Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — penthouses
Question
Jista' l-Prim Ministru jara, permezz tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jekk wasalx iż-żmien li l-idea tal-penthouses f'Malta tiġi studjata darba għal dejjem u b'mod partikolari jiġi deċiż jekk distanza ta' 4.25 metru mill-faċċata għandhiex tinbidel għal waħda li tagħmel iktar sens, għaliex mhux magħruf kif id-distanza ta' 4.25 metri ġiet stabbilita?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA diġà tat bidu għall-proċess li jħares fost affarijiet oħra lejn l-impatt tal-penthouses fuq l-ambjent mibni. Id-distanza ta' 4.25m ġiet adottata minn dik li tidher fid-dokument DC1/88 condition A24. Din il-proviżjoni ilha tintuża aktar minn għoxrin sena għal strutturi fuq il-bjut.
Ministeru għal Għawdex — Applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru applikazzjonijiet lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-Ministeru għal Għawdex matul l-2007 u l-2008:
i) għall-bini mill-ġdid u/jew kisi bil-konkrit u/jew twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex u
ii) għall-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ f’Għawdex?
Jista’ jagħtini n-numru ta’ kull applikazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità ma vvalidat l-ebda applikazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex fis-snin imsemmija għall-bini mill-ġdid u/jew kisi bil-konkrit u/jew twessiegħ ta’ passaġġi fil-kampanja f’Għawdex u ma rċeviet l-ebda Development Notification Order għall-istess tip ta' żvilupp.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet validati jew
Development Notification Orders
irċevuti li għandhom fil-proposta il-kelma "passaġġ", "passaġġi", "passage", "path", "lane", "road", "trejqa", "triq", "trejqiet", "toroq" u li l-isem tal-applikant huwa il-Ministeru t'Għawdex, Joyce Dimech jew Joseph Portelli li huma t-tnejn Diretturi fil-Ministeru t'Għawdex jew id-
Department of Project and Development
.
Skond l-istess sistema ta’ l-informatika, l-Awtorità ma vvalidat l-ebda applikazzjoni mill-Ministeru għal Għawdex fis-snin imsemmija għall-bini mill-ġdid ta’ hitan tas-sejjieħ f’Għawdex u rċeviet
Development Notification Order
waħda, DN1116/07, għal dan l-istess tip ta’ żvilupp.
Ta’ min wieħed ifakkar li manutenzjoni ta' ħitan tas-sejjieħ skond l-Avviż Legali LN115/07 Class 2 ma jirrekjedi l-ebda tip ta' applikazzjoni u manutenzjoni ta' toroq li jagħtu għall-irziezet mid-Dipartiment tal-Agrikoltura , skond l-Avviż Legali LN115 Class 8, ma tirrekjedi l-ebda tip ta' applikazzjoni.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — DNO
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jinħareġ DNO mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq fond partikolari u jirriżulta li l-fond in kwestjoni kien afflitt minn irregolaritajiet tant li l-istess Awtorità toħroġ enforcement notice, dak id-DNO jistax jibqa fis-seħħ jew le, in vista ta' dak li jgħid l-Artiklu 39A tal-Kap. 356 tal-Ligijiet ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ kif spjegat ma jwassalx sabiex wieħed jista’ jikkunsidra jekk id-DNO li ġie sottomess lill-awtorità jistax jiġi b'xi mod revokat jew emendat taħt il-provvedimenti ta' l-artikolu 39A tal-Kap 356 tal-Liġijiet ta' Malta. Il-MEPA tanalizza kull każ fejn jiġu inkovati l-provvedimenti ta' l-artikolu 39A skond il-fatti speċi ta' dak il-każ.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar x'policies partikolari se tuża l-Awtorità Maltija għall-Ippjanar u l-Ambjent biex tagħti jew tirrifjuta l-permessi fil-każ tal-applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta' kmamar tan-nar? Kemm hemm u fejn jinsabu l-applikazjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar li bħalissa hemm quddiem l-istess awtorità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policies relevanti huma policy GZ-CMRC-13 fil-Pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna, u NWCM 6 fil-Pjan lokali għall-Majjistral ta' Malta f'każijiet fejn il-policy mhix speċifika biżżejjed, wieħed jista’ jislet prinċipji addottati fi pjanijiet lokali oħra kif ukoll mill-gwidi ta' policies ġenerali li huma relevanti għas-suġġett.
Ta' min isemmi li ma’ dan it-tip ta' żvilupp jeżistu wkoll konsiderazzjonijiet importanti relatati ma’ saħħa, sigurtà ta' terzi persuni, sigurtà ta' propjetà fil-viċin kif ukoll konsiderazzjonijiet ambjentali u ta' aċċess għas-sit, speċjalment f'każi ta' emerġenza. Malta għandha densita għolja ħafna ta' kmamar tan-nar għad-daqs tat-territorju tagħha.
Il-MEPA għandha għaxar (10) applikazzjonijiet pendenti għall-kmamar tan-nar (ġodda jew estensjonijiet) f'Malta u Għawdex. Id-dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ġew imfittxija applikazzjonijiet li fihom il-kliem "nar" jew "fire" fil-proposta tagħhom.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — programm għat-trobbija tal-għasafar tal-għana
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fasslitx xi programm speċifiku ta' trobbija tal-għasafar tal-għana fil-magħluq? Jekk iva, meta hu mistenni li jibdew jitrabbew dawn l-għasafar u fejn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-programm tat-trobbija tal-għasafar ma jaqax taħt il-MEPA, iżda taħt il-Kumitat Ornis. Dan il-Kumitat ikkummissjona programm pilota li bħalissa hu għaddej fl-Għammieri u l-għan tiegħu hu li jiddetermina elementi importanti ta’ rata ta’ mwiet kif ukoll in-numri li jkunu jridu jinqabdu biex tiġi żgurata d-diversità ġenetika tal-ispeċi varji.
Kumpannija barranija — ngaġġ ta' casual workers fil-Malta Shipyards
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5360 u jgħid kemm kien l-ammont totali sal-lum li tħallas mill-aġenzija barranija li tingaġġa l-casual workers għall-Malta Shipyards?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5360.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5605 li oriġinarjment saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid sal-lum il-hazardous waste fejn qed jinżamm? X’persentaġġ minnu jaħseb li qed jiġi stored fl-istess ażjendi li jipproduċuh?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5613 u jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet formali lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar wind farm projects on land f'pajjiżna mis-sena 2000 'l quddiem? Meta ġew sottomessi u meta ġew validated? X'kien l-eżitu tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta' l-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiemha sittax-il (16) applikazzjoni li jinvolvu turbina/i tar-riħ. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi lista ta' dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba.
L-Awtorità s'issa approvat żewġ applikazzjonijiet li kienu jinvolvu turbina/i tar-riħ.
Billi ftit tax-xhur ilu twaqqaf il-Kumitat Reġjonali tal-MCESD għal Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri ta' dan il-kumitat? Kemm-il darba iltaqa' sal-lum u x'temi ġew diskussi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 5594, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li fil-fatt ressqu talbiet għar-rikonsiderazzjoni jew informazzjoni?
Fl-istess ħin, jekk persuna li hi sid ta' art fl-inħawi indikati fil-pjanta li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra, li iżda ma ġietx notifikata b'dan l-iskedar, kif tista' tali persuna tressaq l-oġġezzjonijiet tagħha?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal proġetti infrastrutturali f'Għawdex? Liema huma l-proġetti u meta saret l-applikazzjoni dwar kull proġett?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm proġetti, skemi, eċċ għal Għawdex ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li huma approvati mill-Gvern s'issa taħt il-programmi tal-Unjoni Ewropea għall-2007-2013? X'inhuma l-proġetti, skemi, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li taħt il-Programm Operattiv I, sa issa hemm għoxrin proġett / skema li minnhom ser jibbenefika Għawdex u li huma approvati. Dawn huma:
ERDF 001 Upgrading and Embellishment of Industrial Estates
ERDF 022 Wied il-Mielaħ – towards ecologically and culturaly sensitive, sustainable tourism
ERDF 024 Upgrading of Villa Rundle Gardens
ERDF 032 Archeological Heritage Conservation Project
ERDF 039 Restoration and Rehabilitation of Historical Fortifications of Malta and Gozo
ERDF 047 Reconstruction of Part of Xlendi Road and Ta’ Pinu Road
ERDF 056 Upgrading and Expansion, MCAST Institute of Mechanical Engineering at Malta / Gozo
ERDF 058 Purchase of science and technology laboratory equipment for state schools
ERDF 066 Computer Systems and Computer Labs at MCAST Malta and Gozo
ERDF 068 Upgrading of Operating Theatre and Setting up of Radiology Unit
ERDF 078 Upgrading of Giordan Lighthouse Global Atmospheric Watch (GAW) Research Station
ERDF 088 Promotion of renewable energy souces in the domestic sector
Skemi ta’Għajnuna u Inizjattiva Finanzjarja li huma miftuħa għal Intrapriżi Maltin u Għawdxin:-
1. ERDF International Competitiveness Grant Scheme
2. ERDF Small Start-up Grant Scheme
3. ERDF Innovation Action Grant Scheme (Innovation); ERDF Innovation Action Grant Scheme (Environment)
4. ERDF E-Business Development Grant Scheme
5. ERDF Research and Development Grant Scheme
6. Grant Scheme for Sustainable Tourism Projects by Enterprises
7. ERDF Energy Grant Scheme
8. ERDF Child Care Scheme
Il-proġetti kollha approvati taħt il-Programm Operattiv II huma miftuħa għall-Maltin u għall-Għawdxin kollha u għaldaqstant kull min hu eliġġibbli jista’ jipparteċipa u jibbenefika.
Madankollu, sa issa, ħames proġetti partikulari huma jew esklussivament għal Għawdex jew għandhom attivitajiet speċifiċi għal Għawdex:-
ESF 1.21 Parents and Teachers Fusion ICT Training Programme
ESF 1.23 Higher Education Courses to Address Skills Mismatches in Gozo
ESF 1.31 Wood CPR: Education and Training in Wood Conservation-Restoration
ESF 2.64 Employment Aid Programme
ESF 2.7 Training Courses to Enhance the Employability and Adaptability of the Workforce
Billi skond list of schedule properties li dehret fis-Sunday Times nhar it-28 ta' Awwissu 1994 rigward djar, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'wassal biex dawn jew inbnew jew twaqqgħu għal skopijiet ta' kostruzzjoni? Dwar l-item grade 3 jista' jikkonferma li d-demolition ġiet permessa soġġetta għar-replacement building li jkun f'armonija mal-madwar?
Ladarba l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha miljuni ta' euros miġburin mill-commuted parking scheme għal diversi lokalitajiet u rari jintnefqu, jaħseb il-Prim Ministru li huwa l-mument li dawn il-flus li jappartjenu lil-lokalijiet għandhom ikunu mgħoddija lill-kunsilli lokali rispettivi sabiex jintnefqu fuq toroq fil-lokal stess?
Jista' jgħid kemm hemm flus fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-commuted parking scheme f'kull lokalità u min qed jiggwadanja mill-interessi ta' dawn is-somom?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hawnx xi policy dwar it-tqegħid ta' posters ma' arbli, siġar eċċ? Jekk fl-affermattiv, x'inhi din il-policy, meta saret u fuq kollox tobbligax lil min iwaħħalhom li jerġa' jneħħihom malli tgħaddi l-attività? F'każ li dawn ma jitneħħewx minn min ikun waħħalhom, hemm xi penali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-konsultazzjoni dwar ir-riforma maħsuba għall-kunsilli lokali ntemmitx? Tul il-perjodu li saret il-konsultazzjoni liema kienu dawk il-korpi kostitwiti, NGOs, individwi, eċċ li ġew ikkonsultati? X'kienu (forma ta' punti) is-suġġerimenti eċċ li saru u x'inhu issa l-pass li jmiss fir-rigward ta' din ir-riforma? Minn meta hu maħsub li tibda r-riforma?