Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — Londra - ħatra ta' Direttur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal ħatra ta' Direttur tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu f'Londra: a) x'kien il-proċess segwit għal din il-ħatra? b) x'kienu r-rekwiżit mitlub, f'termini ta' kwalifiki, esperjenza eċċ.? ċ) kemm kien hemm applikanti? d) min għamel l-interviews tal-applikanti? e) fejn saru dawn l-interviews? f) jekk l-interviewing board qisx bħala skwalifika għal din il-ħarta persuni b'kunflitt ta' interess?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5752 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 1

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 1 – Upgrading and Embellishment of Industrial Estates?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħala parti mill-proġett Upgrading and Embellishment of Industrial Estates (Ref 001) hemm allokati €1,600,000 għal Għawdex. Ix-xogħol maħsub hu r-rijabilitazzjoni tal-qasam industrijali tax-Xewkija.
Leg 11 PQ #2696 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4179.
Leg 11 PQ #2979 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — Ċentri privati - IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma ċ-ċentri privati ta' taħriġ fl-IT li għandhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex jedukaw fl-oqsma tal-IT? Jista' jagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri? Jista' jgħid jekk il-bini humiex kollha aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 3980.
Leg 11 PQ #3806 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Chairpersons u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2696 u jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4179.
Leg 11 PQ #3980 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Iżvilupp — Ċentri Privati - IT

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2979 u jgħid liema huma ċ-ċentri privati ta' taħriġ fl-IT li għandhom il-permessi meħtieġa mill-Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent biex jedukaw fl-oqsma tal-IT? Jista' jagħti l-indirizz ta' dawn iċ-ċentri? Jista' jgħid jekk il-bini humiex kollha aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ma hijiex etika li nippubblika informazzjoni dwar kumpaniji privati. Madankollu, m’għandix diffikultà li ngħaddi din l-informazzjoni b’mod privat lill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #4179 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju tal-Prim Ministru — Chairperson u diretturi maħtura

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 3806 u 2696 u jgħid min huma ċ-chairpersons u diretturi ta' kull kumpannija u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li nħatru wara l-10 ta' Marzu 2008? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra għandu kull wieħed minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #4895 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija ta' l-Ippjanar u l-Ambjent — Environment impact assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru Environment Impact Assessments b'kollox kemm ilha mwaqqfa l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent? Kemm minnhom kienu jikkonċernaw proġetti b'interess governattiv? Kemm minnhom ġew ippubblikati? Kemm minnhom wasslu biex il-proġetti konċernati kemm tal-gvern u tal-privat twaqqfu? Kemm saru Strategic Environmental Assessmentsminn kemm ilha li twaqqfet l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-1995 (kemm ilu mwaqqaf il-proċess ta’ l-EIA) sal-llum ġew iċċertifikati 103 każ. Madankollu hemm diversi każijiet oħra fejn il-proċess għadu mhux komplut, u li għaldaqstant għadhom ma ġewx iċċertifikati. Madwar tmintax kienu jinvolvu proġett tal-gvern. Hemm proġetti oħra fejn l-EIA għadu mhux iċċertifikat. Skond ir-regolamenti stabbiliti fl-Avviż Legali 114/07, kull EIA jiġi ppublikat waqt il-fażi tal-konsultazzjoni pubblika. Minn dawn il-proġetti, ġew irrifjutati madwar dsatax. Oħrajn ġew sospiżi jew irtirati mill-applikant waqt il-proċess. S’issa saru tlett Strategic Environment Assessments (SEA) . Ta’ min jgħid li l-MEPA mhiex l-Awtorità kompetenti għal Strategic Environment Assessments (SEA) .
Leg 11 PQ #5086 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Enviroment Impact Assessments u studji oħra — Turiżmu u MEPA

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4798 u jgħid kemm saru studji (Environment Impact Assessments u studji oħra) li ġew kummissjonati lill-ADI u jekk dawn ingħatawx b’tender? Jekk iva, liema minnhom u kemm kien il-valur tagħhom f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4798.
Leg 11 PQ #5482 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

taħrikiet fuq rimi ta' skart

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm taħrikiet fuq rimi ta' skart matul is-sena 2008 xahar b'xahar? Kemm inġabru flus minn dawn? Jista' jaqsamhom skond ir-raġuni tat-taħrika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li billi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5484 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — bordijiet differenti fi ħdanha

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bordijiet differenti fl-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent? Min huma l-membri f'kull bord? Jista' jgħid jekk dawn għandhomx xi remunerazzjoni u allura x'inhi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi min huma l-membri f’kull bord tal-MEPA u x’remunerazzjoni għandhom.
Leg 11 PQ #5485 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Awtoritajiet u aġenziji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Min huma l-membri tal-bord ta' kull waħda minnhom? X'inhi r-remunerazzjoni għal kull membru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5552 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Adoption leave

Question

Peress li ħafna koppji li qegħdin fi proċess ta' adozzjoni minn barra jkollhom bżonn isiefru ħafna u peress li l-adoption leave mhux biżżejjed, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li dan it-tip ta' leave jigi modifikat u estiż biex ikopri s-safar kollu konness mal-proċess tal-adozzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ ta’ adozzjoni minn barra minn Malta, mal-ħames ġimgħat leave għal adozzjoni bi ħlas, l-uffiċjali pubbliċi jingħataw sa tlett xhur leave bla ħlas li jinqasmu skond il-bżonn, biex ikopru s-safar kollu tal-proċess dwar l-adozzjoni. Tajjeb li jingħad ukoll li l-ġenituri adottivi jistgħu jutiliżżaw sena leave bla ħlas bħala ‘parental leave’ għal kull tifel/tifla adottat/a u sa ħames snin leave bla ħlas bħala ‘career break’ .
Leg 11 PQ #5563 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — Bejgħ ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5379, 5140 u 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5583 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa globali ta' fuel/petrol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5119 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' fuel/petrol eċċ tal-Ministeru, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħtu matul l-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #5587 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtoritá Maltija għall-Ipjannar u l-Ambjent biex jinbnew serer, lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5593 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sikka l-Bajda — wind farm

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex jiġu mqiegħda fil-baħar imtieħen li suppost ser isiru biex isir il-wind farm fl-inħawi tas-Sikka l-Bajda? Jekk saret, min għamel din l-applikazzjoni u f'isem min saret?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s’issa ma’ ġiet sottomessa l-ebda applikazzjoni għall-wind farm fl-inħawi tas-Sikka l-Bajda.
Leg 11 PQ #5660 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħwienet tal-logħob

Question

Peress li qed jinfetħu ma' Malta u Għawdex ħafna ħwienet ta' logħob (gambling) mhux regolati u li fihom qed jidħlu tfal ta' età minorenni li jivvizzjaw ruħhom bil-vizzju tal-logħob, jista' l-Prim Ministru bħala Ministru responsabbli mill-Awtorita' Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent jgħid jekk teżistix xi policy dwar tali permessi? Jekk le, jista' jgħid jekk humiex ser isiru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħwienet tal-gambling huma ġeneralment meqjusa taħt Class 9 (Assembly and Leisure) fil-Use Classes Order Regulations 1994. Il-policies eżistenti tal-MEPA ma jinkoraġġixxux din it-tip ta’ attività fi nħawi residenzjali.
Leg 11 PQ #5682 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċjali jaħdmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5535, peress li fil-paragrafu (a) kont qiegħda nistaqsi dwar jekk qabel, l-uffiċjali in kwestjoni kenux jaħdmu f'xi uffiċċju fis-settur pubbliku: u la dawn is-sinjuri huma uffiċjali pubbliċi li jitħallsu mit-taxxi tal-poplu, il-pubbliku għandu dritt ikun jaf il-kwalifiki akkademiċi tagħhom; jista' allura l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsijiet fil-paragrafi (a) u (b) tal-mistoqsija msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn xi nżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 5535.
Leg 11 PQ #5719 Sitting 78 2009-02-02 Oral · Interim From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent — applikazzjoni għal-iżvilupp

Question

B'referenza għall-Mistqosija parlamentari 4684 mogħtija fis-seduta 71 tal-15 ta' Jannar 2008, u b'xi mod partikulari għall-informazzjoni mogħtija fir-rigward tal-applikazzjoni għall-iżvilupp li dettalji tagħhom qed jinbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jivverifika ma' l-Awtorità Maltija għall-Ippjannar u l-Ambjent id dettalji li qiegħdin ukoll jinbagħtu separatament? Jista' f'dawn iċ-ċirkustanzi l-Prim Ministru jivverifika jekk hux il-każ li l-awtorità tara għandhiex x'iżżid mal-informazzjoni li ngħatat fis-seduta 71 sabiex l-istess Awtorità tassigura li jinħareġ il-permess li issa ilu dovut skond il-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Informazzjoni qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.