Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1536 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 377, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 3 ħaddiema tal-kuntrattur li jaħdmu taħt dan il-Ministeru.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – direct orders lil Kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu li qed jirreferi għalih, kien hemm tliet kampanji mifruxa u importanti biex il-pubbliku jkun mgħarraf dwarhom. Waħda f’Marzu dwar il-proġett ‘EFSA Smart Monitoring of Airborne Plan’. Oħra 7 intervisti relatati mas-settur, bejn Marzu u April. Ta l-ahhar hija konsultazzjoni pubblika b’rabta mal-White Paper għar-riforma fil-qasam tar-raba’, li saret bjen Ottubru u Novembru. It-total minfuq kien ta’ €12,840.

Beekeepers

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3276 u jgħid kemm hawn persuni rreġistrati bħala beekeepers, maqsuma skont il-lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament hawn 272 naħħal reġistrat mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja. Dawn huma maqsuma skont dawn il-lokalitajiet: Mellieħa 23 Rabat (Malta) 17 Nadur 17 Mġarr (Malta) 14 Rabat (Għawdex) 13 Mosta 13 Xagħra (Għawdex) 12 Siġġiewi 10 Żejtun 9 Qormi 8 Dingli 8 Ħ'Attard 8 Ħaż-Zebbuġ 8 Qala 7 Birkirkara 6 Ħal-Għaxaq 6 Naxxar 6 Għargħur 6 Żabbar 5 Mtarfa 5 Baħrija 5 Xewkija 4 Żurrieq 4 Burmurrad 4 San Pawl il-Baħar 4 Għarb (Għawdex) 4 Safi 3 Gudja 3 Żebbuġ (Għawdex) 3 Marsaskala 3 Għajnsielem 3 Sliema 2 Marsaxlokk 2 San Ġiljan 2 Qawra 2 Sannat (Għawdex) 2 Birżebbuġa 2 Qrendi 2 San Ġwann 2 Kerċem 2 Floriana 2 Swieqi 1 Tarxien 1 Kirkop 1 Xgħajra 1 Kalkara 1 Xemxija 1 San Lawrenz 1 Fgura 1 Santa Venera 1 Marsalforn 1 Ħal-Lija 1

Spezzjonijiet fi rziezet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fi rziezet fejn jitrabbew l-annimali mill-2021 sal-lum? Jista' jgħid kemm instabu kontravvenzjonijiet f'dawn l-irziezet, u x’miżuri ttieħdu biex jitranġaw?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja mill-2021 sal-aħħar ta’ Settembru 2022 għamel 4,237 spezzjoni. Fl-2021, kien hemm 8 kontravenzjonijiet fi rziezet ta’ ruminanti żgħar (inħarġet ittra ta’ penali u 7 ittri ta’ twissija). Kien hemm 2 kontravenzjonijiet fi rziezet tat-tiġieġ (inħarġu 2 ittri ta’ twissija). Ma kienx hemm kontravenzjonijet fl-irziezet ta’ bovini, fniek, naħal u majjal. Sal-aħħar ta’ Settembru 2022 kien hemm biss kontravenzjoni waħda fi rziezet ta’ ruminanti żgħar (inħarġet ittra ta’ twissija), oħra fil-bovini (inħarġet ittra ta’ twissija) u 19-il kontravenzjoni fl-irziezet tat-tiġieġ (inħarġu 19 ittri ta’ twissija). Ma kienx hemm kontravenzjonijet fl-irziezet ta’ fniek, naħal u majjal.

Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3195, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.

Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3196, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Dikjarazzjoni tal-assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3322 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferri lill-Onorevoli Interpellant għall-mistoqsija Parlamentari 3571.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2592 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għat-tabella segwenti. Advisor Perjodu Servizz Ammont Dr Daniel Calleja 6 xhur Provision of Legal Services €400 per month excl Vat Ms Jackie Mercieca 6 xhur PR and Research Consultancy Service €5,000 excl VAT Stand Financial Services 3 xhur Accounting and Advisory Services €4,750 excl Vat RSM Malta 8 ġimgħat Anti-Money Laundering Consultancy Services €8,500 excl Vat

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsiija parlamentari 1631 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (REFALO, ANTON)

Infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkun mgħarraf bl-attivitajiet/inizjattivi li jittieħdu. Infurmat li t-tagħrif mitlub għall-perjodu ta’ ħames snin hu ONE Productions (Espresso): €4,590.

Żejtun – bdiewa full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1663 u 2060 u jindika kemm kien hemm bdiewa residenti ż-Żejtun irreġistrati full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena, maqsuma skont is-sess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ħal Għaxaq – bdiewa full-time u part-time

Question

Jista’ l-Mnistru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1664 u 2061 u jindika kemm kien hemm bdiewa residenti Ħal Għaxaq irreġistrati full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena, maqsuma skont is-sess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3193, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.

Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3194, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.

Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fis-Segretarjat Parlametari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli ma ġew imjegati l-ebda Advisors.

Raħal Ġdid – Irwejjaħ mill-inċineratur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex f’Raħal Ġdid qiegħed ikun hemm riħa persistenti li mhi xejn pjaċevoli, preżumibbilment ġejja mill-inċineratur u jindika x’passi ttieħdu biex din ir-riħa tieqaf?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Persuni reġistrati bħala bdiewa residenti fl-Imġarr Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2822 u jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti l-Imġarr (Malta) full-time u part-time matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont is-sess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.