B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16031, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kienx jaf dwar il-każ taż-żewġt aħwa fir-rwol ta’ Chief Nursing Manager (Scale 5) u Senior Nursing Manager (Scale 6) fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk iva, jaħseb li din ir-realtà hija ġusta speċjalment meta hija fi ksur tal-kodiċi tat-tmexxija tas-Servizz Pubbliku? Jista’ jgħid x’biħsiebu jagħmel fuq dan il-każ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dwar il-ka¿ imsemmi minnha jirri¿ulta illi s-Senior Nursing Manager ġie promoss għal din il-kariga wara sejħa għal applikazzjonijiet li ħarġet mill-Ministeru għas-Saħħa għal Senior Nursing Managers.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma s-CEOs ta’ kull Sptar f’Malta u Għawdex li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Ministru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt.
Entita’
Titlu
Kunjom
Isem
Gozo General Hospital
Dr
Fenech
Joseph
Karen Grech Hospital
Dr
Zammit
Stephen
Mater Dei Hospital and SAMOC
Ms
Falzon
Celia
Mount Carmel Hospital
Dr
Xuereb
Stephanie
Sir Paul Boffa Hospital
Mr
Sultana
Stephen
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – staff impjegat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jassigura l-Kamra li l-istaff impjegat fil-bini l-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul, inkluż nurses u carers, ikunu kapaċi jikkomunikaw mar-residenti jew pazjenti bil-lingwa Maltija sa mill-ġurnata tal-ftuħ tal-blokk skont kif stipulat fl-istandards?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — trattamenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li jekk ikun hemm bżonn extra nursing care fil-blokk il-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul bħal trattament li jinvolvi trattament intravenous, NG tube feeding u trattamenti oħra, dawn ikunu jistgħu jsiru f'dan il-blokk il-ġdid?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — first aiders kwalifikati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-professjonisti mediċi varji fid-Dipartiment għas-Saħħa għandhom taħriġ u ħiliet sabiex jagħtu l-kura Medika skont il-bżonn u l-livell tal-kompetenza tagħhom.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irriżenjaw tobba u nurses bejn l-2017-2019? Kemm kien l-ammont ta' tobba u nurses li ġew ingaġġati flokhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2017 u l-2019 kien hemm 155 infermier u 69 tabib li rreżenjaw filwaqt li fl-istess perjodu ġew ingaġġati 612 il-infermier u 284 tabib.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – residenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema ser ikunu l-kriterji li bihom ser jintgħażlu r-residenti li ser jidħlu f'dan il-blokk il-ġdid ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – residenti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk fil-blokk ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul hux ser jidħlu residenti taħt l-iskema tal-PPP u jekk hux ħa jkun possibli wkoll li jidħlu residenti privati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — upkeep u maintenance
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra min ħa jkun responsabbli għall-upkeep u l-maintenence tal-blokk il-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul bħal arja kondizzjonata, plumbing, elettriku, dranaġġ u xogħol ieħor?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – Nursing Supervisor
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk hux ser ikun hemm Nursing Supervisor (DNM / Manager) fil-blokk il-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul u jekk iva min ħa jimpjegaha l-Gvern jew il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – ħasil tal-laundry tar-residenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra fejn ser tinħasel il-laundry tar-residenti tal-bini l-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — infermiera
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra x’ser ikun ir-ratio ta’ infermiera u carers man-numru tar-residenti jew pazjenti fil-binja l-ġdida tar-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi minn ommijiet taħt is-16-il sena fil-perjodu bejn Jannar-Mejju 2020?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu bejn Jannar u Diċembru tal-2019 twieldu 10 trabi minn ommijiet taħt is-16-il sena. L-istess informazzjoni għal din is-sena għadha qed tiġi pproċessata.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il tarbija twieldet minn koppji barranin, ġewwa pajjiżna, mill-2019 sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar u Diċembru tal-2019 twieldu 862 tarbija lil koppji barranin fejn l-omm u l-missier kienu rapportati bħala ta’ nazzjonalita’ barranija.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk il-blokk il-ġdid li nbena ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul (SVPR) hux parti integra mill-istess SVPR jew hux Dar tal-Anzjani li nbniet fuq l-art tar-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — servizzi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinfurmana jekk fil-blokk il-ġdid li nbena ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul, hux ħa jingħataw is-servizzi kollha li jingħataw ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u ċjoè erba' u għoxrin siegħa servizz mediku, fiżjoterapisti, occupational therapy, podoloġisti, tissue viability nurses, farmaċisti u servizzi oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — ħaddiema
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk il-ħaddiema li ser jaħdmu fil-blokk il-ġdid tar-Residenza San Vinċenz de Paul hux ser ikunu ħaddiema tal-Gvern jew ħaddiema impjegati direttament mal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — attrezzamnti
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk l-ikel, in-nappies, il-lożor, il-walking aids, il-bed lifters u attrazzament ieħor, hux ser jiġu pprovdut mir-Residenza San Vinċenz de Paul (SVPR) jew hux ser jinxtaraw mill-fondi tar-SVPR jew mill-privat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid — tmexxija
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra min ser ikun responsabbli għat-tmexxija tal-blokk ġdid ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul, is-CEO, is-Supretendent Mediku tal-SVPR jew is-CEO tal-Active Aging and Community Care (AACC)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Residenza San Vinċenz de Paul – bini ġdid – Chief Operation Officer
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk hemmx persuna speċifika li qed tieħu ħsieb ix-xogħol kollu fuq il-blokk il-ġdid ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul, ċjoè Chief Operation Officer, u jekk fl-affermattiv, min hi jew hu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.