Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq it-tfassil tal-qafas nazzjonali kurrikulari li kellu joħroġ fis-sena 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-draft tal-qafas tal-Kurrikulu ser jiġi mniedi fil-ġimgħat li ġejjin biex jibda l-proċess ta’ konsultazzjoni. Infakkar li x-xogħol fuq dan ir-review beda fl-2008 u kien hemm bżonn ta’ ħidma sostanzjali biex l-eżerċizzju jsir b’mod sodisfaċenti.
Tista' l-Ministru tgħid x'persentaġġ mit-total tat-tfal fil-livell sekondarju li jattendu:
a) fl-iskejjel tal-istat;
b) skejjel tal-knisja; u
ċ) indipendenti
qed ikomplu jistudjaw suġġetti tax-xjenza fl-edukazzjoni sekondarja tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu t-total ta' studenti sekondarji fl-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti li qed jistudjaw lingwi differenti u tagħti l-istatistika speċifika għal kull lingwa differenti li qed jistudjaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-marka medja nazzjonali fis-suġġett tal-Matematika, Ingliż u Malti fl-iskejjel primarji tal-Istat għal kull klassi u x'inhi l-marka medja miksuba mill-istudenti f'kull kulleġġ fl-eżamijiet li saru fis-sena skolastika 2009 - 2010?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu u min huma dawk in-nies li f’dawn l-aħħar tliet snin kienu jirreġistraw taħt l-ewwel parti u ngħataw impjieg full-time mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wara li ġew riferuti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jagħmlu interview mal-istess Awtorità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta` nies li f`dawn l-aħħar tliet snin (2008-2010) kienu qed jirreġistraw taħt l-ewwel parti u li ingħataw impjieg full-time mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu wara li ġew riferuti mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jagħmlu interview mal-istess awtorità kien ta` 9 persuni.
Minħabba li din il-mistoqsija saret fuq mod individwali ma nistgħux ngħaddu l-informazzjoni mitluba għaliex inkunu qed niksru d-drittijiet ta’ privazija ta’ individwi. Għalhekk minħabba l-liġijiet applikabbli għad-divoluzzjoni u pubblikar ta’ nformazzjoni mhux permess li l-Korporazzjoni tagħti din l-informazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex persuni li jiksbu Diploma in Elderly Care permezz tal-istitut tal-MCAST ikollhom jirrepetu t-taħriġ ta' tmenin siegħa li jridu jiġu notifikati (logged) kif ukoll assignments li jkunu diġa' saru permezz tal-kors organizzat mill-MCAST? Jidhrilha l-Ministru li din id-duplikazzjoni fit-tħejjija ta' studenti hi ħalja fir-rigward ta' riżorsi umani u tkompli tiskoraġġixxi persuni li joffru s-servizz tagħhom lill-anzjani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MCAST fit-taħriġ tal-istudenti tad-Diploma in Elderly Care ma jirrepettux is-sigħat ta’ taħriġ. L-Onorevoli Interpellant jista’ jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24920, tista' l-Ministru tagħti din l-informazzjoni dwar stallazzjoni ta' lifts mis-sena 2000 'l hawn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — awtoritajiet, entitajiet u bordijiet
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista tal-awtoritajiet, entitajiet u bordijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tagħha? X’inhu n-numru ta’ persuni, inkluż chairman, li jservu fuq kull bord ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija? Kemm jitħallsu kull chairman u kull membru ta’ kull entità li dwarha qed issir l-ewwel mistoqsija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24676, tista' l-Ministru tgħid u tispjega abbażi ta' liema proċedura u/jew ordni u/jew sejħa kien qed jiġi provdut u għadu jiġi provdut t-trasport għaċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Tista' tgħid min qed jipprovdi s-servizz u kemm ilu jagħmel dan? Tista' tgħid ukoll kemm jitħallas għal dan is-servizz kull sena u kemm tħallas s'issa kull min pprovda dan is-servizz?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il każ ta’ ilmenti l-customer care tal-Aġenzija Appoġġ irċieva matul is-sena l-oħra? Kemm minn dawn l-ilmenti ġew solvuta jew ingħataw soluzzjoni aċċettabbli? Kif wieħed jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz tal-customer care? Kif wieħed ikun żgur li azzjoni dwar l-ilment li jkun għamel qiegħed jittieħed?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena l-oħra, l-APPOĠĠ irceviet żewġ ilmenti ta’ natura sensittiva. Dawn l-ilmenti ġew investigati u l-klijenti ingħataw spjegazzjoni u soluzzjoni li kienet aċċettabbli għalihom. Il-Maniġment ta’ l-Aġenzija APPOĠĠ jingħatalu rapport intensiv dwar l-investigazzjoni li tkun saret sabiex ikun jista’ jassigura li jittieħdu l-passi neċessarji biex tittieħed l-azzjoni meħtieġa skont il-każ.
L-ilment jgħaddi bil-miktub għand uffiċjal mill-Head Office sabiex ikun jista’ jiġi investigat.
Hemm
policy
speċifika li tirrigwardja kif klijent jista’ jagħmel ilment u din tiġi spjegata fid-dettal lil kull klijent li jagħmel użu mis-servizz ta’ l-APPOĠĠ.
Tista' l-Ministru tgħid x'inizjattivi ttieħdu f'din il-leġislatura biex tissaħħaħ il-familja fl-oqsma li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha? Meta bdew jittieħdu dawn l-inizjattivi? X'nefqa jew allokazzjoni finanzjarja kien hemm għal kull inizjattiva?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm jiġi jiswa t-trasport lill-Aġenzija Sapport provdut għaċ-ċentri ta' matul il-jum għal persuni li jagħmlu użu mill-wheelchairs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-trasport lill-Aġenzija Sapport provdut għaċ-ċentri ta' matul il-jum għall-persuni li jagħmlu użu mill-wheelchairs jiswa €226,845 fis-sena.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja — konsum tal-fuel
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien jammonta f'ċifra ta' flus globali i l-konsum tal-fuel matul l-2010 fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtha? Kemm kien jammonta f'litri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta kellu jibda u jitlesta l-proġett ta’ language lab with Contact Centre Facility fl-Istitut tal-MCAST f’Għawdex (ERDF 062) skont (i) il-grant agreement (ii) il-kuntratt oriġinali bejn il-Ministeru tagħha u l-kuntrattur u (iii) il-kuntratt rivedut? Kemm-il darba ġiet riveduta d-data tat-tlestija ta’ dan il-poġett? Għal liema raġunijet ġiet riveduta d-data tat-tlestija? Min approva l-estensjoni/jiet għat-tlestija ta’ dan il-proġett? Se jintilfu flus Ewropej minħabba dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett? Jekk iva, għaliex? Jekk le, x’inhuma r-raġunijiet għaliex mhux se jintilfu? Liema Direttorat fil-Ministeru huwa responsabbli minn dan il-proġett? Meta huwa mistenni li jitlesta l-proġett? X’jonqos isir biex jitlesta? X’inhija l-iskeda tal-pagamenti għal dan il-proġett?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ERDF 062 bl-isem ta’ Language Lab with Contact Training Facility at MCAST Institute of Business Commerce Malta jikkonsisti f’xiri ta’ apparat biex jiġu mgħammra tliet laboratorji, li wieħed minnhom sar fix-Xewkija Għawdex. L-appart kollu nxtara wara li ħarġet sejħa għall-offerti. Il-laboratorju t’Għawdex ibbenefika wkoll minn xogħol strutturali.
Skont il-
grant agreement
, il-proġett kellu jibda f’Jannar tal-2009 u jispiċċa f’Marzu tal-2010. Għal dan il-proġett il-Managing Authority approvat estensjoni ta’ żmien sa Diċembru 2010 minħabba li l-evalwazzjoni tat-tender CT 2366/2009 ħadet aktar żmien milli previst.
Dan il-proġett kien maqsum f’numru ta’
tenders
u
quotation
. It-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra taħt turi meta kellu jibda kull kuntratt, kemm skont il-kuntratt iffirmat kif ukoll skont il-
grant agreement
, kif ukoll meta kellu jispiċċa x-xogħol, kemm skont il-kuntratt iffirmat kif ukoll skont il-
grant agreement
, jekk ġiex rivedut kull kuntratt partikulari, kif ukoll kummenti oħra.
Mhux ser jintilfu flus minħabba d-dewmien fit-tlestija ta’ dan il-proġett għaliex il-Managing Authorityapprovat estensjoni tal-ERDF 062.
Il-proġett huwa konkluż.
Filwaqt li r-responsabiltà sћiћa ta’ kull proġett taqa’ fuq l-entità benefiċarja rispettiva, d-direttorat gћall-implimentazzjoni tal-programmi fi ћdan il-qasam ta’ l-edukazzjoni gћandu r-responsabiltà li jikordina bejn l-applikant/benefiċarju, il-Managing Authority u l-oqsma konċernati (
stakeholders
) matul l-implementazzjoni tal-proġett.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il lift ġie stallat f'binja diġa' okkupata sena b'sena mill-introduzzjoni tal-iskemi rispettivi mill-Awtorità tad-Djar fis-snin disgħin f':
a) binja tal-gvern; u
b) residenzi ta' persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm familji llum li huma fil-waiting list sabiex jirċievu s-Servizz tal-Family Therapy u kemm, ġeneralment, dawn il-familji jistennew biex jingħataw l-ewwel appuntament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sa l-aħħar ta’ Marzu 2011 kien hemm 45 familja jistennew għas-servizz ta’ terapija għall-familja. Il-każijiet li huma urġenti jiġu allokati qabel oħrajn. Ħafna drabi l-Aġenzija tara jekk il-każ jibbenefikax mix-xogħol ta’ professjonisti oħrajn u servizzi oħrajn, li jistgħu jagħtu servizz qabel ma l-każ jidħol għall-
family therapy
. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet ma jkunux jirrikjedu għajnuna terapewtika għall-familja biss, imma ukoll għajnuna psikologika lil individwi fil-familja u anke xogħol ta’
social work
biex l-għajnuna li tingħata tilħaq l-għanijiet meħtieġa u tkun effettiva.
Kemm idumu fuq il-
waiting list
familji jistennew għall-ewwel appuntament jiddependi minn bosta fatturi, fosthom in-natura tal-każ, l-esiġenzi ta’ każijiet oħra u l-
work load
tat-terapisti.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jinbidlu l-kotba kollha miktuba bil-Malti fl-iskejjel, kemm primarji kif ukoll sekondarji? Dan ma jgħoddx biss għall-kotba li jintużaw fil-lezzjonijiet tal-Malti, imma ukoll tar-Reliġjon, Storja, Studju Soċjali eċċ. Peress li s-sens komun jgħid li f'Settembru li ġej, fil-bidu tas-sena skolastika l-ġdida dawn iridu jkunu f'idejn it-tfal tagħna miktubin b'Malti tajjeb għax jekk le, se jkomplu jħawdu l-imħuħ ta' uliedna, speċjalment dawk ta' età ċkejkna u peress li ma tistax tgħallem lit-tfal jiktbu "tal-iskola" meta mbagħad fil-kotba se jibqgħu jaraw "ta' l-iskola" eċċ. u peress li ma nistgħux nibdew nippenalizzaw lit-tfal li ma jiktbux skont l-ortografija l-ġdida meta se nibqgħu ngħallmuhom u nuruhom il-kotba bir-regoli ta' qabel, tista' l-Ministru tgħid x'passi se tieħu meta taf li minn Ġunju 'l hemm il-kotba kollha miktuba bil-Malti li qed jiġu użati issa se jkunu skaduti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat tal-Edukazzjoni qiegħed jagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa biex dawn il-kotba jiġu aġġornati skont ir-regoli l-ġodda.
Malli ġie deċiż li tinbidel l-ortografija, id-Dipartiment tal-Kurrikulu u eLearning beda jaħdem biex jiġu mibdula, b’mod gradwali, l-kotba bil-lingwa Maltija, kemm fl-iskejjel Primarji kif ukoll Sekondarji.
Il-kotba għat-tagħlim tal-lingwa Maltija tal-ħames u tas-sitt sena tal-livell Primarju ġew mibdula u qegħdin jintużaw diġà. Għal dawk tal-ewwel u t-tieni sena ħarġet sottomissjoni fil-Gazzetta tal-Gvern tat-30 ta’ Novembru 2010 u għal dawk tat-tielet u r-raba’ sena ħarġet sottomissjoni fil-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta’ Mejju 2010. Fil-każ tal-kotba tal-ewwel sena Sekondarja huwa ntiż li jiġu mibdula dalwaqt filwaqt li l-kotba l-oħra jiġu mibdula gradwalment. Arranġamenti li saru qegħdin iħarsu lejn l-użu ta’ kotba diġà ppublikati bl-inserzjoni ta’ glossarju.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu implimentati n-Nationali Standards of Out of Home Child Care li ilhom ippubblikati mill-2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-
National Standards for Out of Home Child Care
jiġu implimentati meta tkun saret konsultazzjoni sħiħa mal-
istake holders
fuq il-metodu ta’ kif għandhom jiġu implimentati b’mod sħiħ għal min qiegħed jagħti u min qiegħed jirċievi s-servizz..
Jeħtieġ li nimxu b’mod għaqli u gradwali biex nimplimentaw l-istandards stabbiliti fl-2009. Dan biex ma jinħolqux problemi għal servizzi li qegħdin jingħataw. Darba li tkun ffinalizzata fażi ta’ konsultazzjoni ma l-istakeholders kollha, jitfassal pjan ta’ implimentazzjoni mifrux fuq medda ta’ snin.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm foster carers li mhumiex qraba tat-tfal f'dawn l-aħħar tliet snin? Kemm minnhom waqfu jagħtu dan is-servizz lit-tfal li huma iffosterjaw u x'kienet ir-raġuni li huma waqfu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24392 u għat-twegiba sussegwenti, tista' l-Ministru tgħid kemm se jkun il-Guaranteed National Minimum Pension u jekk il-Guaranteed National Minimum Pension hux se jkun ogħla min-National Minimum Pension? Ma jidhirlux il-Gvern li se tkun qed issir inġustizzja ma' dawk li twieldu qabel l-1962 u li r-riforma tas-sena 2006 saret bl-addoċċ u allura l-liġi għandha tiġi emendata immedjatament biex kulħadd jieħu l-Guaranteed National Minimum Pension?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent qed jiġi finalizzat ix-xogħol neċessarju mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex jiġi stabbilit kemm se tkun ir-rata tal-Pensjoni Minima Garantita li ser titħallas din is-sena lil dawk il-pensjonanti li twieldu fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara, nista nikkonferma li skont l-informazzjoni li hemm disponibbli sa issa, jidher li ser tkun ogħla mir-rata tal-Pensjoni Minima Nazzjonali kurrenti.
Tajjeb li nfakkar li fir-riforma ta’ l-2006 il-parametri tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali inbidel l-aktar għal dawk li twieldu wara l-31 ta’ Diċembru 1961 fejn mhux biss żdiedet l-età tal-pensjoni minn 61 sena għal 65 sena, iżda nbidel ukoll l-ammont ta’ snin ta’ kontribuzzjonijiet li fuqhom tkun ibbazata l-pensjoni kif ukoll l-mod li bih jiġi stabbilit id-dħul pensjonabbli. Kien għalhekk maħsub fir-riforma li minħabba dawn il-bidliet għal din il-kategorija fejn ser ikollhom jirtiraw wara u ser ikollhom iħallsu aktar snin kontribuzzjonijiet li jkollhom pensjoni minima garantita fuq livell ogħla minn dik prezenti.
Tajjeb ukoll jingħad li r-riforma ta’ l-2006 saret wara studji li saru minn diversi esperti (inkluz esperti tal-Bank Dinji) kif ukoll wara diversi xhur ta’ konsultazzjonijiet ma’ l-istakeholders kollha involuti. Għalhekk żgur ma jistax jingħad li r-riforma saret bl-addoċċ.
Wieħed ukoll irid jieħu nkonsiderazzjoni l-fatt li bl-istess riforma tal-2006 saret emenda fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali li tizgura li d-diskussjoni dwar il-Pensjonijiet tibqa’ fuq l-aġenda tal-pajjiż peress li kull ħames snin jrid isir rapport strateġiku dwar is-sistema tal-pensjonijiet li jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Infatti fl-14 ta’ Diċembru li għadda dan ir-rapport tpoġġa fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra u bħalissa għaddej proċess ta’ konsultazzjoni pubblika.
Dan ir-rapport fost ħwejjeġ oħra jikkonferma li r-riforma tal-2006 ħalliet impatt posittiv fir-rigward tas-sistema pensjonistika Maltija u li l-miżuri meħuda b’dik ir-riforma tejbu l-projections li qed isir għal futur tas-sistema tal-pensjonijiet Maltija. Dan jixhed l-inpenn u s-serjetà ta’ dan il-gvern fir-rigward tal-iskema pensjonistika ta’ pajjiżna għal pensjonanti ta’ issa u tal-futur.