Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili – Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15120 li oriġinarjament saret lid-Depuat Prim Ministru u jippreżenta lista b’kull ftehim kollettiv pendenti fis-settur pubbliku u ċivili u meta dawn skadew? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema union qed isiru jew se jsiru d-diskussjonijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Hotels u Akkomodazzjoni – Taxxa fuq kull lejl

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti saru f'Għawdex mid-dħul tat-taxxa fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjoni oħra matul is-sena 2023? Jista' jgħid kemm kien id-dħul minn Għawdex u dan peress li l-Ministri għal Għawdex, għat-Turiżmu u għall-Finanzi t-tlieta qalu fi tweġibiet separati li m'għandhomx x'jaqsmu ma’ din il-materja? Jista' jgħid kemm minn din it-taxxa ġiet investita f'Għawdex stess?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Tas-Sliema, Gżira u San Ġiljan — Entitajiet kummerċjali li għandhom permess għall-amplified music fuq barra

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14642 u 14643 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u lill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jindika min joħroġ il-permessi meħtieġa lill-entitajiet kummerċjali għal amplified music fuq barra?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Onor. Interpellant għandu jirreferi għar-regolamenti rilevanti fosthom l-L.S. 441.08, u l-L.S. 409.15 li wkoll jagħmel referenza għal-L.S.441.07 u l-L.S.10.40. Dawn jirregolaw il-materja mertu tat-tweġiba skont iċ-ċirkostanzi applikabbli hawn indikati.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Oppożizzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu d-Deputati tal-Oppożizzjoni, li minn Marzu 2008 sa Jannar 2013 kienu impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern kellu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu jservu, il-kariga li kienu jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn Marzu 2008 sa Jannar 2013 jew sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaddiema mal-privat jaħdmu ma' entitajiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Maltin kif ukoll barranin impjegati mal-privat u li qegħdin jaħdmu ma' entitajiet tal-Gvern, fil-qasam tal-kura, Wasteserve, Security, Cleaners et al?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13636.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Settur pubbliku jew servizz pubbliku - Ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jaħdmu - Full time; u - Part time? Jista’ jgħid kemm minnhom jagħmlu użu minn wieħed minn dawn l-għażliet ta’ Modern Work Practices biex isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja: - Flexi Time - Flexi Week - Reduced Hours - Extended Remote Working - Remote working? Jista’ jgħid ukoll hemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul l-2022, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations. Ġejt infurmat li sabiex tingħata l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant, tinqabeż l-advisory cost.

Ħaddiema li għamlu talba biex jidhru quddiem il-medical board

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li għamlu talba biex jidhru quddiem il-medical board mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Employee Sapport Programme – Taħriġ offrut lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Employee Sapport Programme — Taħriġ fis-suicide prevention

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ fis-suicide prevention offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Employee Sapport Programme — Taħriġ fil-mental health awareness

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ fil-mental health awareness offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Employee Sapport Programme – Taħriġ fl-emotional aspects of retirement

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ fl-Emotional Aspects of Retirement offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Spiża tal-Gvern b'rabta ma' arbitraġġ internazzjonali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11156, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, u jgħid kemm tħallsu flus s’issa fi spejjeż legali, eċċ. mill-Gvern Malti fl-arbitraġġ internazzjonali li fetaħ kontra Malta s-sid tal-Bank Pilatus?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — politika dwar is-saħħa mentali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10856 u 10872 li saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati li għamlu użu mill-Employee Support Programme (ESP) fil-perjodu bejn l-2018 u l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ impjegati li għamlu użu mis-servizz tal-ESP mill-2018 sal-14 ta’ Diċembru 2023 jammonta għal 2150.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — politika dwar is-saħħa mentali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10856 u 10872 li saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm impjegati minn kull Ministeru għamlu użu mill-Employee Support Programme (ESP) fil-perjodu bejn l-2018 u l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej. Dawn il-figuri jirriflettu l-portafolli diversi li kienu eżistenti waqt il-perjodu mitlub. Ministry for Health 344 Ministry for Education and Employment 224 Ministry for Education, Sport, Youth , Research and Innovation 170 Ministry for Home Affairs, National Security and Law Enforcement 165 Ministry for Education 163 Ministry for Home Affairs, Security, Reforms, and Equality 140 Ministry for the Family, Children’s Rights and Social Solidarity 101 Ministry for Finance and Employment 85 Office of the Prime Minister 80 Ministry for Home Affairs and National Security 69 Ministry for Agriculture, Fisheries and Animal Rights 67 Ministry for Transport, Infrastructure and Capital Projects 58 Ministry for the National Heritage, the Arts, and Local Government 42 Ministry for Inclusion and Social Wellbeing 37 Ministry for the Environment, Energy and Enterprise 32 Ministry for the Environment, Climate Change and Planning 30 Ministry for Inclusion, Voluntary Organisations and Consumer Rights 26 Ministry for Justice, Culture and Local Government 24 Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change 24 Ministry for Active Ageing 24 Ministry for the Economy, European Funds and Lands 23 Ministry for Finance and Financial Services 20 Ministry for Finance 19 Ministry for Public Works and Planning 17 Ministry for Gozo 15 Ministry for Tourism and Consumer Protection 13 Ministry for Social Policy and Children’s Rights 13 Ministry for Justice, Equality and Governance 12 Ministry for Energy, Enterprise and Sustainable Development 12 Ministry for Senior Citizens and Active Ageing 11 Ministry for Justice 11 Ministry for Energy and Water Management 11 Ministry for Tourism 11 Ministry for Foreign and European Affairs 11 Ministry for the Economy, Investment and Small Business 10 Ministry for Foreign, European Affairs and Trade 8 Ministry for the Economy and Industry 7 Ministry for European Affairs and Equality 6 Ministry for Social and Affordable Accommodation 5 Ministry for Social Accommodation 4 Ministry for Research, Innovation and the co-ordination of Post Covid-19 Strategy 2 Ministry for Equality, Research and Innovation 2 Ministry for Public Works and Planning 2

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — politika dwar is-saħħa mentali

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10856 u 10872 li saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali rispettivament, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-iktar problemi komuni li jippreżentaw impjegati li għamlu użu mill-Employee Support Programme (ESP) fil-perjodu bejn l-2018 u l-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat l-iktar problemi komuni huma: 1. Diffikultajiet Relatati max-Xogħol 2. Diffikultajiet ta' Relazzjoni u Familja 3. Diffikultajiet ta' Saħħa Mentali 4. Niket

DIER — Ilmenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati li għamlu l-ilment tagħhom mad-Dipartment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti kienu ġejjin minn persuni ta’ pajjiżi terzi u liema huma l-iktar ilmenti komuni?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Crisis Support tal-Employee Support Programme — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li għamlu użu mill-Crisis Support tal-Employee Support Programme mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-ESP joffri servizz aktar ġenerali ta' crisis intervention u sapport ġenerali.