Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #4677 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex, Xagħra — Triq Masri

Question

Peress li r-residenti tal-parti t'isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li ser jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex tissolva l-problema li qed tindika l-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #4795 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Full gunner

Question

Jista' l-Prim Minisru jinfurmani dwar l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u jgħid: Minn mindu ġie tterminat l-impjieg tiegħu sal-lum, xi flus qed jirċievi mingħand il-Gvern sena sena bħala pensjoni tas-servizz u jispjega kif se tiġi kkomputata din il-pensjoni? Jista' jgħid x'paga jirċievi jew kien jirċievi full gunner bejn il-15 ta' Marzu 2003 sal-lum sena, sena? Jista' jgħid kemm hi l-pensjoni sħiħa ta' full gunner llum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollhiex il-kunsens ta’ l-individwu ikkonċernat.
Leg 11 PQ #4798 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tal-MEPA hija limitata għal dawk l-EIAs, studji u rapporti li ġew sottomessi lilha, jew inkella li ikkummissjonat il-MEPA stess. L-istudji u EIAs li saru mill-ADI għan-nom ta' entitajiet pubbliċi fis-settur turistiku (jiġifieri l-MTA jew inkella għan-nom ta' entitajiet bħal Malta Marine Foundation bil-għajnuna ta' l-MTA), u li ġew sottomessi lill-MEPA, huma: - Project Description Statement (PDS) for Scuttling of vessel (Patrol Boat P31) at L-Imnieri, East Comino (applikazzjoni PA 6280/06); - PDS for Scuttling of vessel (Patrol Boat P31) off the west coast of Comino ; - EIA for Scuttling of vessel (patrol boat P29) at Ċirkewwa ' (applikazzjoni PA 6279/06); - EIA for scuttling of two vessels off Xatt l-Aħmar (applikazzjoni PA 6569/02); - PDS for Xlendi Bay Beach Replenishment (applikazzjoni PA 6965/06); - PDS for Qawra Point Beach Development ; - PDS for Construction of visitor attractions and landscaped gardens at Qawra Point (applikazzjoni PA 2256/07); - Monitoring Program in conjunction with PA 6279/06 ; - Diving Master Plan for Gozo and Comino . Il-proċeduri legali viġenti jpoġġu r-responsabbiltà li jikkummissjona l-konsulent għall-EIA, fuq l-iżviluppatur u mhux fuq il-MEPA. Għaldaqstant, il-MEPA mhix f'pożizzjoni li tipprovdi la indikazzjoni dwar il-valur finanzjarju ta' dawn l-EIAs u studji, u lanqas dwar jekk kienux ikkummissjonati b' tender jew b'mod ieħor. L-entitajiet li jkunu ikkummissjonaw dawn l-istudji huma f'pożizzjoni aħjar biex iwieġbu dwar dan. L-Istudji li ġew ikkummissjonati mill-MEPA matul dan il-perijodu huma dawn: - Land Reclamation Study fejn l-ADI kienu partners lokali ma' Scott Wilson (mogħti b' tender ); - Second National Communication Study lill-UNFCCC, imħejji bil-kollaborazzjoni tal-MEPA, l-Università ta' Malta u l-MRRA. ADI kienu inominati mill-Università bħala project managers (mogħti b' tender ); - L-istudju The Gathering of data to support the development of a national biosafety framework for Malta (mogħti b' tender - Lm15,965); - L-istudju Setting up of a list of threatened and endemic fish (mogħti b' tender lill-ADI Associates/ Ecoserv Ltd - Lm25,521.66); - L-istudju Setting up a list of threatened and / or endemic vertebrates , excluding fish, birds, bats and cetaceans (mogħti b' tender lill-ADI Associates/ Ecoserv Ltd - Lm 37278.26); - L-istudju Setting up of a list of threatened and/ or endemic in vertebrates, excluding insects (mogħti b' tender lill-ADI Associates/ Ecoserv Ltd - Lm 12275.68); u - Għajnuna li kellha x'taqsam ma' applikazzjonijiet għall-finanzjament ta' proġetti taħt l-iskema ta' l-ERDF (mogħti b' tender - Lm 1,815).
Leg 11 PQ #4818 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz ta' l-internet offrut lill-kunsill lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proċess għaddej rigward is-servizz tal-internet offrut lill-kunsill lokali, liema servizz hemm ftehim bejn l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u l-MITTS sas-sena 2009? Jista' jgħid ukoll kemm qegħdin iħallsu kull kunsill lokali għal dan is-servizz kull sena? X'se tkun il-policy u kif se jitmexxa dan il-proċess meta f'istant ngħidu li l-kunsilli lokali huma awtonomi u fl-istess ħin huma lkoll marbutin b'servizz li ġie impost fuqhom, waqt li f'pajjiż demokratiku kull kunsill lokali għandu jkollu l-għażla li jsib service provider tal-fiduċja tiegħu. Dan qed ngħidu wara l-leakage ta' dawk l-eluf ta' emails li kienu spjunati, u li kull kunsill lokali għandu jara li jqabbad servizz li mhux monopolju ta' xi ħadd imma li jirrifletti vera għażla ħielsa u libera.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li: 1. Is-servizz ta’ l-Internet fil-Kunsilli Lokali huwa provdut mill- MITA (qabel MITTS Ltd) fuq bażi ta’ kuntratt ma’ l- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Minbarra l-Internet il-Kunsilli Lokali jingħataw ukoll numru ta’ servizzi oħra marbutin mal- qasam ta’ l- ICT . Dan il-kuntratt ġie mġedded fit-12 ta’ Settembru 2008. 2. M’hemm l-ebda impożizzjoni f’dan ir-rigward. Il-kuntratt kien iffirmat volontarjament mill-Assoċjazzjoni.
Leg 11 PQ #4840 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Xagħra - Triq Masri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4677, peress li r-residenti tal-parti ta' isfel ta' Triq Masri, Xagħra, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-fatt li t-triq hija dejqa u allura qed ikun hemm problemi biex jgħaddi t-traffiku, jista' l-Prim Ministru jara kif din il-problema tista' tissolva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4677.
Leg 11 PQ #4934 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni għal farmhouses konvertiti bla permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wieħed jassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal żviluppi ta' stallel barra ż-żona ta' l-iżvilupp. F'dan ir-rigward bdiet issir investigazzjoni fuq il-permessi li ħarġu mill-1 ta' Jannar 2007 s’issa biex jiġi aċċertat li bini permess għadu qed jiġi użat għall-iskop oriġinali tiegħu.
Leg 11 PQ #4981 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Case Officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu fil-preżent in-numru ta' case officers li qed jaħdmu mal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kif jiġi maqsum ix-xogħol lil dawn il-case officers? X'jiġri fil-każ li case officer partikolari jkun imsiefer jew marid għal tul ta' żmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Development Control Section (Malta) fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandu erbgħa u erbgħin (44) case officer (full time jew part time) li jaħdmu fuq kull tip ta' applikazzjoni marbuta mal-ippjanar, inklużi applikazzjonijiet għall-ewwel deċiżjoni, reconsiderations, appelli, u Development Notification Orders. L-applikazzjonijiet jiġu mqassma skond id-diversi tipi ta' applikazzjonijiet u skond il-lokalità ġeografika marbuta direttament mal-Pjanijiet Lokali. F'każijiet li case officer ikun assenti mill-post tax-xogħol għal żmien konsiderevoli, l-każijiet jiġu mqassma lil case officers oħra.

Limiti tar-Rabat — Triq id-Dwejra - manutenzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma responsabbli minn Triq id-Dwejra limiti tar-Rabat, Malta? Huwa il-gvern ċentrali jew xi kunsill lokali? Jekk huwa l-gvern ċentrali, meta jaħseb li se ssir il-manutenzjoni ta' din it-triq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4397.
Leg 11 PQ #5263 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni għal Farmhouse konvertiti bla permess

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4934 u jgħid jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent qattx għamlet investigazzjonijiet biex tistabilixxi kemm kien hemm art li ġiet allokata għal stalel (stables) għall-annimali u ġiet ikkonvertita mingħajr permess f’farmhouses? Jekk le, jista' jsir dan, billi ta' spiss nirċievi ilmenti li dan l-abbuż huwa wieħed li qiegħed dejjem jinfirex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4934.
Leg 11 PQ #5270 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Urban Improvement Fund

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-fondi li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent tigbor bħala Urban Improvement Fund humiex se jibqgħu jingħataw lill-kunsilli lokali respittivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5472.
Leg 11 PQ #5286 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet għal żvilupp

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iżvilupp ġew sottomessi għand l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent dwar żvilupp f'Għawdex separatament fis-snin 2007 u 2008? Kemm applikazzjonijet għall-iżvilupp ġew ippreżentati fl-istess snin fuq żvilupp f'Malta u Għawdex, separatament, fis-snin imsemmija? Kemm minn dawn l-applikazzjonijet ġew sottomessi minn periti li għandhom l-uffiċċju tagħhom f'Għawdex u kemm minn periti li għadhom l-uffiċċju tagħhom Malta, separatament, sena b'sena fl-2007 u fl-2008? Kemm kien il-massimu ta' applikazzjonijiet li ġew sottomessi minn perit wieħed jew partnership ta' periti wieħed, separatament, f'Malta u f'Għawdex fl-2007 u fl-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-informazzjoni mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema ta' l-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. B'riferenza għall-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari, fis-sistema tal-informatika tal-Awtorita' dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tinżammx informazzjoni dwar jekk perit applikax dirett f'ismu jew f'isem xi 'partnership' jew kumpanija u għalhekk din il-parti tal-mistoqsija ma tistax tiġi mwieġba.
Leg 11 PQ #5317 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent — bus shelters

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bus shelters li għandhom applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent? Fejn jinsabu dawn is-siti li għalihom qiegħda ssir l-applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha tlettax-il applikazzjoni għal bus shelters. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet pendenti li għandhom fil-proposta waħda mill-kliem bus , shelter jew linja.
Leg 11 PQ #5478 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjazza Santa Margerita — applikazzjoni għal-latrina pubblika

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni sabiex tinbena latrina pubblika fil-ġnien ta' Pjazza Santa Margerita, liema proġett kien taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tat-Turiżmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5479 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — proġett

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett tal-post magħruf bħala x-Xgħajra jew Pjazza Santa Margerita Bormla, liema proġett kien ilu jiġi mwiegħed minn leġislatura għall-oħra u hawn qed nitkellmu fuq wegħda ta' xi 15-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5518 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — penthouses

Question

Jista' l-Prim Ministru jara, permezz tal-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent, jekk wasalx iż-żmien li l-idea tal-penthouses f'Malta tiġi studjata darba għal dejjem u b'mod partikolari jiġi deċiż jekk distanza ta' 4.25 metru mill-faċċata għandhiex tinbidel għal waħda li tagħmel iktar sens, għaliex mhux magħruf kif id-distanza ta' 4.25 metri ġiet stabbilita?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5532 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeru għal Għawdex — Applikazzjonijiet lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent mill-Ministeru għal Għawdex matul l-2007 u l-2008: i) għall-bini mill-ġdid u/jew kisi bil-konkrit u/jew twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex u ii) għall-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ f’Għawdex? Jista’ jagħtini n-numru ta’ kull applikazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5533 Sitting 77 2009-01-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċirkewwa — Bini ta' passenger terminal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li l-Gvern japprova l-proġett għall-bini ta’ passenger terminal fiċ-Ċirkewwa? X’inhi r-raġuni li dan il-proġett għadu ma ġiex approvat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5217 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukandi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' lukandi li matul 2008: a) fetħu b) għalqu u jew ċ) għamlu żvilupp jew titjieb? Fir-rigward ta' dawk li għalqu, kemm kienu jħaddmu ħaddiema fuq bażi full-time u part-time?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2008, fetħu tlett hostels u guest house, erba’ lukandi għamlu żvilupp jew tkabbir, lukanda u guesthouse għalqu u lukanda ċekknet in-numru ta’ kmamar. L-Awtorità tat-Turiżmu m’għandhiex informazzjoni fuq kemm jaħdmu ħaddiema full- time u part-time fl-istabbiliment liċenzjati minnha.
Leg 11 PQ #5358 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Smart City — Radam ġo Wied Blandun

Question

Jista' l-Prim Ministru jara jekk huwiex skond il-liġi li qed jintrema radam minn Smart City għal Wied Blandun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5360 Sitting 76 2009-01-27 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpannija barranija — ngaġġ ta' casual workers fil-Malta Shipyard

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali sal-lum li tħallas mill-Aġenzija barranija li tingaġġa l-casual workers għall-Malta Shipyard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.