Legislature:
Category:
Reset
Active:

studji dwar speċi valenużi f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux studji fuq speċi li jgħixu f'Malta li huma valenużi u li jistgħu jqiegħdu l-ħajja ta' bniedem fil-periklu? Jekk jeżistu dawn l-istudji, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex pubbliċi jew le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat responsabbli mill-MEPA.

studji fuq ħxejjex, fjuri, pjanti jew faqqiegħ valenużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux studji fuq ħxejjex, fjuri, pjanti jew faqqiegħ li huma valenużi u li jistgħu jipperikolaw il-ħajja taċ-ċittadini b'xi mod? Jekk jeżistu dawn l-istudji, jista' jgħid jekk humiex pubbliċi jew le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija 24873.

studji fuq ħut u speċi tal-baħar valenużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux studji fuq ħut jew speċi tal-baħar li huma valenużi jew li jistgħu jipperikolaw il-ħajja taċ-ċittadini b'xi mod? Jekk jeżistu dawn l-istudji, jista' jgħid jekk humiex pubbliċi jew le?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija 24873.

moniteraġġ fuq drenaġġ uman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jsirx moniteraġġ fuq drenaġġ uman, fis-sens ta' kemm minn dan id-drenaġġ qed jispiċċa l-baħar, kemm qed jispiċċa proċessat u kemm minn dan l-stess drenaġġ qed jiskula għal taħt l-art tat-triq li jkun għaddej minnha? Jista' l-Ministru jgħid meta sar dan l-istudju, għal liema parti ta' Malta sar u kull kemm bħala perjodu jsiru testijiet biex jaraw li s-sistema tad-drenaġġ uman tkun mingħajr ebda leakage?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

fosos bil-permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad hawn fosos bil-permess? Kemm-il spezzjoni ssir biex jiġi assigurat li dawn il-fosos mhux qed jiskulaw u b'hekk il-likwidu tagħhom jinżel u jitħallat mal-ilma tal-pjan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija 24876.

MRA — tibdil tal-klima

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li qed jaħdmu direttament fuq kwestjonijiet marbutin mat-tibdil tal-klima? Jista' jagħti lista – mingħajr ismijiet – tal-karigi u job descriptions li għandhom? Kemm jonqos li jingħaqdu ħaddiema ma' dan id-dipartiment u/jew direttorat sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-ħidmiet kollha mistennija minn din it-taqsima ġdida fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li mal-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Rizorsi fis-Sezzjoni fejn jaħdmu direttament fuq kwestjonijiet marbutin mat-tibdil tal-klima hemm sitt (6) ħaddiema. Il-Karigi u n-mumru f’kull grad huma kif ġej: Chief Officer, Climate Change and Policy 1 Senior Environment Protection Officer 1 (grad tal-MEPA ) Senior Analyst (Scientist) 4 Executive Officer 1 Reduced hours Sabiex jistgħu jintlaħqu l-ħidmiet kollha mistennija minn din it-taqsima għal din is-sena huwa ppjanat li jkunu mimlija il-karigi ta’ Administrator u żewġ Analysts liema karigi huma approvati. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-“job descriptions” mitluba.

Studju tal-working group dwar karozzi li jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kellu jitlesta oriġinarjament l-istudju tal-working group dwar il-karozzi li jaħdmu bl-elettriku? Meta effettivament hu mistenni li jitlesta u jiġi ppubblikat? Indipendentement mill-membri tal-working group, minħabba li dan jirrigwarda ukoll il-qasam tat-trasport li jaqa' taħt Ministeru ieħor, jista' jgħid x'qed isir biex jiġi evitat l-overlap u d-duplikazzjoni ta' xogħol fuq livell governattiv?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-istrateġija nazzjonali li tirrigwarda l-vetturi elettriċi hija konkluża u għalhekk fil-jiem li gejjin din se tigi ppubblikata. Dan il-Kumitat partikolari twaqqaf propju bi skop li jkun hemm rappreżentanza tal-Ministeri rispettivi sabiex tinħoloq Strategija Inter-Ministerjali li twassal biex ikun hemm dejjem aktar azzjoni konsistenti, aktar kollaborattiva u iffukata fuq livell governattiv.

Swieq tal-bdiewa — kundizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-kundizzjonijiet li min jarma fuq is-swieq tal-bdiewa jrid jsegwi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 23946.

Swieq tal-bdiewa — spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet, u jekk saru kemm saru, u x'kien ir-riżultat minn dawn l-ispezzjonijiet dwar is-swieq tal-bdiewa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-twġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 24230 u 25823, nerġa’ intenni li biex dawn l-ispezzjonijiet ikunu effettivi isiru b’mod sporadiku u ma jkunx ta’ ġid għall-effettività tagħhom li jkunu ippubblikati dettalji ta’ kemm, kif jew meta dawn saru.

Swieq tal-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru tal-bdiewa li qed jipparteċipaw fis-swieq tal-bdiewa u minn liema parti ta' Malta ġejjin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li Bdiewa reġistrati hemm 43 liema bdiewa ġejjin minn lokalitajiet imxerrda ma’ Malta kollha. Tajjeb li nżid li l-attendenza tagħhom f’dan is-suq tiddependi minn jekk il-bidwi jkollux prodotti mill-għelieqi tiegħu xi jbiegħ dakinhar.

Swieq tas-sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex fil-pjan tiegħu li jiftaħ swieq tas-sajjieda simili għal dak li qiegħed jorganizza għall-bdiewa ġewwa Ta' Qali? Jekk iva, fejn u meta beħsiebu jagħmel dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li preżentement diġa hemm parteċipazzjoni ta’ sajjieda f’dan is-suq u għalhekk m’ hemm l-ebda pjan li jinfetaħ suq espliċitament għas-sajjieda.

Għar Lapsi — stat ħażin tal-blat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet tal-gvern biex tiġi rranġata l-qagħda prekarja li jinsab fiha Għar Lapsi speċjalment fejn għandu x'jaqsam mal-istat ħażin tal-blat? Il-gvern għandu quddiemu xi għażliet biex ma jħallix dan il-post sabiħ jkompli jmur għal agħar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-twġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 25479

Cohesion Funds — Impjant ta' Sant' Antnin

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 24814 u 25026, billi jidher ċar li l-ammont ta' Cohesion Funds li għaddew lil-gvern dwar l-impjant ta' Sant' Antnin s'issa kien ta' madwar €9 miljun u dan minn total ta' €11,723,250, u dan ifisser li hemm diskrepanza ta' €5,024,250 mit-total oriġinali ta' €16,747,500 kif murija fl-estimi tal-2004 u tal-2005 fil-parti li kienet titratta il-finanzjament tal-impjant, b'parti minnu ġej minn sorsi lokali u parti mill-Cohesion Funs tal-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jikkonferma li mar on record għadd ta' drabi jgħid li l-ammont iffinanzjat mill-Cohesion Funds tal-Unjoni Ewropea kien se jkun €16,747,500? Jista' jagħti l-każ li din l-allegata diskrepanza hija dovuta għal xi fondi li l-Unjoni Ewropea żammet lill-gvern mill-fondi oriġinali? Jekk iva, x'wassal għal dan? Jekk le, għalxiex aktar kien dovut dan?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ammont eliġgibli għall-finanzjament mill-Cohesion Funds ta’ l-Unjoni Ewropea fir-riġward tal-proġett ta’ Sant’Antnin hu ta` €16,747,500. Bħal ma naħseb li l-Onorevoli Interpellant diġa jaf, ir-rata ta’ ko-finanzjament minn naħa ta’ l-Unjoni Ewropeja hu ta’ 70% ta’ dan l-ammont filwaqt li l-kumplament ta’ 30% ta’ dan l-ammont huma finanzjati minn fondi lokali. Ghalħekk iċ-ċifra ta' €11,723,250 tirreferi għas-70% koperti mill-kontribuzzjoni mill-Unjoni Ewropeja, fil-waqt li ċ-ċifra ta’ €5,024,250 li żbaljatament l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għaliha bħala diskrepanza, mhi xejn ħlif il-kontribuzzjoni dovuti mill-fondi lokali. Wieħed ma jistax ma jfakkarx li kieku kien għall-Onorevoli Joesph Muscat, illum Kap tal-Oppożizzjoni, illum m’ aħniex nitkellmu dwar allegata diskrepanza ta’ fondi għax bl-intervent tiegħu biex l-Unjoni ma tgħaddix fondi għal dan il-proġett kien kollna noħorġu mhux biss il-€5,024,250 iżda it-total kollu ta’ €16,747,500

informazzjoni dwar tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il qatla tat-tiġieġ saret, kif miġbura mill-Ministeru matul is-snin 2005 sal-2010? Kemm kien in-numru ta' flieles jew bajd għat-tifqis li ġew impurtati matul l-istess perjodu sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Tunnellaġġ u Potenza tal-flotta tas-sajd Maltin

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25760, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa t-tunnellaġġ u potenza permessi għall-flotta tas-sajd Maltija skont ir-regolament tal-Kummissjoni Nru 1438/2003? Jista' jgħid kemm kien dan it-tunnellaġġ u potenza qabel il-pajjiż sar membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm huwa t-tunnellaġġ u l-potenza tal-flotta tas-sajd Maltija llum il-ġurnata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-livell massimu possibbli tat-tunnellaġġ u potenza għall-flotta tas-sajd Maltija huwa ta' 15,020 f'tunnellagg u 96,466kw f'potenza. Qabel Malta saret membru sħiħ fl-Unjoni Ewropea dan il-livell kien ta' 15,318 f'tunnellaġġ u 99,206kw f'potenza. It-tunnellaġġ u potenza li kienet qed tintuża fl-1 ta' Marzu 2011 mill-flotta tas-sajd Maltija, huwa ta' 11,872 f'tunnellaġġ u 84,150kw f'potenza. Il-livell li Malta tista' tuża għandu jinzamm 10% taħt il-livell massimu msemmi aktar kmieni.

Settur tal-Edukazzjoni — alternative energy sources

Question

B'referenza għall-istituzzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu fis-settur ta' edukazzjoni ogħla, jista' l-Ministru, istituzzjoni istituzzjoni jgħid: a) kemm mill-enerġija li tiġi kkunsmata fl-istituzzjoni de quo tiġi mix-xemx; b) x'inċentivi jintużaw biex iktar studenti jużaw ir-roti jew electric bikes; ċ) kemm jeżistu charging stations għar-roti elettriċi (electric bikes) permezz ta' alternative energy sources bħall-wind generators; d) kemm ammont ta' ilma jiġi maħżun - water harvesting (cisterns eċċ.) - u kemm jintuża ilma hekk maħżun bħall-ilma għall-flushing eċċ.; e) kemm drenaġġ jiġi trattat biex imbagħad jintuża bħala second class water; u f) kemm mis-suppliers tal-istituzzjoni de quo huma green suppliers?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija 26022.

Periti li jaħdmu mal-Works

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' periti li jaħdmu mal-Works Department bl-isem ta' kull perit u r-rwol tiegħu inkluż id-dipartiment li jaħdmu fih? Dawn il-periti kollha għandhom il-permess li jaħdmu fil-privat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dak li kien magħruf bħala Works Department m’għadux jeżisti u għal dawn l-aħħar numru ta’ snin, fid-dawl tat-twessiegħ u speċjalizazzjoni tax-xogħol, hemm sitt direttorati distinti. Skont il-Ftehim Industrjali veġenti maqbul f’Novembru 1993 u emendat f’Ottubru 2002, kull imjegat għandu d-dritt li jagħmel xogħol privat bil-kundizzjoni li ma joħloqx konflitt ta’ interess mal-impjieg tiegħu u għall-liema raġuni dan huwa soġġett għall-‘Clearance’ tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, preżentement hemm tnax-il persuna li qed jużufruwixxu minn dan d-dritt Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba, però mhux qed nagħti l-ismijiet minħabba raġunijiet ta’ data protection .

Ittra lis-sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li ntbagħtet lis-sajjieda reġistrati fid-9 ta' Novembru 2010, iffirmata mill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatamemt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra mitlub, niġbed l-attenzjoni tal-istess Onorevoli Interpellant li wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn il-liċenzja għas-sajd li tirreferi għall-bastimenti u nġenji, u dawk tar-reġistrazzjoni tal-individwi kemm bħala kaptan, yachtmaster jew membru tal-crew, jew ir-reġistrazzjoni marittima għan-navigazzjoni tal-bastimenti. Din l-ittra tirreferi biss għar-reġistrazzjoni bħala membru fuq il-crew list.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet — salarju u allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm periti jaħdmu fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet? X'inhu l-grad li huma jokkupaw u x'inhu salarju/allowances marbuta ma' kull grad?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat illi fl-eks Diviżjoni tax-Xogħlijiet tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali li llum huwa maqsum f’diversi direttorati, għandhom jaħdmu b’kollox 45 perit. Il-gradi u l-iskala ta’ salarju li dawn jokkupaw huma: Numru Titolu u grad 2 Chief Architects fi Skala 3 3 Chief Architects fi Skala 4 9 Chief Architects fi Skala 5 1 Senior Architect fi Skala 4 1 Senior Architect fi Skala 5 15 Senior Architects fi Skala 6 8 Architects fi Skala 7 4 Architects fi Skala 8 2 Junior Architects fi Skala 9 Skont il-Classification and Grading of Architects and Civil Engineers, ftehim iffirmat bejn il-Gvern u l-Union tal-Periti tal-Gvern u Parastatali, parallelament ma’ dawk applikabbli fi gradi ekwivalenti fis-Servizz Pubbliku, il-periti jgawdu minn Higher Qualification Allowance li tinkludi: Kwalifika Allowance Dottorat €931.75 Masters €698.81 First Degree €465.87 Diploma €349.41 Kull Perit li fil-qagħdi ta’ dmirijietu jagħmel użu mill-vettura privata tiegħu huwa ntitolat ukoll għall -car allowance ta’ €9.32 kuljum flimkien ma' l-ekwivalenti ta’ 150 litru ta’ fuel kull xahar. Tingħata expense allowance lid-Diretturi Ġenerali (€2096.44) u lid-Diretturi (€1630.56) li meta jieħdu din l- allowance ma jkunux intitolati għall-Higher Qualification Allowance.