Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — tindif ta' siti differenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji ta' kemm saru nterventi s'issa min-naħa tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jitnaddfu siti differenti madwar Malta, minn ħadid u affarijiet oħra li kienu abbandunati? Kemm u fejn twaħħlu avviżi oħra biex is-sidien inaddfu huma nfushom, jew jekk le, tkun l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li tnaddaf dawn is-siti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum ġew identifikati 552 siti fejn l-Awtorità interveniet jew bit-twaħħil ta 'Call Letter' jew inkella bi ħruġ t'Avviż t'Infurzar minħabba depożitu illegali t'oġġetti tal-metal abbandunati u/jew skart ieħor goff li kien qed jagħmel ġerħa u ħsara fis-sura u d-dehra tal-ambjent Malti.
Jirriżulta wkoll li sal-lum ġew maħruġa 123 Avviżi tat-Twettieq bħala parti minn dan l-eżerċizzju. Huwa ta' sodisfazzjon kbir tinnota li s'issa 191 sid, jew 34.6% mis-siti identifikati, naddfu l-iskart huma nfushom wara li jew ġiet imwaħħla il-'call letter' jew inkella inħareġ l-Avviż tat-Twettieq. Dan l-ammont qiegħed kulma jmur jiżdied.
S'issa il-MEPA interveniet u qegħda fi proċess t'investigazzjoni tista' tgħid f'Malta u Għawdex kollha, ċioe` f'dawn il-lokalitajiet:
Malta - Mellieħa, Mġarr, San Pawl, Mosta, Rabat, Swieqi, Sliema Area, San Ġwann, Birkirkara, Iklin, Attard, Żurrieq, Safi, Kirkop, Qrendi, Siġġiewi, Mqabba, Birżebbuga, M'Xlokk, Żabbar, M'Skala, Xgħajra, Cottonera, Qormi, Għaxaq, Gudja
Għawdex - Xagħra, Xewkija, Għajnsielem, Nadur, Qala, Sannat
S'issa l-MEPA interveniet b'azzjoni diretta fil-
area
barra mill-iskema ta' żvilupp (ODZ) tal-lokalità tal-Mellieħa. Hawnekk ġew identifikati 40 sit, fejn fi 29 każ is-sidien ikkoperew volontarjalment fiż-żmien stipulat. F'disa’ (9) każi oħra il-MEPA, daħlet fuq is-siti hija stess u neħħiet madwar 90 tunnellata metal minbarra ammont ieħor ta' skart goff.
Il-MEPA ser tkompli b'dan l-eżerċizzju. Huwa ttamat li dawk l-individwi li huma responsabbli minn dawn l-isfreġji fl-ambjent, jifhmu li hu ħafna fl-interess tagħhom li jneħħuhom huma stess.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x'inhuwa maħsub li jsir f'Għawdex taħt l-Operatonal Programme 1 Project Ref No 32 - Archaeologicl Heritage Conservation Project?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-proġett ERDF 32 – Archeological Heritage Conservation Project, ser jintefqu €3,136,130 fuq xogħolijiet fil-Ġgantija f’Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x'inhuwa maħsub li jsir f'Għawdex taħt l-Operational Programme 1 Project Ref No 88 - Promotion of renewable energy souces in the domestic sector?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema Promotion of renewable energy sources in the domestic sector (Ref No 88) tikkonsisti f’numru ta’ azzjonijiet immirati sabiex joffru għajnuna finanzjarja li tkopri parti mill-ispiża għal xiri ta’ tagħmir li jiġġenera enerġija minn sorsi rinovabbli. Is-settur domestiku Malti u Għawdxi ser ikun jista’ japplika.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x'inhuwa maħsub li jsir f'Għawdex taħt l-Operational Programme 1 Project Ref No 102 - Energy-smart Authority?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett Energy-smart Authority (Ref No 102) huwa proġett pilota li jinvolvi l-istallazzjoni ta’ tagħmir għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u li jiġġenera enerġija minn sorsi rinovabbli fil-kwartieri tal-Awtorità tad-Djar stess fil-Floriana.
Jista' l-Prim Ministru jara li jitneħħa ħajt mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jidher li huwa illegali u li jinsab fi Triq il-Ħerba kantuniera ma' Triq Santa Monika fiż-Żejtun, fejn qed jinżamm ukoll trakk mimli ċilindri tal-gass fl-abitat u dan b'periklu ċar għar-residenti kollha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li saret spezzjoni mill-uffiċjali tal-Infurzar fuq is-sit indikat u jirriżulta kif ġej:
Il-ħajt imsemmi huwa wieħed ferm antik u li huwa l-kontinwazzjoni tal-linja tal-bini l-antik li hemm fit-triq. Għaldaqstant m’hemmx lok t’infurzar sabiex dan jitwaqqa’. Pero jirriżulta wkoll li fuq l-art il-ġewwa minn dan il-ħajt qed isir żvilupp li jinvolvi l-użu bil-poteri mogħtija taħt l-Att Nru 1 dwar l-Ippjanar ta’ ta’ l-Iżvilupp permezz ta’ ECF 214/09.
L-ilment ġie mgħoddi lill-Awtoritajiet kompetenti sabiex jinvestigaw dwar kwalunkwe possibilta’ ta’ periklu li tali vettura mgħobbija biċ-ċilindri tal-gass tista’ tikkawża f’ambjent magħluq ta’ bini, bħalma hija l-
area
ndikata.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk il-heads of secretariat, private secretaries u communications co-ordinators tal-Ministeri u tas-Segretarji Parlamentari kollha għandhomx l-istess salarji, allowances u benefiċċji oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-salarji, allowances, u benefiċċji oħra tal-postijiet kollha li semmejt huma skond il-linji ta’ gwida Guidelines for the Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats’.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ipparteċipat fieri l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu matul l-2000 u l-2009 sal-lum biex tħeġġeġ t-turiżmu lejn Malta?
Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — fiera ta' Madrid
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk in-nies mqabda mill-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu biex jipparteċipaw u jieħdu sehem fil-fiera ta' Madrid għat-Turiżmu li saret bejn 28/01/09 u 01/02/09 kienux awtorizzati li jitilqu mill-Stand ta' Malta fil-5.30pm meta l-fiera kienet tagħlaq fis-7.30pm?
Peress li għall-mistoqsija parlamentari 4795 il-Prim Ministru wieġeb li ma jkunx f'pożizzjoni jagħti informazzjoni mingħajr il-kunsens espliċitu tal-individwu konċernat, u peress li flimkien ma' din il-mistoqsija parlamentari il-kunsens rikjest qed jintbagħat separatament, jista' issa l-Prim Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 4795?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — każ ta' applikazzjoni
Question
B'riferenza għall-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jidhru separatament, li kienet ġiet aċċettata bħala applikazzjoni valida mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fit-30 ta' Marżu 2006, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra xi progress kien sar fl-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni fit-13-il xahar u nofs ta' bejn it-13 ta' April 2006 u d-29 ta' Mejju 2007?
Jista' jgħid liema sezzjonijiet jew units ta' l-awtorità kienu responsabbli mill-ipproċessar ta' din l-applikazzjoni tul dan il-perijodu?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5525, 4778, 4244 u 3230 u jgħid jekk il-Gvern għadx għandu l-ħsieb li jinfetaħ casino f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa fuq dan il-proġett? Jekk fin-negattiv, għaliex ġiet imwarrba din il-wegħda li l-Prim Ministru għamel kemm-il darba fil-Parlament?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5533 u jgħid meta hu mistenni li l-Gvern japprova l-proġett għall-bini ta’ passenger terminal fiċ-Ċirkewwa? X’inhi r-raġuni li dan il-proġett għadu ma ġiex approvat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li lejn l-aħħar tas-sena 2008, ġie deċiż disinn ġdid għat-terminal tal-passiġġieri fiċ-Ċirkewwa. Għaldaqstant, kellha tiġi sottomessa applikazzjoni ġdida għand l-Unjoni Ewropeja għall-fondi għal dan il-proġett. Sadanittant saret applikazzjoni għand il-MEPA għall-approvazzjoni tad-disinn il-ġdid. Deċiżjoni finali dwar il-proġett tkun tista’ titieħed meta jkunu deċiżi l-applikazzjonijiet imsemmija.
Strateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp — approvazzjoni mill-kabinett
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-dokument dwar l-iStrateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp sostenibbli ġiex diskuss u approvat mill-Kabinett? Jekk iva, meta sar dan u jekk le meta mistenni jiġi approvat?
Jekk, min-naħa l-oħra ġie approvat, għaliex qatt ma ssemma xejn fil-media lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Istrateġija Nazzjonali dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ilha tiġi diskussa fil-pubbliku għal diversi snin u qegħdha tiġi aġġornata matul iż-żminijiet.
Mhux il-prassi li l-Kabinett jippubblika fil-
media
x’jiġi diskuss u jew x’jiġi approvat fl-istess Kabinett, iżda huwa ovvju li l-Gvern jinsab wara din l-istrateġija.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Avviż biex tieqaf u ta' twettiq
Question
B'referenza għall-Avviż biex Tieqaf u ta' Twettiq li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, datat 10 ta' Ottubru 2007, jista' l-Prim Ministru jistħarreġ għaliex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar damet sas-7 ta' April 2008 biex tirtira dan l-Avviż meta l-allegat "ksur ta' kontroll ta' l-ippjanar" kien ġie rimedjat kważi tliet xhur qabel, hekk kif joħroġ minn dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament? Jista' l-Prim Ministru jistħarreġ jekk kienx hemm xi reżistenza minn xi sezzjonijiet tal-Awtorità għall-irtirar ta' dan l-avviż minkejja illi, kif jidher mid-dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament, is-sezzjoni kompetenti, jiġifieri l-Enforcement Unit, kien diġa' dehrilha li ma kienx hemm iktar "ksur ta' kontroll ta' l-ippjanar" saħansitra fis-17 ta' Jannar 2008, jiġifieri kważi tliet xhur qabel ġie rtirat l-Avviż?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-proġett tal-Park Nazzjonali Naturali li kien ħabbar sena ilu, xi ġimgħat qabel l-elezzjoni ġenerali, fis-sit li kien arbitrarjament ħabbar li originarjament kellu jsir sit ta' golf course fix-Xagħra l-Ħamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5862.
Kunsill Lokali Pembroke — laqgħa mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li kellhom tnaqqis fl-allokazzjoni finanzjarja minħabba ksur tar-regolamenti finanzjarji sena b'sena mill-2000 sal-lum lokal b'lokal?
Jista' jara li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jilqa' t-talba biex issir laqgħa bejn id-Dipartiment għall-Gvern Lokali u l-kunsill ta' Pembroke? Din it-talba saret fit-13 ta' Ottubru 2008.
Jista' jara li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali jirrispondi għat-talba vis-à-vis il-finanzjament ta' żewġ inizjattivi sportivi tal-Kunsill Lokali ta' Pembroke?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5164, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawk il-Kunsilli li tnaqqsulhom fondi mill-allokazzjoni finanzjarja minħabba ksur tar-regolamenti finanzjarji mill-2000 sallum.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4630 u jagħti figuri ta' kemm għandhom salarji l-ħaddiema taċ-Ċivil? Kemm għandhu ħaddiema f'kull skala ta' salarju? Kemm għandu ħaddiema b'kuntratt u f'liema skala jaqgħu dawn il-ħaddiema meta tqabbel is-salarji tagħhom ma' dawk taċ-Ċivil?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamnetari 4947 li oriġinarjament saret lill-Minstru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid minn dawk il-kunsilliera li ġew eletti tliet snin ilu fl-elezzjoniet tal-kunsilli lokali min huma dawk li rriżenjaw, minn liema partit politiku u min ġie elett minflokhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5734.
Kumpannija barranija — ngaġġ ta' casual workers fil-Malta Shipyard
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali sal-lum li tħallas mill-aġenzija barranija li tingaġġa l-casual workers għall-Malta Shipyards?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta Shipyards ma hiex f’pożizzjoni li tkun taf kemm tħallsu flus mill-Aġenzija barranija li tingaġġa l-casual workers.
Pjazza Santa Margerita — applikazzjoni għal-latrina pubblika
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-applikazzjoni sabiex tinbena latrina pubblika fil-ġnien ta' Pjazza Santa Margerita, liema proġett kien taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tat-Turiżmu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-applikazzjoni ta’ din il- public convenience qed tiġi pproċessata mill-MEPA.
Il-MEPA talbet lill-Awtorità sabiex tibdel il-pjanti tal-proposta biex jiġu konformi ma’ istruzzjonijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Dizabilita’. Hekk kif dawn il-pjanti jiġu sottomessi, il-proċess ta’ l-ippjanar ikun jista’ jipproċedi.