoni’ fil-Mistoqsija hija vaga, l-Interpellant mitlub jiċċara għal xiex qed jirreferi sabiex jingħata tweġiba.
Prinċipali ta' skejjel u kulleġġi f'Malta u Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-prinċipali tal-kulleġġi f'Malta u Għawdex? Tista' tgħid ukoll liema huma l-iskejjel taħt ir-responsabilità ta' kull prinċipal?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati persuni fil-qasam edukattiv governattiv u f'liema grad bejn Jannar u l-aħħar ta' Frar 2008?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-għadd ta’ persuni li ġew impjegati fil-qasam edukattiv governattiv bejn Jannar u l-aħħar ta’ Frar, 2008, huwa hekk:
Direttur 1
Officer in Grade 5 (College Principal) 1
Regular Teacher 5
Learning Support Assistant II 1
Supply Teacher 37
Supply Learning Support Assistant 101
Supply Kindergarten Assistant 2
Matul l-istess xahrejn kien hemm wkoll l-impjieg ta’ 19-il persuna irtirati mis-Servizz (16 Retired Kindergarten Assistant “on call” u 3 Retired Teacher), 12 oħra bħala “on call” Special Needs Emergency Helper, u 2 Adult Educators li jagħtu s-servizz tagħhom fil-klassijiet ta’ filgħaxija.
Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambjent — applikazzjonijiet mill-Foundation for tomorrow schools
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorità għall-Ippjanar u l-Ambejnt mill-foundation for tomorrow schools u għal liema proġetti matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu approvati u liema kienu? Kemm kien stmat kull proġett oriġinarjament, wieħed b'wieħed u kemm kienet in-nefqa aħħarija ta' kull wieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm nies użaw il-Librerija Nazzjonali għal skopijiet ta' riċerka, sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità barranija u kemm kienu ta' nazzjonalità Maltija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ nies li użaw il-Librerija Nazzjonali għal skopijiet ta' riċerka matul dawn l-aħħar ħames snin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm akkwistat kotba jew xogħlijiet oħra letterarji jew informattivi l-Librerija Nazzjonali matul dawn l-aħħar tliet snin bl-infurzar tal-legal deposit act? Liema kienu dawk ix-xogħlijiet li akkwistat wieħed b'wieħed? Kemm hemm individwi jew entitajiet li ma kkoperawx? Min kienu wieħed b'wieħed? X'passi ttieħdu biex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mal-liġi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li matul dawn l-aħħar tliet snin, bl-infurzar tal-legal deposit act, il-Librerija Nazzjonali akkwistat dawn il-kotba jew xogħlijiet oħra letterarji jew informattivi:
Sena
Nru ta’Kotba
Akkwistati bħala
legal deposit
2006
672
2007
513
2008 (sas-7 ta, Novembru )
431
Listi ta’ dawn ix-xogħlijiet wieħed b'wieħed ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma kien hemm l-ebda individwi jew entitajiet li ma kkoperawx.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu n-negozjati mal-istaff akkademiku tal-Junior College u l-Università dwar ftehim kollettiv ġdid biex l-Università tkun f'pożizzjoni li twettaq il-miri strateġiċi tagħha għas-snin li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-negozjati dwar il-ftehim kollettiv ġdid għall-Universita’ u l-Junior College ġew magħluqa bl-iffirmar ta’ dan il-ftehim fil-21 ta’ Jannar 2009.
Tista' l-Ministru tgħid fl-aħħar ħames snin kemm nefqet il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada u kemm minn dawn il-fondi ġew:
i) mis-self
ii) mill-budget pubbliku?
Kull sena kemm ħallset imgħax fuq is-self? Fiex nefqet il-flus kull sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.