Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — persuni b'diżabilità impjegati fis-settur u fis-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità f'kull skala fis-settur u s-servizz pubbliku impjegati fid-dipartimenti, uffiċċji u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm total ta’ 16-il ħaddiem irreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ fil-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Kommunita’, kif jidher hawn taħt.
Impjegati rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità:
Skala
Numru ta’ Impjegati
8
1
11
2
12
1
14
1
15
2
16
1
17
1
18
6
20
1
Total
16
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' trabi li twieldu fl-isptarijiet tal-gvern matul l-aħħar 12-il xahar, xahar b'xahar? F'liema lokalitajiet kienu residenti l-ommijiet ta' dawn it-trabi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li t-talba tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab rikoverata fl-Isptar Karen Grech u li għandha applikazzjoni għad-dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paul, tingħata attenzjoni minħabba l-istat tas-saħħa ta' din il-mara?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-aħħar ħsara rrapurtata fuq il-linja li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, kienet fit-13 ta’ Ġunju 2011, u din ġiet imsewwija. L-operaturi tat-Telecare ikkuntatjaw lill-anzjana u din ikkonfermat li mgħandiex ħsara iżda tixtieq biss li jinbidlilha is-sett tat-Telecare.
Sakemm ma jkunx hemm xi ħsarat, it-tibdil tas-sett tat-Telecare hija responsabbiltà tal-Kumpanija GO u mhux tas-Sezzjoni tat-Telecare.
*Vide PL 8405 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn, 7 ta' Novembru 2011 f'Seduta 404
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ilha applikata kważi tliet xhur għal prosthesis mal-Breast Clinic u minkejja li madwar xahar u nofs ilu ċemplulha biex tieħu l-qisien, sal-lum għadha mingħajr il-prosthesis? Ma jidhirlux li dawn huma każijiet li jimmeritaw urġenza sabiex nassiguraw li n-nisa milquta jingħataw id-dinjità kollha li tixirqilhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna msemmija kellha viżta bil-għan li ssirilha prosthesis fil-11 ta’ Settembru 2011. L-ordni saret fit-18 ta’ Settembru iżda, minħabba dewmien min-naħa tal-aġent, din waslet fl-iSptar Mater Dei fid-29 t’Ottubru 2011. Il-persuna kkonċernata għandha tiġi kkuntattjata f’dawn il-jiem biex tkun tista’ tiġbor il-prosthesis tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċidenza tat-tfal li jitwieldu mejtin hijiex kawża ta' xi ħaġa partikolari, jew jekk din l-inċidenza ġietx ikkawżata minn sitwazzjonijiet u ċirkostanzi differenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li saru 26 awtopsja minn fost it-trabi tat-twelid kollha li mietu minn Jannar 2010 sallum. Minn dawn l-awtopsji, irriżulta li 17 (65%) tal-imwiet kienu kkawżati minn intrauterine anoxia li jfisser nuqqas ta’ ossiġnu lejn il-fetu, li hija ikkważata l-aktar minn problemi fis-sekonda. Din hija l-aktar kawża komuni ta’ mwiet fit-trabi. Id-9 (35%) każi l-oħra ta’ mwiet kienu riżultat ta’ anomaliji konġenitali.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandha bżonn pilloli imma ma ngħatawlhiex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wara li saret investigazzjoni tal-każ tal-pazjenta msemmija, ma nstabet l-ebda applikazzjoni tal-permess fuq isem is-sinjura għall-kapsuli Pregabalin 100mg. Ġie ċċekjat ukoll jekk is-sinjura għandhiex kartuna safra b’din il-mediċina nkluża però ma nstab xejn. L-aħħar kartuna fuq isem is-sinjura ħarġet fit-23 ta’ Settembru 2010.
Il-pazjenta hija mħeġġa li tmur għand il-konsulent tagħha biex ikun jista’ japplikalha għall-kartuna s-safra kif ukoll għall-permess ta’ din il-mediċina.
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-kumpaniji kollha li jikru vetturi, ambulanzi u kull mezz ieħor ta' trasport fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm għandu vetturi l-gvern f dan il-qasam li huma proprjetà tal-gvern? Jista' jgħid f'liema kundizzjoni jinsabu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) kemm għandna tobba konsulenti li qegħdin fuq Contract A, B jew C fl-Isptar Mater Dei u huma residenti f'Għawdex;
b) min huma u kemm minnhom huma kirurgi bir-responsabbiltà ta' on call fl-Isptar Mater Dei;
ċ) għal dawn hemm xi mezz ta' għajnuna biex jaslu fil-ħin fl-Isptar Mater Dei sabiex jaqdu dmirhom sew lejn il-pazjent, speċjalment f'każ ta' emerġenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fl-isptar Mater Dei hemm konsulent wieħed li hu residenti f’Għawdex u dan qiegħed fuq Contract B. Dan il-konsulent għandu l-kariga ta’ Consultant (Ophthalmology) u joffri s-servizz ta’ oncall ġimgħa sħiħa kull erba’ ġimgħat. Fil-preżent ma hemm ebda arranġament speċjali ta’ trasport għall-ħinijiet normali tax-xogħol. F’każ li jiġi mgħajjat f’każ ta’ emerġenza, hemm il-faċilita’ li juża t-trasport provdut mid-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid fiex kienu jikkonsistu x-xogħlijiet ta' tisbiħ li kienu mwiegħda li jsiru din is-sena fl-Isptar Sir Paul Boffa? X'kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta hu mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fir-rigward tal-għoti ta' hearing aids dawn ma jingħatawx b'settings li jrenduhom aktar personalizzati għall-persuni individwali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-hearing aids jingħataw mid-Dipartiment tal-Awdjoloġija lil dawk il-persuni adulti li għandhom il-karta rosa (means tested).
L
-aids
huma kollha
analogue
u kull pazjent huwa ntitolat għal waħda, anke jekk fil-prattika għandu bżonn tnejn għax dik hija il-
policy
.
L-
aids
jkunu issettjati għal bżonn tal-pazjent skont in-nuqqas tas-smigħ (
pure tone audiogram
).
Hija prattika tad-Dipartiment li jagħti
hearing aids
ta’ wara il-widna (
behind-the-ear hearing aids
).
Biex ikunu personaliżżati, il-
hearing aids
iridu jkunu
digital
. S’issa, d-Dipartiment diġa’ qiegħed jagħti ‘
digital aids’
lit-tfal kollha ta’ taħt is-16-il sena, iżda lill-adulti qed jingħatalhom
analogue
.
Fis-suq jeżistu wkoll
custom made hearing aids
iżda l-użu tagħhom għad irid jiġi studjat għaliex dawn mhumiex adekwati għal kulħadd.
Sptar Mater Dei — nies li jmutu fl-emerġenza - jewelry
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta jmut pazjent li jkun iddaħħal fl-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei u fuqu jkollu xi jewellery, għaliex din tingħata lura lill-familjari biss wara rikors nutarili? Ma jidhirlux li dan idaħħal lill-familjari fi spejjeż li jistgħu jiġu evitati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ħwejjeġ personali ta' nies li jmutu l-isptar jingħataw biss lil dawk l-individwi illi jkunu legalment intitolati għalihom. Li jkun meħtieġ huwa l-aħħar testment tal-mejjet u meta jkun hemm ħafna eredi identifikati ġeneralment dawn jippreżentaw prokura favur individwu wieħed sabiex jiġbor l-affarijiet f'isimhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx mezz li ħaddiem fis-Servizz Pubbliku jingħata prijorità f'kirurġija elettiva sabiex il-ħaddiem ikun jista' jerġa' lura għal dmirijietu mill-aktar fis?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma hemmx mezz li ħaddiem fis-Servizz Pubbliku jingħata priorità f' kirurġija elettiva fuq pazjenti oħra. Il-prijorità hija ibbażata fuq deċizjoni klinika.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 28225, minħabba nuqqas ta' tobba, jista' l-Ministru jgħid jekk ikunx possibbli li pazjent jitwassal fiċ-Ċentru tas-Saħħa biex ikun jista' jiġi eżaminat u kkurat mit-tabib hemmhekk? Jappreza li dan jgħodd b'mod partikolari fejn jgħixu anzjani li ma jsuqux vetturi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa Primarja m’għandux il-faċilità biex il-pazjent jinġieb mid-dar għaċ-ċentru tas-saħħa.
F’każ li t-tabib wara li jkun ikkonsidra il-mertu taċ-ċirkostanzi jiddeċiedi li jattendi, dan imur personalment fid-dar tal-pazjent.
L-anzjani u nies house bound dejjem ingħataw prijorità u kunsiderazzjoni kemm fil-ħin normali u anke fil-ħin ta’ emerġenzi biss.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li mietu fl-isptarijiet tal-gvern u fid-djar tal-anzjani tal-gvern, separatament kull xahar matul l-aħħar 12-il xahar? Minn liema lokalitajiet kienu ġejjin u dawn il-persuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ġew reġistrati bħala li daħlu fl-emerġenza tal-Isptar Mater Dei f'kull xahar matul din is-sena? Jekk tali informazzjoni tinġabar u tinżamm, jista' jagħti breakdown ta' dawn iċ-ċifri skont il-lokalitajiet li minnhom kienu ġejjin dawk li daħlu fl-Isptar Mater Dei? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-sena 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li kienu fuq pilloli li kienu out of stock
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti li huma fuq il-pilloli li kienu out of stock matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2011, jigifieri jekk kien hemm iż-Zocor out of stock matul l-ewwel sitt xhur jgħid kemm kien hemm pazjenti li jieħdu dawn il-pilloli? Jista' jgħid kemm għandhom żmien dawn il-pazjenti li suppost ħadu dawn il-pilloli?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-mediċini li kienu out of stock mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] matul l-ewwel sitt xhur tal-2011 kien kif ġej:
Isem tal-Mediċina
In-Numru ta’ Pazjenti li jibbenifikaw minn din il-mediċina
Perjodu
Out of Stock
Simvastatin 20mg
11,736
08 gimgħat
Formeterol Inhaler
747
14-il gimgħa
Trimetazidine 20mg
1,572
18-il gimgħa
Olanzapine 10mg
180
15-il gimgħa
L-eta’ tal-pazjenti li jibbenefikaw minn dawn il-mediċini tvarja minn 27sena għal 89 sena.