2021 — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’seba’ snin matul is-sena 2021?
2022 — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’seba’ snin matul is-sena 2022?
2023 — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’seba’ snin matul is-sena 2023?
2024 — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’seba’ snin matul is-sena 2024?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25026, jista’ l-Ministru jgħid in-natura komplessiva tax-xogħol li qiegħed isir fil-Pjazza Ċentrali tal-Birgu u kemm huwa previst li se jintefaq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-pjazza tal-Birgu bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ tqegħid tal-pavimentar u l-installazjonijiet tad-dwal. Ix-xogħlijiet kollha fil-pjazza huma stmati li jammontaw għal madwar €2 miljuni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru fi Triq l-Annunzjata, f’Ħal Tarxien u kemm ser idumu għaddejjin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq l-Annunzjata hija waħda minn fost diversi toroq fejn qiegħed isir xogħol tal-Enemalta. Ix-xogħol f’din it-triq jinsab fl-aħħar stadji. Xogħol relatat ma’ trinek u cable huwa lest. Bħalissa għaddej xogħol ta’ rimedju fuq il-bankini li ġew affetwati bit-trinek. Sa nofs Marzu għandu jitlesta x-xogħol bl-asfalt b’kollox f’din it-triq.
Il-Fgura — Vjal Kottoner - Xogħol ta’ rikostruzzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25317 dwar ir-rikostruzzjoni ta’ Vjal Kottoner, fil-Fgura, jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta (xahar u sena) ser jibdew u jitlestew ix-xogħlijet?
Jista’ l-Ministru jgħid kif jistgħu jiġu stabbiliti ‘swimming zones’ ġodda, biex fihom tingħata protezzjoni lill-għawwiema? Jista’ jgħid ukoll xi proċedura trid tintuża biex tiġi proposta area ġdida għal skop ta’ użu esklussiv għall-għawwiema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa biżżejjed li ssir talba indirizzata lid-dipartiment li jimmaniġġja ż-żoni tal-għawm. Dan id-dipartiment imbagħad jikkonsulta mad-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting sabiex jiddetermina jekk tali talba tistax tiġi aċċettata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kollaborazzjoni jkun hemm bejn il-Ministeru responsabbli mis-settur marittimu u l-Ministeru responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali, meta jkunu ser jiġu stabbiliti areas li fihom jistgħu jinżlu fil-baħar l-annimali, inkluż il-klieb?
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sinjali tan-No Parking mill-05:00 ta' filgħodu sas-13:00 ta' waranofsinhar fil-ġranet tal-monti fi Triq Tumas Fenech f'Birkirkara sarux b'konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali u/jew mar-residenti tat-triq imsemmija? Jekk iva, jista’ jipprovdi dokumentazzjoni li tikkonferma dan? Jista’ jgħid ukoll għaliex ir-residenti huma mistennija jneħħu l-karozzi minn quddiem id-dar tagħhom fil-05:00 ta' filgħodu u jekk dan huwiex f'konformità ma' lokalitajiet oħrajn u jekk tali tabelli humiex skont il-liġi?
Jista' l-Ministru jagħti break down tal-ispiża ta' €10 miljuni li tħabbret għall-pjazza ta' Buġibba, inkluż it-tender li bih ingħata x-xogħol u jispeċifika wkoll jekk hemmx xogħlijiet b'direct order u/jew quotations?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett li tħabbar għall-Pjazza ta’ Buġibba, ikopri wkoll partijiet sostanzjali minn Triq Sant’Antnin, parti minn Triq il-Pijunieri u Dawret il-Gżejjer.
Il-proġett għandu tlett miri:
1. li jipprovdi servizzi ġodda ta’ drenaġġ, elettriku, telekomunikazzjoni, ilma tax-xorb, kif ukoll il-ġbir u l-ħażna tal-ilmijiet tax-xita.
2. it-tisbieħ tal-pjazza, b’materjali diversi u durabbli għas-sit imsemmi, kif ukoll l-għamara għat-tgawdija tal-pubbliku li jagħmel użu mill-pjazza.
3. li fi proġett bħal dan, ħsibna għal manutenzjoni tal-infrastruttura biex jassikura investiment.
Għaldaqstant, kif tindika l-offerta tas-sejħa pubblika, ix-xogħol elenkat jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ u l-għamara eżistenti, l-immaniġġjar tas-sit u traffiku kemm pedonali kif ukoll ta’ vetturi waqt ix-xogħlijiet, xogħol ta’ skavar, il-provvista ta’ infrastruttura għal servizzi ġodda, strutturi kemm mirduma kif ukoll dawk ‘l fuq mill-art tal-pjazza, materjali tal-wiċċ tal-pjazza inkluż xi għamara, tħaddir u manutenzjoni għal 5 snin.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24550 u jgħid meta ser jitkomplew ix-xogħlijiet fi Triq Bella Vista, f’San Ġwann fid-dawl li għalkemm saru xi xogħlijiet, partijiet minn din it-triq għadhom ma sarux?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi x-xogħlijiet fi Triq Bella Vista f’San Ġwann ġew temporanjament imwaqqfa peress li din it-triq qed tintuża bħala devjazzjoni prinċipali, kemm minħabba l-proġett tal-Msida, kif ukoll minħabba proġett ieħor li ser jibda ġewwa San Ġwann stess. Għaldaqstant huwa għaqli li ma jsirux ix-xogħlijiet bħalissa, minħabba l-influss ta’ karozzi li qed jużaw din id-devjazzjoni bħala triq alternattiva. Barra minn hekk, Infrastructure Malta ngħatat l-inkarigu li twettaq xogħlijiet temporanji ta’ tiswija ta’ ħofor u tiswijiet fuq tappieri eżistenti, fil-parti tan-nofs ta’ din it-triq. Dan qed isir wara talba għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali, peress li t-triq taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-istess Kunsill. Madankollu, ninsab infurmat li xogħlijiet ta’ tiswija temporanji diġà twettqu fil-jiem li għaddew.
Is-Siġġiewi – Triq it-Tabib Nikola Zammit – Bus Shelter
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jiġi installat bus shelter fil-waqfa bl-isem ‘Monument’ li tinsab fi Triq it-Tabib Nikola Zammit fis Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ix-xufiera tal-Malta Public Transport iħallu l-magni tax-xarabank mixgħula meta jkunu weqfin fil-pjazza tas-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull karozza tal-linja hija mgħammra b’sistema li l-magni jintfew awtomatikament jekk il-vettura tkun ilha wieqfa għal aktar minn erba’ minuti.
Qabel ma l-karozza tal-linja terġa’ tibda t-traġitt tagħha, il-magna tiġi mixgħula sabiex is-sistemi essenzjali tal-vettura jkunu attivati u operattivi.
Jista’ l-Ministru jara li x-xufiera tax-xarabank tal-Malta Public Transport jitfu l-magni meta jkunu pparkjati jistennew lill-passiġġiera fil-pjazza tas-Siġġiewi?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23859, ninfurmah illi Transport Malta qed taħdem fuq pjan biex tirrevedi r-Rotta 62, sabiex tiġi mibdula b’mod li jelimina l-ħtieġa li l-karozzi tal-linja jibqgħu jistennew ġewwa l-pjazza tas-Siġġiewi.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22678 u jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta u Transport Malta jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi.
Infrastructure Malta
Chairperson
Raymond Farrugia
CEO
Steve Ellul
Transport Malta
Chairperson
Michael Callus
CEO
Kurt Farrugia
In-Nadur/ix-Xewkija — Triq Ta' Xħajma - Miżuri biex jitneħħa l-periklu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri permanenti ntalbu minn Transport Malta biex jitneħħa l-periklu serju meta vetturi jidħlu u joħorġu mill-Park and Ride għal Triq Ta' Xħajma fil-limiti tan-Nadur/Xewkija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport ħarġet pjan temporanju għall-immaniġġjar tat-traffiku fiż-żona msemmija.
Ħal Tarxien — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Ħal Tarxien jinkludu Tal-Barrani, Triq San Anard, Triq Montebello, Triq Francesco Crispo, Triq Birżebbuġa, Triq Xintill, Triq il-Knisja, Triq Simmons, Triq Ganni Fawre, Triq Anglu Mangion, Triq Karlu Maratta, Triq il-Kavallaerija, Misraħ Bulebel, Triq Wenzu Despott, Triq il-Kurunell Mas, Triq iż-Żejtun, Triq Santa Marija, Triq is-Sorijiet, Triq Paola, Triq Marjanu Gerada, parti minn Triq Birbixkilla, Sqaq Xintill, Triq l-Isqajjaq, Triq it-Tabib Jimmy Farrugia, parti minn Triq iċ-Ċimiterju, Triq Santu Wistin, Triq Lamputa, Triq it-Tarzna, Triq Manuel Buhagiar, Triq Sant’Antnin, u Triq Sant’Anna, saru b’investiment ta’ aktar minn €6 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.
Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Ix-Xgħajra — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tax-Xgħajra u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fix-Xagħajra jinkludu Sqaq Arkati, Sqaq Alessi, Triq Sant Elika. Parti minn Triq il-Knisja, Triq l-Iskola, Triq l-Ispnott, Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Triq Ħaż-Żabbar, Triq Lapsi, Triq il-Mulett, Triq it-Tumbrell, Triq Karmelo Ritchie, Triq l-Awrat, u Triq ix-Xgħajra, saru b’investiment ta’ aktar minn €1.7 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.
Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Ħaż-Żabbar — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Ħaż-Zabbar u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Ħaż-Żabbar jinkludu Triq Kaħwiela, Triq il-Kunvent, Triq San Franġisk, Triq Wied il-Għajn, Sqaq fi Triq San Ġużepp, Triq E Attard Bezzina, parti minn Triq is-Serer, Triq Sant’Antnin, Triq bla isem fi Triq San Anard, Triq il-Fikus, Triq Salvu Darmanin, Triq il-Ġiżimina, Triq il-Qaqoċċ, Triq il-Fileġ, Triq Renato Agius Muscar, Triq Żabrella, Triq il-Madaffa, Sqaq San Franġisk, Triq Corrado, Triq il-Werżieq, Triq iż-Żarżarella, Triq id-Dliela, Triq il-Baħrija, Triq bla isem fi Triq Villabate, Triq is-Santwarju, Triq in-Nissieġ, Triq Spadaro, Triq Stickland, Triq A. Caligari, Triq il-Labour, parti minn Triq Bormla, iż-żona Tal-Mazza, Triq il-Bajjada, Triq id-Dejma, parti minn Triq ir-Ridott, Triq Bieb is-Sultan, Triq l-Iskola, Triq il-Karmnu, Triq Felice, Triq Alessio Erardi, Triq il-Kapuċċini, Triq San Duminka, Triq il-Kbira, Triq Ġanni Bonavia, Triq Ħadd in-Nies, Triq in-Newl, Triq ix-Xgħajra, Triq Wied il-Għajn, Triq ir-Rand, Triq Francis X Attard, Triq in-Naħla, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq il-Kunsill tal-Ewropa. U Sqaq Alessi, saru b’investiment ta’ aktar minn €17 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa.
Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.