Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6024 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Derelict vehicles u oġġetti oħra kbar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-inizjattiva li saret dan l-aħħar biex jinġabru derelict vehicles u oġġetti oħra kbar tal-metall mill-kampanja u toroq, kemm-il sit ġie identifikat f'Għawdex? Kemm minn dawk is-siti tnaddfu s'issa? X'qed isir minn dan il-materjal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6039 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rationalisation exercise

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każi fejn intlaħaq ftehim bejn is-sidien ta' l-art li ġiet inkorporata fi skema tal-bini permezz tar-rationalisation exercise u li ssottomettew il-proposti maqbula tagħhom lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jiġu approvati? Kemm fadal lokalitajiet fejn dan l-eżerċizzju ma ġiex konkluż? Kemm mit-talbiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġew approvati u għalhekk is-sidien jistgħu jibdew bl-applikazzjoni għall-iżvilupp?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti rendikont dettaljat fuq kull sit li jikkwalifika bħala Rationalisation Site. Fil-każi kollha fejn ġiet approvata PC application li ma sarx mil-MEPA, dan sar permezz ta' ftehim bejn il-partijiet skond kif kontemplat permezz tal-avviż legali 71 ta' 2007. Apparti il-każi indikati fit-tabella, hemm numru ta' każijiet oħra fejn l-indikazzjonijiet juru illi l-ftehim bejn il-partijiet huwa fil-qrib iżda l-istatistika fuq dawk il-każi tiġi konfermata fi stadju futur.
Leg 11 PQ #6054 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu — full development permit għal-akwarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu għandhiex il-full development permit għal bini ta' akkwarju pubbliku u attrazzjoni marittima fil-Qawra? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess u tal-pjanti approvati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6088 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Suldati għassa mal-immigranti illegali

Question

Jaf il-Prim Ministru li n-nies li jagħmlu l-għassa mal-immigranti illegali fil-Compound ta' Ħal Safi ilhom bla kitla għal dawn l-aħħar ġimgħat? X'inhi r-raġuni li s-shifts tas-suldati li jaħdmu fid-Detention Centre inbidlu minn erba' shifts għal tlieta? Min ħareġ l-ordni li s-suldati jidħlu ma' l-immigranti illegali kull nofs siegħa meta ħafna mill-immigranti illegali għandhom mard bħal Tubercolosi, HIV, Hepatitis eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li kull min huwa impjegat mas-Servizz ta' Detenzjoni fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta' Ħal Safi għandu aċċess għal kitla ta’ l-elettriku. Barra minn hekk, numru oħra ta' ktieli jinsabu miżmuma fl-istore għal meta jkun bżonn li tinbidel xi waħda minnhom. Ir-raġuni li s- shifts tal-impjegati kollha li jaħdmu fid- Detention Centres ta' Ħal Safi u Ħal Far inbidlu minn erba' shifts għal tlieta hi minħabba x-xogħol li żdied f'daqqa bil-mewġa mhux mistennija ta' immigranti rregolari mill-bidu tas-sena. Fost dawn l-aħħar immigranti kien hemm il-fuq minn mitejn Nord Afrikani li huma magħrufa għad-dispożizzjoni tagħhom li jaħarbu minn fejn ikunu miżmuma ma’ l-ewwel opportunità li jkollhom. Barra minnhekk, numru ta' impjegati tas-Servizz tad-Detenzjoni ġew trasferiti għaċ-ċentru l-ġdid li nfetah f' Ta' Kandja biex jakkomoda l-aħħar immigranti li waslu. Relatat ma’ dan kien hemm l-implimentazzjoni ta' dmirijiet ta' sorveljanza fuq ġewwa tal-akkommodazzjoni tal-immigranti li minħabba nuqqas ta' impjegati ma setgħawx isiru qabel. L-għan ta' dawn id-dmirijiet huma li jipprevenu vandaliżmu, ġlied bejn l-immigranti u attenti ta' ħrib. Ma hemmx periklu minn mard fuq is-saħħa tal-impjegati għaliex l-immigranti huma screened mal-wasla tagħhom u kull min jinsab ibati b'mard infettiv jiġi miżmum f'post apposta għalih sakemm jiġi deċiż li m'humiex ta' periklu għal ħaddieħor mill-awtoritajiet tas-Saħħa.
Leg 11 PQ #6175 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin fis-settur pubbliku f'Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5197 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu fis-settur pubbliku f’Malta fl-aħħar ta’ Diċembru 2008? Ma’ liema dipartiment, korporazzjoni, aġenzija, kumpanija, eċċ kienu jaħdmu? X’kumpens kellhom biex jagħmel tajjeb għall-ispejjez addizzjonali li għandhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5694.
Leg 11 PQ #6177 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme I Project No 33

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5761 u jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 33 – Tourism Zone Upgrage with landscapped urban spaces and other facilities?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett ‘Tourism Zone Upgrade with landscaped urban spaces and other facilities’ [Ref No 33] jiffoka fuq tlett żoni turistiċi f'pajjiżna: Qawra, San Pawl il-Baħar u Pembroke. Nixtieq ninforma li proġett simili għal Għawdex għadu qed jiġi evalwat u li aktar informazzjoni tista' tingħata meta l-evalwazzjoni tiġi konkluża.
Leg 11 PQ #5587 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jinbnew serer, lokalità b'lokalità f'Malta u f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm sitta u erbgħin (46) applikazzjoni pendenti għal serer f'Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet kif mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ġew imfittxija applikazzjonijiet li fihom il-kliem "serra", "serer" jew "greenhouse" fil-proposta tagħhom.

Aġenziji u dipartimenti tal-Gvern — tobba

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il dipartiment u aġenzija tal-Gvern iħaddem tabib/tobba biex jieħdu ħsieb saħħet il-ħaddiema tagħhom? Tista' tinħareġ statistika dwar kemm hemm impjegati u kemm huma ngaġġati tobba f'kull każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #5965 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tourist nights

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu t-turisti u n-numru ta' tourist nights f'Malta mis-snin 1980 sal-lum kull sena separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6025 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Development Control Commission — Permessi approvati

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' permessi li ilhom hemm aktar minn xahrejn li ġew approvati mill-bordijiet tad-Development Control Commission ( qabel il-15 ta' Diċembru 2008) u li s'issa għadhom ma ntbagħtux lis-sidien tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni tal-Kontroll ta' l-Iżvilupp, għandha quddiema 286-il applikazzjoni approvata fl-ewwel deċiżjoni u 59 applikazzjoni approvata f'talba ta' rikonsiderazzjoni, fejn il-permess għandu ma nħariġx u fejn id-deċiżjoni ttieħdet sal-15 ta' Diċembru 2008. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn turi l-analiżi tal-permessi mhux mibgħuta.
Leg 11 PQ #6051 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sea Malta — Bejgħ ta' bini

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5829, 5563, 5379, 5140 u 4393 u jgħid kemm ġew sottomessi offerti għall-bejgħ tal-bini tas-Sea Malta peress li kemm il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni kif ukoll il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment wieġbu li din il-materja ma taqax taħt ir-responsabbiltà tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma ġiet sottomessa l-ebda offerta għall-bejgħ tal-bini ta’ l-ex-Sea Malta.
Leg 11 PQ #6069 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — trasferiment tal-ħaddiema

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4430, jista' l-Prim Ministru issa jgħid jekk il-lista li tani hijiex eżawrita u tinkludi lil kull impjegat tal-Gvern u ta' entitajiet oħra tas-settur pubbliku, bħalma huma membri tal-Forzi Armati u tal-Korp tal-Pulizija, u oħrajn bħalma huma ħaddiema ta' kumpanniji fejn il-Gvern għandu maġġoranza ta' ishma? Jista' jagħtini tagħrif li tlabtu fil-mistoqsija tiegħi dwar dawn il-ħaddiema wkoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 5188.
Leg 11 PQ #6072 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Smart City — carbon emissions

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk mill-istudji li għamlet l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-proġett Smart City, ġiex ikkwantifikat fl-EAI? X'effett dan se jkollu fuq il-carbon emissions tal-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jikkwantifikahom imqar fuq livell approssimattiv?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6087 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hazardous Waste — database u reġistru

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Ambjent Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qed tinżamm kif suppost database u reġistru tas-sorsi ta’ hazardous waste kif ukoll dwar x’tip hu, minn fejn qed joriġina u fejn qed jispiċċa? Jinżammu records dwar kemm minnu qed jiġi esportat u jekk iva, primarjament lejn fejn? Dan suppost huwa faċli għaliex nifhem illi l-Gvern għandu sistema ta’ export trail?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6135 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Interim From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xewkija — Triq il-Kbira

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5796 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Peress li Triq il-Kbira, fix-Xewkija, tinsab fi stat diżastruż b'ħafna ħofor kbar u fondi b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' din it-triq li ħafna minnhom huma anzjani, jista' jara li jsiru x-xogħlijiet rimedjali meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6166 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — EIA Consultants

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistix reġistru ta' EIA consultants ma' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk le, x'qed iżomm lill-awtorità milli tieħu dan il-pass?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reġistru għadu pendenti, peress li t-tħaddim effettiv tat-Taqsima VI tar-regolamenti ta' l-EIA, li tirregola dan ir-reġistru, kien marbut mal-ħatra tal-Bord tar-Reġistrazzjoni u Reviżjoni. It-Taqsima VI nġiebet fis-seħħ bl-Avviż Legali 248/08 u l-Bord innifsu issa nħatar ukoll, f'Jannar 2009. L-Awtorità se tiltaqa' mal-Bord bil-għan li jitħejjew il-mekkaniżmi kollha meħtieġa sabiex ir-reġistru jiġi fis-seħħ mill-aktar fis u kif dovut.
Leg 11 PQ #6168 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assitants and Monitoring Officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-applikazzjoni MPO Reference No 185/2005 għal Administrative Assistants and Monitoring Officers mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ kenitx sejħa interna jew esterna? Jista' jgħid jekk din is-sejħa kenitx għal postijiet permanenti jew għal pożizzjonijiet b'kuntratt għal żmien definit? Jekk kienu għal pożizzjonijiet b'kuntratt, kemm hu ż-żmien definit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-sejħiet għall-applikazzjoni għal Administrative Assistants u għal Monitoring Officers mal-ETC kienu sejħiet miftuħa għall-pubbliku wara li nħarġu l-work permits bin-numri 216/2008 u 196/2008. Dawn is-sejħiet huma marbuta ma’ proġett ta’ Employment Aid Programme għas-snin 2008-2014 li jifforma parti mill-Fondi Strutturali Ewropej u għaldaqstant huma pożizzjonijiet b’kuntratt għall żmien definit. Skond Art 7(4)(c) ta’ Avviż Legali 51/2007 intitolat “Regolamenti ta’ l-2007 dwar Kuntratti ta’ Servizz għal Terminu ta’ Żmien Fiss” kif emendat b’Art 3(b)(4) ta’ Avviż Legali 239/2008, teżisti raġuni oġġettiva għalfejn il-kuntratt ta’ xogħol għandu jibqa’ fuq bażi definit minħabba li l-impjegati huma ngaġġati sat-tlestija tal-proġett.
Leg 11 PQ #6171 Sitting 84 2009-02-17 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Employability Programme Operational Programme II

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-azzjonijiet li jridu jwettqu, taħt l-Employability Programme Operational Programme II Project Ref No 2.4, sabiex joffru opportunitajiet ta' taħriġ u xogħol lil persuni li qed ifittxu x-xogħol jew li jeħtieġu li jiġu mħarrġa mill-ġdid f'Għawdex? Jista' jgħid jekk il-persuna partikolari li se tkun tieħu ħsieb dan il-proġett f'Għawdex intgħażlitx? Jekk fl-affermattiv, xi proċedura saret biex intgħażlet u x'kienu l-kriterji tal-għażla? Fuq liema bażi ġeit ingaġġata eż permanenti, kuntrattwali, każwali, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġa għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 5764, l-Employability Programme jikkonsisti f’numru ta’ azzjonijiet intiżi sabiex joffru opportunitajiet ta’ taħriġ u xogħol lil persuni li qed ifittxu xogħol jew jeħtieġu li jiġu imħarrġa mill-ġdid. Dawn l-azzjonijiet huma mmirati kemm għall-Maltin kif ukoll għall-Għawdxin. Fost l-azzjonijiet hemm il- Job Search Assistance, t-taħriġ f’ħiliet bażiċi, u fil-ħiliet meħtieġa għall-impjiegi differenti ( Work Orientation Training Initiatives) , Traineeship Scheme , Training Subsidy Scheme, u sistema ta’ skills assessment. Il-persuna li ser tkun responsabbli minn dan il-Proġett f’Għawdex intgħażlet. Fil-proċess tal-għażla ġiet segwita il-proċedura stabbilita tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. Il-kriterju tal-għażla kien li l-persuna konċernata ried ikolla diploma jew baċellerat fix-Xjenzi Soċjali. Din il- persuna ġiet ingaġġata fuq bażi kuntratwali għall-perjodu definit.
Leg 11 PQ #5905 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Marsalforn - Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir kunsill lokali għal Marsalforn, Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-twaqqif ta’ kunsilli ġodda kien fost uħud mill-proposti li daħlu fil-perjodu ta’ konsultazzjoni. Inkun f’pożizzjoni li ngħati risposta meta dan il-proċess ikun konkluż.
Leg 11 PQ #5906 Sitting 83 2009-02-16 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Kunsill lokali - fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw fondi lill-Kunsilli Lokali Għawdxin, raħal b'raħal f'dawn l-aħħar 15-il sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, Tabella li turi l-allokazzjoni finanzjarja li ngħata lill-Kunsilli Lokali Għawdxin mill-1994 sallum (sena finanzjarja kurrenti 2008/09). Hemm ukoll mehmuża Sheets A, B u C li jagħtu spjegazzjonijiet għat-tnaqqis li sar.