Legislature:
Category:
Reset
Active:

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 5929, 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6315 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Interim From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjoni għal żvilupp

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 mogħtija f'seduta 71 tal-15 ta' Jannar, 2009, fejn irriżulta li fit-22 ta' Settembru, 2008 ġie nvokat is-subartiklu 36(6) fir-rigward tal-applikazzjoni PA 2734/08 u li, minflok ma' l-awtorità ħarġet il-permezz minnufih, kif jimponi paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6) tal-Att, din poġġiet l-applikazzjoni fuq l-agenda tat-30 ta' Settembru 2008 tal-Kummissjoni kompetenti wara li kien diġà skada t-terminu taż-żmien impost mil-liġi biex l-awtorità tkun tista' tagħmel dan, kif jidher ċar mill-istess risposta u mid-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega dan l-aġir tagħha? Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'deċiżjoni ħadet dwar din l-applikazzjoni l-Kummissjoni kompetenti fis-seduta tagħha tat-30 ta' Settembru 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6316 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Interim From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4684, rigward talbiet biex jinħareġ il-permess skond tal-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) ta' l-Att, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-artiklu 36, inkluż il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6), huwa intiż biex jirregola ż-żmien konċess lill-awtorità biex tiddeċiedi fuq kull tip ta' applikazzjoni mingħajr eċċezzjoni, biex b'hekk jiġu salvagwardati l-interessi leġittimi tal-applikanti kontra dewmien żejjed li jista' jkun hemm min-naħa tal-awtorità? B'mod partikolari, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-provvedimenti tas-subartikli 36 (1) sa 36 (6), inkluż il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6), huma intiżi biex jirregolaw kemm dawk l-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt is-subartiklu 36 (1) kif ukoll dawk li ma jaqgħux taħtu, f'liema każ dawn is-subartikli japplikaw kif debitament emendati mis-subartiiklu 36 (7)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6317 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Interim From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skond paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, jista' l-Prim Ministru jitlob l-awtorità tispjega għaliex fil-każ ta' 36 applikazzjoni minn dawn, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, kien hemm dewmien ta' tliet xhur jew iktar minn meta kien tlesta d-Development Permit Application Report sa meta ttieħdet deċiżjoni mill-Kummissjoni kompetenti, minkejja li ma kienx hemm iktar ipproċessar xi jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6318 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Interim From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, minn stħarriġ li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jirriżulta li mill-applikazzjonijiet li tagħhom ingħatat data tal-agenda għas-smiegħ, id-deċiżjoni dwar 33 minnhom ittieħdet f'data sussegwenti jew għada ma ttieħditx. Jista' l-Prim Ministru jiċċara mal-awtorità jekk dawn id-deċiżjonijiet ġewx diferiti? Jekk dan mhux il-każ jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega għaliex ma ttieħditx deċiżjoni fid-data indikata fir-risposta msemmija qabel? Fil-każ ta' dawk id-deċiżjonijiet li ġew diferiti, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra liema minn dawn id-diferimenti saru bil-kunsens tal-applikant?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6319 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Interim From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Art barra z-zona ta' żvilupp

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4684 fejn jirriżulta skond l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-101 talba biex jinħareġ permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att ġew kollha rifjutati minħabba li l-applikazzjonijiet jew kienu barra miż-żona ta' żvilupp jew ma kenux mibgħuta skond kif tipprovdi l-liġi, jista' l-Prim Ministru jiċċara jekk, meta jgħid li ma kenux mibgħuta skond kif tipprovdi l-liġi, hux qed jirreferi għall-applikazzjonijiet għall-permess ta' żvilupp jew inkella għat-talbiet biex jinħareġ permess, skont l-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6320 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Interim From: FRANCIS ZAMMIT DIMECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp — Applikanti nfurmati li t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra liema applikanti ġew infurmati mill-awtorità li t-talba tagħhom ma kenitx ġiet milqugħa, meta ġew infurmati, u x'kienet ir-raġuni li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6377 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Better Regulation Unit — ħruġ tal-liċenzji tan-negozju

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta twaqqaf il-Better Regulation Unit? X'tip ta' programm fassal dan il-unit? Liema regolamenti ġew identifikati bħala li jridu jitneħħew jew jitnaqqsu? X'tip ta' koperazzjoni kellu u għandu llum mad-diviżjonijiet tal-kummerċ jew oħrajn li huma responsabbli mill-ħruġ ta' liċenżji tan-negozju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Uffiċċju għar-Regolamentazzjoni Aħjar (BRU) ġie mwaqqaf fi ħdan il-Management Efficiency Unit (MEU) f’Jannar ta’ l-2006. Meta l-BRU ġiet imwaqqfa, hija ffukat l-isforzi tagħha fuq l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-moniteraġġ ta’ l-ewwel Pjan għas-Simplifikazzjoni għal Malta. Il-miżuri fil-Pjan għas-Simplifikazzjoni kienu jikkonsistu f’111-il proġett li kienu maqsuma f’sitt kategoriji : 1. twaqqif ta’ One-Stop-Shops jew konsolidazzjoni ta’ entitajtiet preżenti; 2. reviżjoni ta’ proċeduri / proċessi; 3. użu ta’ ICT u servizzi ta’ eGovernment ; 4. simplifikazzjoni ta’ liġijiet u tneħħija ta’ liġijiet li ma għadhomx validi; u 5. konsolidazzjoni ta’ formularju. Il-BRU ġie fdat bil-moniteraġġ ta’ l-implimentazzjoni tal-miżuri li għaliha huma responsabbli l-Ministeri. Sal-lum madwar nofs il-miżuri tal-Pjan tlestew. Kemm in-negozji kif ukoll iċ-ċittadini ibbenefikaw minn dawn il-proġetti. Il-BRU ħadmet flimkien mal-Ministeri, id-dipartiment u l-entitajiet regolatorji biex jitlestew kemm jista’ jkun mill-miżuri. Madanakollu, wieħed irid iżomm f’moħħu li minn meta dan il-Pjan ġie żviluppat sal-lum għadda ż-żmien u nbiddlu ċ-ċirkustanzi. Għalhekk bħalissa l-BRU ħejjiet rapport ta’ konklużjoni biex b’hekk jiġi magħluq dan il-Pjan eżistenti mill-aktar fis possibli, biex b’hekk jagħmel spazju għal pjan li hu aktar orjentat lejn in-negozju permezz tal-proposti li ser jitressqu fil-pjan il-ġdid. Huwa mistenni li dan iwassal biex ir-riżorsi tal-BRU jiġu utilizzati b’mod aħjar billi tingħata l-attenzjoni xierqa lil inizjattivi oħra aktar importanti fosthom li tgħin lil Gvern Malti jilħaq il-mira li hu kkommetta ma’ l-Unjoni Ewropeja li jnaqqas bi 15% il-piżijiet amministrattivi, b’mod partikulari dawk li joħorġu minn informazzjoni żejda li qed tintalab, fuq in-negozji sa l-2012. Ta’ min jgħid ukoll li issa li dan il-programm qiegħed fil-proċess li jiġi magħluq, l-BRU ħejja pjan strateġiku għal regolamentazzjoni aħjar għas-sentejn li ġejjin li ġie approvat mill-Kabinett f’Ottubru li għadda. Fost il-miżuri li fih dan il-pjan il-BRU bi ħsiebha tinkoraġġixxi t-tnedija ta’ taħriġ fil-Ministeri, dipartimenti u l-entitajiet regolatorji. Miżura oħra hija l-użu ta’ Manwal fis-Settur Pubbliku li ġie żviluppat fi Twinning Light Project li sar ma’ l-Irlanda ta’ Fuq bejn Frar u Awwissu 2008. Permezz ta’ dan il-Manwal ir-regolamentazzjoni ġdida ser tgħaddi minn proċess strutturat, professjonali u xjentifiku biex tkun relevanti għall-kuntest Malti, bl-inqas impatt negattiv fuq l-operaturi pero’ li tipprovdi l-protezzjoni meħtieġa lill-klienti u lill-pubbliku. Rigward liema regolamenti ġew identifikati bħala li jridu jitneħħew jew jitnaqqsu, kif diġà ġie spjegat hawn fuq il-miżuri tal-Pjan għas-Simplifikazzjoni ma kienux jinkludu biss dawk immirati lejn tneħħija jew tnaqqis ta’ regolamenti. Il-miżuri li ġew implimentati kienu ukoll immirati biex jiffaċilitaw proċessi u jippromovu l-użu ta’ ICT. Ta’ min jgħid ukoll li l-miżuri kienu mmirati kemm lejn is-settur tan-negozju kif ukoll lejn iċ-ċittadini. Il-lista tal-miżuri li tlestew qed tiġi impoġġija fuq il-mejda tal-Kamra. Il-BRU meta ġie żviluppat il-Pjan għas-Simplifikazzjoni ma għamlitx dan waħida iżda ħadmet flimkien mall-Ministeri, Dipartimenti u entitajiet Governattivi oħra. Filfatt kull Ministeru, inkluż il-Ministeru responsabbli mill-kummerċ u l-ħruġ ta’ liċenzji, innomina persuna li r-rwol tagħha kien li tikkoordina l-implimentazzjoni ta’ l-inizjattivi tal-Pjan għas-Simplifikazzjoni u affarijiet oħra relatati mar-regolamentazzjoni aħjar li jaqgħu taħt il-Ministeru konċernat. Il-BRU qed tahdem mill-qrib mas-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Is-Simplifikazzjoni ser tingħata nifs ġdid permezz ta’ konsultazzjoni ma’ setturi differenti, korpi kostitwiti u msieħba oħra f’dan il-qasam tan-negozju sabiex tinkiseb aktar informazzjoni u b’hekk inkunu nistgħu nindirizzaw l-problemi. Ser jiġi varat eżerċizzju ta’ konsultazzjoni għas-setturi tan-negozju maħsub sabiex jiġu identifikati dawk il-problemi amministrattivi li qed jiffaċċja dan is-settur kemm dawk speċifici għas-setturi partikolari u kemm dawk ġenerali għan-negozju eżempju l-ħruġ ta’ liċenzji tan-negozju. Il-Ministeri kollha ser ikunu mistiedna biex jattendu wkoll għal din il-konsultazzjoni biex b’hekk ikunu nvoluti f’dan l-eżerċizzju sa mill-bidu nett. L-informazzjoni miġbura tiġi imbagħad analizzata u s-soluzzjonijiet jiġu prijorizzati, kif ukoll tiġi mmoniterata l-implimentazzjoni ta’ dawn is-soluzzjonijiet.
Leg 11 PQ #6425 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ — Administrative Assitants and Monitoring Officers

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 6168, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fost dawn il-pożizzjonijiet kienx hemm xi pożizzjoni/pożizzjonijiet minnhom għal Għawdex? Jekk fl-affermattiv, għal liema pożizzjoni kienet/kienu? Kienet/kienu indikata/i fis-sejħa għall-applikazzjoni? Jekk le, għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li sabiex il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tħaddem din l-iskema, imsejħa Employment Aid Programme, kien jinħtieġ ir-riklutaġġ ta’ żewġ Administrative Assistants ukoll ta’ tliet Monitoring Officers, b’wieħed mill-Administrative Assistants ikun ibbażat f’Għawdex. Dan skond l-approvazzjoni tal-Managing Authority – PPCD. Fis-sejħa li saret ma kienx hemm indikat li wieħed mill- Administrative Assistants ikun ibbażat Għawdex, iżda l-applikanti kienu nfurmati b’dan mill-Bord tal-Għażla waqt l-intervista.
Leg 11 PQ #6442 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armata — infiq fuq immigranti irregolari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm nefqet flus l-Armata fuq immigranti irregolari sena b'sena mill-2003 sa l-2008 u kif nefqithom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammonti ta’ flus li nefqet l-armata fuq l-immigranti rregolari bejn l-2003 u l-2008.
Leg 11 PQ #6443 Sitting 86 2009-03-02 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — lista ta' konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħthom, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #4682 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għajnuna finanzjarja lin-negozji ż-żgħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-għajnuniet finanzjarji u/jew rimedji li qed jibbenefikaw minnhom n-negozji ż-żgħar (partikolarment ħwienet tax-xorb u stabbilimenti ta' l-ikel)? Liema huma dawk l-għajnuniet u/jew rimedji li jingħataw minn programmi ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Taħt il-programm ta’ Fondi Reġjonali 2007-2013 ser nimplimentaw skema għall-proġetti ta’ turiżmu sostenibbli. Il-fond għal din l-iskema hu ta’ Euro 10 miljuni. Is-sejħa għall-offerti infetħet fit-2 ta’ Frar 2009. Saru numru ta’ laqgħat ta’ informazzjoni kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex sabiex jiġu spjegati d-dettalji ta’ din l-iskema. Il-Ministeru vara din l-iskema fil-ħdax ta’ Diċembru 2008.

Operazzjonijiet ta' salvataġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-gvern bejn Jannar u Diċembru 2008 biex stajna nżommu l-operazzjonijiet ta' salvataġġ? Kemm ġew salvati persuni permezz ta' dawn l-operazzjonijiet? Jista' jgħid jekk intalbitx xi għajnuna ta' xi pajjiż ieħor f'dawn l-operazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa ferm diffiċli li wieħed jifred l-ispiża tal-Forzi Armati ta' Malta (FAM) fuq operazzjonijiet ta' salvataġġ minn spejjeż oħra fuq operazzjonijiet ta' natura differenti. Dan minħabba li speċjalment fuq il-baħar, li-FAM topera f'ħafna oqsma differenti, imma dejjem tuża’ l-istess mezzi. Għaldaqstant il-bċejjeċ tal-baħar tal-FAM u l-mezzi tal-ajru huma multipurpose. Ħafna drabi operazzjoni, per eżempju, ta' sorveljanza tinbidel f'salvataġġ minħabba ċirkostanzi tal-mument. Minkejja dan kollu huwa magħruf li l-ispiża kollha biex jitħaddmu l-iskwadra Marittima u dik tal-Ajru u ċ-Ċentru tal-Operazzjonijiet tal-FAM fl-2008 kienet tammonta għas somma globali ta' Euro 8,601,941. Dan jinkludi pagi u allowances, bonus, income supplement u national insurance contribution, fuels, oils and lubricants, materials and supplies, repair and maintenance. Fil-perjodu msemmi ġew salvati ftit aktar minn 2200 immigrant irregolari, l'ekwipaġġi ta' żewġt vapuri li kienu jammontaw għal 16–il baħri, 26–il baħri ieħor li kellhom bżonn kura medika urġenti li ġew evakwati minn fuq vapuri, 42-il trasferimenti bejn l-isptarijiet Mater Dei u l-Isptar Ġenerali t'Għawdex u 33 persuna oħra minn fuq dgħajjes żgħar. F'missjonijiet ta' salvataġġ, hija ħaġa komuni ħafna u aċċettata internazzjonalment li tintalab l-għajnuna ta' kull min ikun jista' jgħin. Ħafna drabi dawn ikun vapuri merkantili jew sajjieda. Spiss jintalab l-intervent minn mezzi militari Taljani u anke Amerikani, għalkemm mhux daqshekk ta’ spiss fil-każ ta’ l-aħħar. Is-sena l-oħra diversi bċejjeċ u mezzi tal-ajru kienu Malta u ħadu sehem fl-operazzjoni ta' sorveljanza tal-aġenzija FRONTEX. Meta kien hemm il-ħtieġa dawn ukoll intalbu jassistu f'missjonijiet ta' salvataġġ. Dawn il-mezzi kienu bastiment Franċiż, ħelikopters Ġermaniżi u ajruplan mill-Lussemburgu.
Leg 11 PQ #5705 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hotels, villa, restaurtants u appartamenti minbinija fuq art tal gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm il-hotel, villa, restaurant u appartamenti kienu mibnija fuq art tal-Gvern u wara li nbnew, ġew regolarizzati fl-aħħar 20 sena? Jista' jsemmi kemm saru minn dawn l-każijiet sena b'sena fl-aħħar 20 snea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #5753 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operational Programme 1 Project 48

Question

Jista’ l-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid kemm hemm flus allokati għal Għawdex u x’inhuwa maħsub li jsir f’Għawdex taħt l-Operational Programme I Project Ref No 48 – Upgrading of Arterial and Distribution Roads?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m’hemmx fondi allokati għal Għawdex bħala parti mill-proġett Upgrading of Arterial and Distribution Roads (Ref No 048). Madankollu, fondi għal toroq f’Għawdex ġew allokati taħt il-proġett Reconstruction of part of Xlendi Road and Ta’ Pinu Road (Ref No 047) .
Leg 11 PQ #5947 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Proġetti infrastrutturali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal proġetti infrastrutturali f'Għawdex? Liema huma l-proġetti u meta saret l-applikazzjoni dwar kull proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar għal proġetti infrastrutturali f'Għawdex.
Leg 11 PQ #5971 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Birżebbuġa — tal-Girgħien - Development brief

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-liema stadju wasal id-development brief konċernanti l-kontrada tal-Girgħien f’Birżebbuġa? Jista' jgħid ġewx sottomessi applikazzjonijiet mal-awtoritajiet konċernanti għar-rigward tal-istess proġetti hemm indikati? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li dan iseħħ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Development Brief għall-inħawi Tal-Għirgħien, Birżebbuġa qed jiġi emendat wara l-kummenti li saru fit-tieni konsultazzjoni pubblika. La darba jkun finalizzat jitressaq quddiem il-bord tal-MEPA għal approvazzjoni tiegħu. Wara jkun irid ukoll l-approvazzjoni tal-Ministru konċernat. Id- Development Brief jistabbilixxi z- zoning , alignments u parametri għall-iżvilupp ta' l-art f'tal-Għirgħien li tifforma parti mid- Development Brief kif indikat fil-Marsaxlokk Bay Local Plan. Meta dan il-pjan jiġi approvat, is-sidien ta' l-art ikunu jistgħu jitfgħu l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp u dawk li diġà intefgħu jitkompla l-ipproċessar tagħhom.
Leg 11 PQ #5972 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

List of Scheduled Properties

Question

Billi skond list of schedule properties li dehret fis-Sunday Times nhar it-28 ta' Awwissu 1994 rigward djar, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jgħid x'wassal biex dawn jew inbnew jew twaqqgħu għal skopijiet ta' kostruzzjoni? Dwar l-item grade 3 jista' jikkonferma li d-demolition ġiet permessa soġġetta għar-replacement building li jkun f'armonija mal-madwar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li Casa Caruana Dingli, Chateau En Mer, Villa Leoni u Proprjetajiet Nri 53, 54 u 55, kollha fi Triq il-Kbira, San Ġiljan kienu fost 30 proprjetà differenti li ġew skedati fl-inħawi tal-Bajja tal-Balluta fl-1994. L-uniċi proprjetajiet minn dan il-grupp li tneħħew mil-lista ta' l-iskedar huma n-numri 53, 54 u 55 fi Triq il-Kbira u Numri 7 u 8, Ir-Rampa ta' San Ġiljan, San Ġiljan. Il-ħames proprjetajiet li tneħħew mill-iskedar kienu ingħataw l-inqas Livell ta' Protezzjoni ta' Grad 3 peress li ma kellhomx valur arkitettoniku jew storiku intrinsiku, imma kienu biss importanti minħabba li kienu qrib binjiet ta' valur kulturali (Grad 2). Il-proprjetajiet l-oħra kollha għadhom skedati kif kienu oriġinarjament u għandhom Livell ta' Protezzjoni ta' Grad 1 u Grad 2 skond il-Policy tal-Pjan ta' Struttura UCO 7. Fil-każ ta dawn il-ħames proprjetajiet, l-iskedar fuqhom kien tneħħa b’approvazzjoni mill-Ministru responsabbli kif titlob il-liġi. Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent kien approva t-tneħħija tal-protezzjoni tal-proprjetajiet Numri 53 - 55 nhar is-16 ta' Jannar 2007 liema tneħħija ta' protezzjoni kienet ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern Nru.18,040 Notifika Numru 152 datata 23 ta' Frar 2007. Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent kien approva t-tneħħija tal-protezzjoni tal-proprjetajiet Numri 7 u 8, Ir-Rampa ta' San Ġiljan, San Ġiljan nhar il-15 ta' Marzu 2006 liema tneħħija ta' protezzjoni kienet ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern Nru.17,930 Notifika Numru 490 datata 6 ta' Ġunju 2006.
Leg 11 PQ #5983 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Commuted Parking Scheme — Fondi

Question

Ladarba l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha miljuni ta' euros miġburin mill-commuted parking scheme għal diversi lokalitajiet u rari jintnefqu, jaħseb il-Prim Ministru li huwa l-mument li dawn il-flus li jappartjenu lil-lokalijiet għandhom ikunu mgħoddija lill-kunsilli lokali rispettivi sabiex jintnefqu fuq toroq fil-lokal stess? Jista' jgħid kemm hemm flus fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-commuted parking scheme f'kull lokalità u min qed jiggwadanja mill-interessi ta' dawn is-somom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-flus fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-commuted parking scheme f'kull lokalità. L-interessi ta' dawn is-somom qed jiġu ridepożitati fil-kontijiet tas-CPPS stess, u jinqasmu fuq il-lokalitajiet skond il-bilanċi relattivi.
Leg 11 PQ #5996 Sitting 85 2009-02-18 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

riforma fil-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-konsultazzjoni dwar ir-riforma maħsuba għall-kunsilli lokali ntemmitx? Tul il-perjodu li saret il-konsultazzjoni liema kienu dawk il-korpi kostitwiti, NGOs, individwi, eċċ li ġew ikkonsultati? X'kienu (forma ta' punti) is-suġġerimenti eċċ li saru u x'inhu issa l-pass li jmiss fir-rigward ta' din ir-riforma? Minn meta hu maħsub li tibda r-riforma?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ konsultazzjoni ngħalaq fl-aħħar ta’ Novembru 2008. Saru laqgħat ta’ konsultazzjoni ma’ Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, il-Kunsilli Lokali kollha, Trade Unions, il-pubbliku fi tliet laqgħat pubbliċi, kif ukoll tfal tal-iskola, anzjani, korporazzjonijiet pubbliċi bħall-Water Services Corporation, l-EneMalta, il-MEPA, il-MEUSAC u oħrajn kif ukoll diversi NGO’s bħall-Kulleġġ tal-Kappillani, u entitajiet oħra interessati wara talba minnhom stess. Saru diversi proposti (’il fuq minn 2,000) fosthom dwar it-terminu tal-Kunsill, it-terminu tas-Sindku, xi forma ta’ allowance lill-Kunsillieri, regolamenti aktar ċari dwar il-laqgħat tal-Kunsill u dwar l-ingaġġ tas-Segretarji Eżekuttivi, kif ukoll emendi sabiex il-liġi tkun aġġornata f’diversi oqsma, il-ħtieġa ta’ ristrutturar tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex isaħħaħ ir-rwol ta’ regolatur, kif ukoll diversi proposti oħra dwar delega ta’ aktar funzjonijiet lill-Kunsilli Lokali u l-għoti ta’ aktar riżorsi. Ir-rapport finalizzat se jkun imgħoddi għall-kunsiderazzjoni tal-Kabinett. Wara jsiru l-emendi leġislattivi u amministrattivi meħtieġa.