Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #16633 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Inkjesti Maġisterjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid: a) kemm infetħu inkjesti maġisterjali f'dawn l-aħħar ħames snin separatament f'Malta u Għawdex; b) kemm ingħalqu inkjesti maġisterjali f'dawn l-aħħar ħames snin f'Malta u Għawdex separatament; ċ) kemm inkjesti għadhom pendenti f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella t'hawn taħt:-
Leg 11 PQ #16846 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

passi kriminali kontra persuni li użaw ħażin social networking sites

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm ittieħdu passi kriminali fil-Qorti tal-Magistrati mill-Pulizija wara rapporti minn persuni li allegaw użu ħażin ta' social networking sites fuq l-internet xahar b'xahar fl-aħħar 12-il xahar? X'kien is-social networking site f'kull każ? Kemm kienet l-età medja ta' min għamel ir-rapport?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Mejju tas-sena l-oħra u t-30 ta’ April ta’ din is-sena il-Pulizija inizjalat 58 investigazzjoni dwar użu ħażin ta’ social networking sites fuq l-internet. Dawn l-investigazzjonijiet għadhom mhux konklużi, għajr għal każ wieħed fejn inbdew proċeduri quddiem il-Qorti dwar insulti u theddid fuq HI5 u żewġ każi oħra, ukoll ta’ insulti u theddid fuq Facebook, fejn ir-rapport ġie rtirat mill-persuna li għamlet ir-rapport. L-età medja ta’ dawk li għamlu r-rapporti kienet ta’ 27 sena.
Leg 11 PQ #16911 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Budget għall-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-budget għall-Korp tal-Pulizija, sena b'sena f'dawn l-aħħar 10 snin? Kemm fil-fatt intnefqu flus fl-istess perjodu sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-budget għall-Korp tal-Pulizija għal dawn l-aħħar 10 snin u n-nefqa ta' flus għall-istess perjodu kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Sena Budget Nefqa 2009 Eur 44,336,000 Eur 45,234,101 2008 Eur 40,088,000 Eur 43,955,494 2007 Lm 16,710,000 Lm 17,300,738 2006 Lm 16,717,000 Lm 16,979,037 2005 Lm 16,897,000 Lm 16,478,612 2004 Lm 16,467,000 Lm 16,893,544 2003 Lm 15,809,000 Lm 16,248,469 2002 Lm 15,599,000 Lm 11,121,921 2001 Lm 15,807,000 Lm 15,084,228 2000 Lm 13,428,000 Lm 13,125,799
Leg 11 PQ #16914 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Akkademja tal-Pulizija f'Sant Iermu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx f'dawn l-aħħar ħames snin kien hemm xi perit tal-Gvern li ċċertifika bħala tajjeb jew ħażin l-istat li tinsab fiħ l-Akkademja tal-Pulizija f'Sant Iermu? Meta l-aħħar li sar eżerċizzju bħal dan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi m’hemm ebda proċedura stabbilita illi xi bini irid ikun ċertifikat tajjeb jew ħażin minn żmien għal żmien, iżda l-perit jissejjaħ fejn ikun hemm il-ħtieġa. Hekk ukoll isir fil-każ tal-Akkedmja tal-Pulizija f’Sant’Iermu. Infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm sitt darbiet fejn intalbet l-assistenza ta’ perit minħabba xi ħsarat fl-Akkademja u ttieħdu il-miżuri kollha meħtieġa skont ma kien il-każ.
Leg 11 PQ #16916 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni nvestigati mill-Pulizija fuq abbużi sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet investigata mill-Pulizija matul is-snin 2001 sal-2009 fuq abbużi sesswali? Kemm minn dawk investigati ġew imressqa l-Qorti? Kemm minn dawk tressqu fuq defilment? Kemm minn dawk tressqu fuq stupru? Kemm mill-vittmi kienu abbużati minn persuni ta' l-istess familja jew spouse/partner ta' xi ġenitur? Ta' liema sess kienu l-vittmi u x'kienet l-eta' tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għas-sena 2009 hija s-segwenti:- Tip ta' Abbuż Total DEFILEMENT OF MINORS 46 INDECENT EXPOSURE 10 RAPE 10 VIOLENT INDECENT ASSAULT 12 Total 78
Leg 11 PQ #16920 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sentenzi relatati ma' abbuż sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi s-sena l-oħra (2009) fejn il-Qorti sabet ħtija u tat sentenza relatati ma' abbuż sesswali li twettaq fuq minorenni? Kif kienu mqassma dawn xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-tabella t'hawn taħt:- Jan Frar Mar Apr Mejju Gunju Lulju Awissu Sett Ott Nov Dic Nil 2 Nil 3 3 Nil 4 Nil 3 4 Nil 1
Leg 11 PQ #16923 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Lockers għall-pulizija kollha

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru lockers ta' daqs raġjonevoli u uniformi għall-pulizija kollha? Jaf l-Ministru, li partikolarment fid-distretti jeżistu ammonti żgħar ta' lockers u dawn ta' daqsijiet varji?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Għasses tal-Pulizija ġeneralment huma attrezzati b’lockers fejn il-membri tal-Korp jistgħu jżommu xi affarijiet personali tagħhom. Madankollu skont il-policy tal-Korp, il-membri huma obligati li ma jħallux l-uniformi fl-Ghassa fejn huma stazzjonati, imma jridu jilbsuha waqt li jkunu sejrin jew ġejjin mill-post tax-xogħol, ovvjament ħlief dawk li jaqdu d-doveri tagħhom mingħajr uniformi.
Leg 11 PQ #16925 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Cyber Crime Unit tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija preżentement stazzjonali fic-Cyber Crime Unit tal-Pulizija? Kemm-il persuna tressqet il-Qorti abbużata b'reati konnessi ma' Cyber Crime fis-sena 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fis-Cyber Crime Unit tal-Pulizija preżentement hemm stazzjonati 5 membri. Infurmat ukoll illi matul is-sena l-oħra kien hemm 76 darba fejn il-pulizija tas-Cyber Crime Unit ġew mitluba jagħtu assistenza fir-rigward ta’ użu ħażin ta’ kompjuters. Fi 3 każi minn dawn inbdew proċeduri quddiem il-Qorti; 12-il każ irrizulta li kienu ħsara teknika u mhux reat kriminali; 58 każ għadhom qegħdin jiġu investigati. Dawn fil-maġġoranza qegħdin jistennew informazzjoni mitluba minn provdituri ta' servizzi kemm Maltin kif ukoll barranin. It-3 kazi l-oħra irriżultaw li ma kienux ta’ natura Kriminali.
Leg 11 PQ #17032 Sitting 218 2010-05-10 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Rikorsi għall-eżenzjoni minn ġurati residenti f'Għawdex

Question

Peress li qed jinqala' inkonvenjent sabiex jiġu preżentati rikorsi għall-eżenzjoni minn ġurati ta' persuni residenti f'Għawdex għaliex dawn ir-rikorsi jridu jiġi preżentati Malta bilfors, jista' l-Ministru jara li jsir xi arranġament li permezz tiegħu dawn it-tip ta' rikorsi jkunu jistgħu jiġu preżentati l-Qorti Għawdex biex nevitaw dan l-inkonvenjent kollu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Fil-present, a tenur tal-artikolu 4 (2) tal-Avviż Legali 138 tal-2004, ir-Registru tal-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali Għawdex huwa kompetenti biss sabiex jirievi atti ġudizzjari u dokumenti oħra relatati ma’ proċeduri illi jinstemgħu fi Qrati illi għandhom is-sede tagħhom f’Ghawdex. Atti li għandhom jiġu ppresentati fi Qrati li għandhom sede Malta, fosthom il-Qorti Kriminali, għandhom jiġu ppresentati biss fir-Reġistru tal-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali ta’ Malta. Madanakollu, qiegħdin jiġu diskussi possibbiltajiet amministrattivi bil-għan illi tinstab soluzzjonni fejn atti jistgħu ikunu ppresentati f’Għawdex u eventwalment trasmessi Malta u, la darba dawna jiġu solvuti, tinbidel l-Avviż Legali fuq imsemmija sabiex tirrifletti l-arranġamenti fuq imsemmija.
Leg 11 PQ #16249 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ċentru tal-Arbitraġġ — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew riferuti każijiet quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fis-sena 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ ġew riferuti 411 każ fl-2009 u 99 każ minn Jannar 2010 sa Marzu 2010.
Leg 11 PQ #16250 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ċentru tal-Arbitraġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet riferuti quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fis-snin 2009 u 2010 kienu arbitraġġi mandatarji? Kemm kienu volontarji?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-411 każ li ġew riferuti quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fl-2009 kien hemm 373 arbitraġġi mandatarji u 38 volontarji filwaqt li mid-99 każ li ġie riferut fl-2010 kien hemm 91 każ mandatarju u 8 volontarju .
Leg 11 PQ #16251 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ċentru tal-Arbitraġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa lill-gvern l-operat taċ-Ċentru tal-Arbitraġġ fis-snin 2009 u 2010?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-2009 u fl-2010 sal-aħħar ta' Marzu, l-operat taċ-Ċentru tal-Arbitraġġ sewa lill-Gvern €69,811.20 u €17,500 rispettivament.
Leg 11 PQ #16252 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Prim Awla tal-Qorti Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux beħsiebu jirrevedi l-arbitraġġ sfurzat wara li diġà ngħataw tlett sentenzi mill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li ddikjaraw li dan it-tip ta' arbitraġġ huwa anti-kostituzzjonali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm Abbozz ta' Liġi fil-Parlament biex jindirizza din il-problema.
Leg 11 PQ #16496 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Restrizzjonijiet dwar opramorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Artiklu 118 (1) tal-Kap 10 tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija japplikax għall-opramorta li trid titpoġġa fuq tarf ta' galleriji, bjut, baċiri u kull post ieħor minn fejn wieħed jista' jaqa' għoli b'aktar minn żewġ metri? Jista' jgħid jekk din l-opramorta għandhiex tkun ta' natura permanenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li, peress li din il-mistoqsija titlob parir legali, ma hiex konformi mal-istanding orders.
Leg 11 PQ #16542 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — Ħaddiema mal-Private Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impjegati u/jew seconded mal-Private Staff tal-Ministru u segretarju parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-grad li għandhom u jekk humiex impjegati taċ-Ċivil? F'każ ta' persuni seconded mal-Ministeru minn fejn huma seconded jew on loan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' impjegati fis-Segretarjat Privat tal-Ministeru huwa ta' 14. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #16617 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni mressqin fuq abbużi sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti akkużati b'abbużi sesswali fuq minoreni matul dawn l-aħħar għaxar snin? Jista' jgħid ukoll kemm huma l-każijiet deċiżi mill-qorti tagħna?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dawn l-aħħar għaxar snin kien hemm 281 persuna li tressqu l-Qorti fuq akkużi b'reat ta' korruzzjoni ta' minorenni li minnhom kien hemm 140 persuna li nstabu ħatja.
Leg 11 PQ #16676 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Sentenzi ta' priġunerija fuq stupru

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15969, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-sentenzi ta' priġunerija mogħtija f'kull każ lil min ikkommetta stupru fis-snin 2005 sal-2009, sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Sentenza ta’ priġunerija 1 - 6 xhur 1 - 13-il xahar 1 - 18-il xahar 1 - 18-il xahar 1 - 10 snin 1 - 4 snin Sentenza ta’ priġunerija u multa 1 - 20 xahar priġunerija u multa ta’ €2208 Inġibditli l-attenzzjoni li fit-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15969, kien hemm każ wieħed fejn ingħatat priġunerija u multa, u mhux tnejn kif ġie indikat.
Leg 11 PQ #16703 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — sportivi u atleti ta' kalibru

Question

Tenut kont li fil-pajjiżi Ewropej hemm rabta intima u tradizzjoni kbira bejn il-membri tal-Korp tal-Puliżija u l-isportivi/atleti ta' kalibru tant li, per eżempju, fl-Italja hemm skemi biex atleti jiġu arrolati fil-forzi tal-pulizija a benefiċċju tal-atleti nfushom li jkollhom element ta' security of tenure u l-istat innifsu (national pride, tkattir ta' kuxjenza sportiva eċċ.), jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li jipparteċipaw fl-iktar avvenimenti sportivi importanti (logħob olimpiku, logħob tal-pajjiżi ż-żgħar, kompetizzjonijiet tat-tim nazzjonali eċċ.) u xi skemi hemm biex din ir-rabta li hi intima f pajjiżi Ewropej oħra, tkun effettiva u b'saħħitha anke f Malta għal ġid tal-pajjiż?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija huma ntitolati leave speċjali bi ħlas kif stipulat fil-Public Service Management Code. Infurmat ukoll li matul is-sena l-oħra kien hemm 42 membru tal-Korp li bbenefikaw minn din l-iskema sabiex attendew għal 27th World Soccer Tournament f’Elberger, l-Olanda u membru ieħor li ukoll ibbenefika minn din l-iskema sabiex ipparteċipa f’Tournament tad-Darts ġewwa Ċipru.
Leg 11 PQ #16822 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Qrati — sigurtà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni addatti għas-sigurtà fil-qrati? Kemm hija l-ispiża kumplessiva għas-security fl-edifiċju tal-Qorti? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dawn jiżdiedu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni addatti għas-sigurtà fil-Qrati tal-Ġustizzja huwa 10; 3 full-timers impjegati tal-Gvern u 7 part-timers impjegati ma' kuntrattur privat. Infurmat ukoll illi l-ispiża għas-sena 2009 kienet ta' €106,835.42. Inżid ngħid illi huwa maħsub li fi ftit żmien ieħor ser tiġi impjegata persuna oħra full-time.
Leg 11 PQ #16823 Sitting 215 2010-05-05 Oral · Final From: FRANCO DEBONO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni mressqin l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti akkużati b'reati: a) feriti gravi; b) serq; ċ) frodi; d) traffikar tad-droga mis-sena 2006 'l hawn sena b'sena? Jista' jgħid sena b'sena, reat b'reat, limitatament għar-reati surriferiti, kemm persuni ġew mressqa b'arrest u kemm ġew mressqa biċ-ċitazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-persuni mressqa l-Qorti fuq akkużi kriminali ta’ feriti gravi, serq, frodi u traffikar ta’ droga mis-sena 2006 'l hawn kien kif ġej: 2006 2007 2008 2009 2010* a) feriti gravi 216 229 256 127 80 b) serq 815 638 821 651 210 c) frodi 375 731 309 360 49 d) traffikar tad-droga 134 124 167 70 53 * sa 30 ta'April, 2010 Infurmat ukoll illi it-tagħrif dwar kemm minn dawn tressqu b’arrest jew b’ċitazzjoni, mhux disponibbli taħt forma kompjuterizzata.