B’referenza għax-xogħol li qed isir fil-foss madwar iċ-Ċittadella fir-Rabat, Għawdex, u peress li l-aħħar parti ta’ dan il-foss tinsab magħluqa, jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru u meta huwa maħsub li jispiċċaw?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq rakkommandazzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, il-materjal li tneħħa meta waqa’ parti mill-ħajt li hemm fid-daħla għall-foss, wara maltempata straordinarja li laqtet lil pajjiżna kmieni fl-2023, u materjal ieħor li tneħħa wara l-bini ta’ pedamenti ġodda, ġie depożitat fl-aħħar parti interna tal-foss sabiex ikun jista’ jiġi investigat mill-arkeologi li qed jimmoniterjaw ix-xogħlijiet f’dan is-sit storiku. Din il-parti tal-foss tinsab imdawra u riservata minħabba s-sigurtà sakemm jiġu konklużi l-istudji. Hu mistenni li l-investigazzjonijiet arkeoloġiċi tal-materjal jiġu fi tmiemhom din is-sena kurrenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li qabel l-istaġun tas-sajf il-parkeġġ ta’ Marsalforn jitkompla jinkesa bit-tarmac peress li parti kbira mill-istess parkeġġ għadu qatt ma ġie mogħti t-tarmac u kull sena l-kundizzjoni tiegħu qed tkompli tiddeterjora?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qiegħed jaħdem biex jiġu asfaltati diversi toroq f’Marsalforn anke wara laqgħa li saret mal-Kunsill Lokali taż-Żebbug fejn ġew miftiehma liema postijiet huma l-aktar urgenti li jsiru.
Marsalforn, Għawdex — Triq Santa Marija - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jasfalta u jibni mill-ġdid il-parti ta' fuq ta' Triq Santa Marija, Marsalforn li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid jekk din hijiex ser issir matul is-sena 2024?
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Responsabiltajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema direttorati u/jew taqsimiet fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar ser jgħaddu u jibdew jaqgħu taħt ir-responsabbilità diretta tad-Direttur Ġenerali (Strategy and Support Division) il-ġdid fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar fil-ġimgħat li ġejjin wara li nħoloq post ġdid ta' Direttur Ġenerali (Major Projects)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttur Ġenerali (Strateġija u Sapport) ser jibqa' responsabbli mid-Direttorat għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku, mid-Direttorat għal Manutenzjoni, mid-Direttorat għall-Affarijiet Rurali f'Għawdex, mid-Direttorat għall-Wirt Kulturali u mill-Intervention Unit.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-‘Officers’ Mess’ ta’ Fort Cambridge, Sliema li hi struttura ta’ interess storiku, għadha ma ġietx skedata u protetta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant dan is-sit illum huwa kopert bil-permess PA 2906/16 li jispeċifika li l-qoxra ta’ dan il-bini għandha tiġi protetta u restawrata.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm għal hydrotherapy pool ġewwa l-iskola primarja fis-Sannat? Jista’ jgħid ukoll meta hu ppjanat li l-istudenti u/jew persuni oħra ser ikunu jistgħu jagħmlu użu minn din il-pool?
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tad-Deputati li waqt li kienu membri parlamentari kienu jagħmlu parti minn board kif imsemmi fil-mistoqsija.
Attachments:PQ 15992 Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Deputati tal-Gvern - Submitted.pdf
Supplementary Planning Policy Guidance — Major Accident Hazards and Dangerous Substances
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi rivedut is-Supplementary Planning Policy Guidance - Major Accident Hazards and Dangerous Substances?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Supplementary Planning Policy Guidance - Major Accident Hazards and Dangerous Substances kien ġie approvat fis-7 ta’ Settembru 2020. Id-dokument intenzjonat sabiex jipprovdi gwida għall-implementazzjoni tal-oġġettivi rigward l-użu ta’ l-art tad-direttiva tal-Unjoni Ewropeja SEVESO III fuq il-kontroll ta’ installazzjonijet li jinvolvu sustanzi perikolużi. Peress li ma hemmx l-ebda reviżjoni tad-Direttiva, f’dan l-istadju ma jinħasx li hemm il-bżonn li jiġi rivedut dan is-Supplementary Planning Policy Guidance.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 14877 Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar - Deputati tal-Gvern.pdf
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.
Ix-Xewkija, Għawdex – Heliport, Helipad u Runway — Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-Vot tax-Xogħol għall-proġett tal-immodernizzar tal-faċilitajiet tal-Heliport kif ukoll il-Helipad u Runway fix-Xewkija għas-sena 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vot tax-xogħol għall-proġetti tal-immodernizzar tal-faċilitajiet tal-Heliport huwa 7238 Regeneration of the Gozo Airfield u hemm allokati €500,000 għas-sena 2024.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin, kemm intużaw mill-flus li kien hemm allokat għall-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, f'kull baġit u għal xiex intużaw dawn il-fondi? Jista' jqiegħed kopja tal-audited accounts ta' din il-kumpanija għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infiq, tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, kien kif muri hawn taħt. Fir-rigward tal-audited accounts, nitlob lill-Interpellant jirreferi għad-dokumenti li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Sena 2019 - €52,591 (fond allokat €60,000)
Sena 2020 - €65,442 (fond allokat €80,000)
Sena 2021 - €78,506 (fond allokat €80,000)
Sena 2022 - €74,090 (fond allokat €75,000)
Sena 2023 - €68,753 (fond allokat €75,000) – Għadu ma huwiex awditjat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime fil-Gozo Channel Operations Ltd mill-1 ta' Jannar, 2022 sal-31 ta' Diċembru 2023, maqsuma xahar b’xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Ġiljan, il-Gżira u Tas-Sliema – Avviżi ta’ infurzar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15343 fejn ġie indikat li hemm 14-il avviż ta’ infurzar maħruġa f’San Ġiljan, il-Gżira u Tas-Sliema minn Ottubru 2023, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-passi li ser jieħdu l-awtoritajiet biex dawn l-illegalitajiet jitneħħew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li numru minn dawn l-Avviżi ta’ Waqfien u Twettiq iġorru magħhom multa għal kull ġurnata, li tibqa’ tiddekorri sakemm jitneħħa l-iżvilupp illegali, skont Regolament 3 tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 552.24. Fuq numru ta’ avviżi hemm appell pendenti quddiem it-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, u għalhekk l-Awtorità tal-Ippjanar trid tistenna l-eżitu tal-appell qabel tieħu xi azzjoni. Rigward avviżi oħra hemm applikazzjoni pendenti biex jiġi ssanzjonat l-iżvilupp mertu tal-avviż. Fil-każijiet l-oħra, meta jiskadi t-terminu ta’ żmien li jingħata biex jitneħħa l-iżvilupp illegali, l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu azzjoni skont il-prijorità tal-każ fil-kuntest tal-każijiet kollha li hemm pendenti għal tali azzjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – Membri tal-bord tal-Ippjanar — Kwalifiċi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15933, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-membri tal-Bord tal-Ippjanar għandhomx tal-inqas kwalifiċi MQF Level 6 jew aktar f'wieħed mis-suġġetti elenkati fl-Att dwar l-Ippjanar, Kap. 552?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) jiġu appuntati kif indikat f’Kapitlu 552 - Artiklu 63 - tal-Att dwar l-Ippjanar.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Settur tal-għadis
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-infiq mill-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex, fuq faċilitajiet u/jew inizjattivi marbuta mas-settur tal-għadis bejn l-2021 sal-aħħar tal-2023, maqsumin bit-tip ta’ spiża u l-valur, kemm kapitali kif ukoll rikorrenti? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-vot jew pjanijiet għal tali inizjattivi għall-2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu żewġ skemi ta’ għajnuna fejn jistgħu jibbenefikaw l-operaturi tal-għadis. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ewwel skema - l-Adventurous Tourism Scheme - fil-perjodu imsemmi kien hemm sebgħa applikazzjonijiet mill-operaturi tal-għadis. Sa issa, erba minn dawn l-applikazzjonijiet ibbenefikaw minn €18,275.30. It-tlett applikazzjonijiet l-oħra għadhom qed jigu evalwati. F’dak li jirrigwardja t-tieni skema - Supporting Marketing Initiatives for Specific Niche Markets in Gozo - kien hemm tlett operaturi tal-għadis, li bbenefikaw minn €14,498.84. Dawn iż-żewġ skemi se jerġgħu ikunu miftuħin is-sena d-dieħla taħt il-vot Programmes & initiatives – Gozo Business Schemes.
Għawdex — Talbiet għal kumpens rigward ħsarat fuq vetturi minħabba stat ta’ toroq ħażin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet għall-kumpens rigward ħsarat li ġarrbu vetturi minħabba l-istat ħażin tat-toroq f’Għawdex, matul is-sena 2022 u s-sena 2023 u jagħti l-informazzjoni minn liema lokalità sar kull ilment? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet kienu aċċettati u kemm ingħata kumpens f’kull każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ircieva 8 talbiet għall-kumpens matul is-sena 2022 u 2023. L-informazzjoni mitluba mill-Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 15585 Għawdex - Talbiet għal kumpens - TABELLA.pdf
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15428.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda l-proġett ta' pixxina terapewtika li ġiet mwiegħda mill-Gvern li ser issir fl-iSpecial Unit, fl-Iskola tas-Sannat, Għawdex? Jista jgħid ukoll jekk inħariġx tender u jekk iva, lil min ingħata? X'sar f'din l-aħħar sena rigward dan il-proġett u kemm intefqu flus f'din l-aħħar sena fuq dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 4369.