Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #5737 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xagħra l-Ħamra — Environmental Impact Assessment

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-proċess tal-Environmental Impact Assessment dwar ix-Xagħra l-Ħamra kien ġie abortit qabel ma ġie konkluż? Min kien qiegħed jagħmel dan ix-xogħol? Liema ditta jew ditti tħallsu għas-servizzi tagħhom in konessjoni ma' dan ix-xogħol? Jekk le, jista' jgħid xi studji saru dwar ix-Xagħra l-Ħamra, min għamilhom u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iStudju dwar l-Impatt Ambjentali kien qiegħed jiġi ikkordinat mill-ADI Associates Environmental Consultants. Il-MEPA kienet approvat lill-konsulenti segwenti sabiex jieħdu sehem fl-istudji imsemmija hawn taħt: - Disinn tal-Golf kors u studji relatati: Hawtree Ltd; - Sorsi ta' l-ilma: Perit Philip B. Grech; - Għasafar: John J. Borg; - Agrikoltura: Joseph Buhagiar; - Ekoloġija: Ecoserv Ltd- Louis F. Cassar, Sandro Lanfranco u Jonathan Henwood; - Pajsaġġ u studju viziv: Kevin Morris; - Wirt Kulturali: Arcaheological Services Cooperative Ltd; - Idroloġija u Ġeoloġija: Dr Saviour Scerri; - Użu ta' l-art: Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia; - Aċċess Publiku: Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia; - Kwalità ta' l-arja: Dr George Peplow, Rachel Xuereb, Adrian Mallia; - Ħoss: Mediterranean Technical Services Ltd- John Demanuele; - Trasport: Perit David V. Camilleri, Kevin Morris; - Turf grasses: Hawtree Ltd, Joseph Buhagiar, Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia; - Kimika (użu tagħha u effetti): Hawtree Ltd, Dr George Peplow, Joseph Buhagiar, Rachel Xuereb, Adrian Mallia, Perit Philip B. Grech, Dr Saviour Scerri; - Enerġija u dwal: Hawtree Ltd, Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia; - Valutazzjoni Ekonomika: Gordon Cordina; - Valutazzjoni Soċjoloġika: Stephen Vella, Dr Mark Anthony Falzon; - Pjanijiet ta' mmaniġġjar tas-sit: Kevin Morris, Rachel Xuereb, Adrian Mallia. Mhuwiex fil-kompitu tal-MEPA li jkollha informazzjoni dwar kemm ġew jiswew l-istudji, kif ukoll dwar liema ditta jew ditti tħallsu għas-servizzi tagħhom b'konnessjoni ma' dan ix-xogħol. Il-permess tal- EIA twaqqaf hekk kif ħareġ fiċ-ċar li l-ammont ta’ żvilupp u bini neċessarji sabiex isir il-proġett ma kienx ġustifikabbli.
Leg 11 PQ #5753 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 48

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 48 – Upgrading of Arterial and Distribution Roads?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5755 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 56

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 56 – Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta/Gozo?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li taħt il-proġett Upgrading and expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta/Gozo (Ref No 56) hemm maħsub €150,000 għal Għawdex. B’dawn il-flus hu maħsub li jiġi mqawwaf work shop fl-Istitut tal-Inġenjerija Mekkanika tal-MCAST ġewwa Għawdex.
Leg 11 PQ #5756 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 66

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 66 – Computer systems and computer labs at MCAST Malta and Gozo?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-nefqa allokata għal Għawdex bħala parti mill-proġett Computer systems and computer labs at MCAST Malta and Gozo (Ref No. 66) tammonta għall-€34,500. Permezz ta’ dan il-proġett ser jiġu mtejba l-laboratorji tal-informatika li jinsabu fix-Xewkija kif ukoll fix-Xagħra, Għawdex.
Leg 11 PQ #5758 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 63

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 63 – Setting up of Contact Training Facility at MCAST Malta/Gozo?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li taħt il-proġett Setting up of Contact Training Facility at MCAST Malta/Gozo (Ref No. 63) hemm allokazzjoni li tammonta għal- €119,000 għal Għawdex. Permezz ta’ dan il-proġett ser tiġi mwaqqfa faċilità fejn l-istudenti jistgħu jitgħallmu l-lingwi kif ukoll jitħarrġu f’ħiliet relatati mal- call centres .
Leg 11 PQ #5759 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 58

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 58 – Purchase of Science and Technology Laboratory Equipment for State Schools?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-flus allokati għal Għawdex bħala parti mill-proġett Purchase of Science and Technology Laboratory Equipment for State Schools (Ref No 58) jammontaw għall- €238,000. Permezz ta’ dan il-proġett ser jiġu mtejba l-laboratorji tax-Xjenza u t-Teknologija fi skejjel f’Għawdex.
Leg 11 PQ #5761 Sitting 80 2009-02-04 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 33

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrage with landscapped urban spaces and other facilities?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4966 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali — Nies eliġibbli li jivvutaw

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom hemm l-elezzjoniet għall-kunsilli lokali din is-sena? X’inhi l-popolazzjoni ta’ kull lokal u kemm hu n-numru ta’ nies li huma eligibbli li jivvutaw f’kull lokal? Meta sar dan ir-round ta’ elezzjonijiet tlett snin ilu x’kienet il-poplazzjoni ta’ kull lokal? Kemm kien in-numru ta’ nies li kienu eligibbli li jivvutaw f’kull lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-Elezzjonijiet Lokali li jmiss f’Marzu 2009 ser isiru f’Ġunju 2009 (ma’ l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew) allura n-numru ta’ dawk eliġibbli li jivvutaw ikun dak skond ir-Reġistru Elettorali ppubblikat f’April 2009 li jirrifletti l-istatistika sal-31 ta’ Marzu 2009. Dwar il-lokalitajiet li fihom ser issir l-elezzjoni, dawn ikunu iffinalizzati wara li jitlesta l-proċess ta’ riforma.
Leg 11 PQ #5324 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Passaġġi fil-kampanja — Permess tal-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4573, billi l-aċċess għar-raba' huwa ta' importanza fundamentali għax-xogħol tar-raba', jista' l-Prim Ministru jara li l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent issib mod aċċettabbli kif dawn il-mogħdijiet ikun jista' jsir xogħol fuqhom b'mod li hu aċċettabli ambjentalment iżda mingħajr ma jagħmel dan ix-xogħol xi ħaġa impossibli li jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wieħed jifhem li l-aċċess għar-raba' huwa importanti. Huwa daqstant ieħor xieraq li x-xogħlijiet għal dan il-għan ikunu kompatibbli mal-ħarsien ta' l-ambjent tal-kampanja u ma joħolqux sfreġji fil-pajsaġġ rurali. Għandu jkun żgurat ukoll li x-xogħol fuq aċċessi ġodda (jew il-bdil ta' aċċessi) ikun tassew marbut max-xogħol tar-raba', ma jkunx maħsub biex jaqdi żvilupp abbużiv f'postijiet imwarrba, u lanqas ma jinkoraġġixxi l-frammentazzjoni tar-raba'. Fejn l-art għandha qlib qawwi, huwa importanti li l-aċċessi ma jwasslux għal erożjoni aċċelerata fl-artijiet ta' madwar. Għaldaqstant, filwaqt li hemm xi prinċipji bażiċi li jistgħu jkunu applikati bħala regola ġenerali, aspetti oħra jiddependu mill-kuntest speċifiku tal-post, kemm bħala ġustifikazzjoni għax-xogħlijiet kif ukoll bħala kunsiderazzjonijiet ambjentali li għandhom jitqiesu.
Leg 11 PQ #5385 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Qbajjar - Wardens fl-inħawi tal-Promenade

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal liema raġuni qatt ma tara warden fl-inħawi tal-promenade tal-Qbajjar, Għawdex, peress li minkejja l-avviżi li jidhru fl-istess promenade ma tarax ħlief tfal u rġiel bir-roti jiġġerrew fl-istess promenade u nies, lokali u barranin, jiġġerrew bil-klieb u jħammġu fl-istess lokalità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali ta’ Żebbuġ (Għawdex) ħa nota ta’ dan l-ilment u, permezz tar-rappreżentant tiegħu, ser iressqu għall-attenzjoni tal-Kumitat Konġunt.
Leg 11 PQ #5559 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanat u l-Ambjent — DNO

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jinħareġ DNO mill-Awtorità Maltija għall-Ippjanat u l-Ambjent fuq fond partikolari u jirriżulta li l-fond in kwestjoni kien afflitt minn irregolaritajiet tant li l-istess Awtorità toħroġ enforcement notice, dak id-DNO jistax jibqa fis-seħħ jew le, in vista ta' dak li jgħid l-Artiklu 39A tal-Kap. 356 tal-Ligijiet ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5594 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pjanti għall-bdiewa

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta bit-tagħrif l-ieħor relattiv magħha tal-area fl-inħawi tax-Xemxija, Wardija, San Martin, li ġiet skedata riċentement? Billi l-bdiewa (mhux kollha) rċevew kopja ta' din il-pjanta li diffiċli ferm tiġi nterpretata, jista' jara li fil-fatt il-bdiewa jingħataw estensjoni taż-żmien biex iwieġbu għal din il-korrispondenza? Jista' jiġi assigurat li kull bidwi jirċievi din il-pjanta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sezzjoni 46(2A) ta' l-Att Dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp jispeċifika li għandhom jiġu nnotifikati s-sidien tal-proprejtà skedata u mhux terzi persuni, bħal per eżempju min għandu l-qbiela fl-art skedata jew min qiegħed fil-kiri. L-iskedar tal-Wardija ġie approvat mill-MEPA fil-11 ta' Diċembru 2008. Dan l-iskedar u kull proċedura relatata miegħu saru kif preskritt f'Sezzjoni 46 ta' l-Att Dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp. L-iskedar ġie ppubblikat fil-gazzetta tal-Gvern fid-19 ta' Diċembru 2008 (Avviż Numru 1137/08) u f'gazzetta lokali fid-9 ta' Jannar 2009. In-notifikazzjonijiet intbagħtu b'posta reġistrata fil-5 ta' Jannar 2009 u twaħħlu wkoll in-notifikazzjoni ta' l-iskedar fl-inħawi skedati fis-16 ta' Jannar 2009, kif mitlub mill-liġi. B'kollox intbagħtu 172 notifikazzjoni ta' l-iskedar tal-Wardija. Il-lista li minnha jintbagħtu n-notifikazzjonijiet ta' l-iskedar tin ġabar minn reġistru elettroniku ta' l-applikazzjonijiet kollha li jkunu ġew sottomessi lill-MEPA mis-sena 1992 sad-data ta' l-ittra (f'dal-każ sal-5 ta' Jannar 2009). Sezzjoni 46(8) jagħti d-dritt lil sid ta' proprjetà skedata li jitlob rikonsiderazzjoni dwar kull skedar tal-proprejtà tiegħu. Din it-talba għandha ssir bil-miktub fi żmien tletin jum min-notifika jew mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern. Il-liġi ma tippermettix li d-data speċikifata f'Sezzjoni 46(8) ta' l-Att Dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp, cioé tletin jum, tiġi estiża. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-mappa ta' l-proprejtà skedata.
Leg 11 PQ #5597 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kmamar tan-nar — permessi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'policies partikolari se tuża l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex tagħti jew tirrifjuta l-permessi fil-każ tal-applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' kmamar tan-nar? Kemm hemm u fejn jinsabu l-applikazjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar li bħalissa hemm quddiem l-istess awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5613 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wind farms projects on land

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet formali lill-Awtorità Maltija dwar l-Ippjanar u l-Ambjent dwar wind farm projects on land f'pajjiżna mis-sena 2000 'l quddiem? Meta ġew sottomessi u meta ġew validated? X'kien l-eżitu tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5638 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent — programm għat-trobbija tal-għasafar tal-għana

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent fasslitx xi programm speċifiku ta' trobbija tal-għasafar tal-għana fil-magħluq? Jekk iva, meta hu mistenni li jibdew jitrabbew dawn l-għasafar u fejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5644 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xagħra l-Ħamra — Park Nazzjonali Naturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5208 u 4928 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5693 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — trasferiment tal-ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 4430, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-lista li tani hijiex eżawrenti u tinkludi lil kull impjegat tal-Gvern u ta’ entitajiet oħra tas-settur pubbliku, bħalma huma membri tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija u oħrajn bħalma huma ħaddiema ta’ kumpanniji fejn il-Gvern għandu maġġoranza ta’ ishma? Jista’ l-Prim Ministru jagħtini wkoll it-tagħrif li tlabtu fil-mistoqsija tiegħi dwar dawn il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5694 Sitting 79 2009-02-03 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f'Settur pubbliku f'Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5197 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f’Malta fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Ma’ liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija, kumpannija, eċċ. kienu jaħdmu? X’kumpens kellhom biex jagħmel tajjeb għall-ispejjez addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.