Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27445 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid kemm kien hemm persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ngħataw is-Severe Disability Grant minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni li jbatu mill-Fibromyalgia — Severe Disability Grant

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27446 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid kemm kien hemm talbiet għas-Severe Disability Grant minn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia li ġew irrifjutati minn Awwissu 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Qormi u Birkirkara — Ċentri tas-Saħħa - Diskrepanza fl-ispiża fuq xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27246 u jgħid x’sar wara li tlestiet l-investigazzjoni marbuta mad-diskrepanza ta’ miljuni fl-ispiża fuq rinnovazzjoni taċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi u ta’ Birkirkara?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa jinsabu għaddejjin proċeduri ta' dixxiplina relatati ma' dan il-proġett. Għaldaqstant, kull informazzjoni f'dan l-istadju tista' tippreġudika l-proċess.

Birkirkara u Ħal Qormi — Ċentri tas-Saħħa - Direct orders għax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27247 u jagħti l-lista tad-direct orders (valur u l-kumpaniji li lilhom ingħataw) li nħarġu biex saret ir-rinnovazzjoni taċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Birkirkara u ta’ Ħal Qormi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27789.

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Kwotazzjoni minn Kuntrattur għal xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27248 u jikkonferma li kuntrattur bagħat kwotazzjoni għax-xogħol li kien ser isir fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi ħames xhur qabel ma ħarġet is-sejħa għall-kompetituri l-oħrajn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27789.

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Project Manager għax-xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27249 u jgħid jekk kienx hemm project manager fuq il-proġett tax-xogħlijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27789.

Birkirkara — Ċentru tas-Saħħa - Project Manager għax-xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27250 u jgħid jekk kienx hemm project manager fuq il-proġett tax-xogħlijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27789.

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - Xogħlijiet strutturali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27240 u 27492 u jagħti lista tax-xogħlijiet strutturali li saru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi bejn l-2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll meta saru dawn ix-xogħlijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27789.

San Pawl il-Baħar — Servizz tal-ambulanza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie mitlub is-servizz tal-ambulanza fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha inkluż żoni bħal Buġibba, Burmarrad, Qawra, Xemxija) matul is-sena 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li matul l-2024, kien hemm 3,038 talba għas-servizz tal-ambulanza fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.

Paola Hub — Telqa ta’ affarijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-bżonn li jinbidlu jew jitranġaw xi affarijiet eżistenti fil-Paola Hub għax intelqu jew ma ġewx utilizzati u allura saritilhom il-ħsara, biex ikun jista’ jiftaħ partijiet mill-Paola Hub sa Ġunju li ġej?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li t-tweġiba hi fin-negattiv.

Paola Hub — Xita - Ħsara fl-entratura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar xita li għamlet kienx hemm partijiet mill-entratura ta’ Paola Hub li għerqu taħt l-ilma?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li instab li kien hemm leaks ta` l-ilma mill-planters ta` barra li beda dieħel għal ġewwa r-reception. Dawn il-leaks ġew irranġati.

Paola Hub — Żewġ swali tal-operazzjonijiet li jridu jerġgħu jsiru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Paola Hub hemmx żewġ swali tal-operazzjonijiet li jridu jerġgħu jinqalgħu għax ma sarux “according to the required standards”?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ż-żewġ swali ta operazzjonijiet li hemm fil-Paola Hub, ġew installati skond l-istandards u x-xogħol li fadal huwa parti miċ-ċertifikazzjoni li qegħdin jiġu magħluqa biex il-binja tista’ tinfetaħ.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ċentri tas-Saħħa — Pannelli solari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Ċentri tas-Saħħa li għandhom pannelli solari fuqhom u jekk iva, liema huma dawn iċ-Ċentri tas-Saħħa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li għalkemm fil-mument mhemmx Ċentri tas-Saħħa li għandhom panelli solari, din il-possibilità qed tiġi kkunsidrata.