Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9567 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista aġġornata ta' kemm hemm persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ fuq Part 1, Part 2, lokalità, lokalità? Kemm minn dawn il-persuni bdew jirreġistraw minn Jannar ta' din is-sena? Sal-bidu ta' Ġunju kemm kien hemm ħaddiema li qed jaħdmu bil-ġimgħat mnaqqsa ta' xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Lifts fil-flats tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm twaħħil tal-lifts ġodda matul is-sena 2008 mal-flats tal-Gvern f'Malta u f'Għawdex? F'liema lokalità twaħħlu il-lifts?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2008 l-Awtorita tad-Djar lestiet u ħaddmet għall-użu tar-residenti, tmintax-il lift (18) lift fis- segwenti lokalitajiet: Ta’Xbiex, Sta.Luċija, Isla, Birżebbugia, Bormla, Burmarrad u Pembroke.

Għajnuna għal persuni — logħob tal-flus fuq il-kaxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx support għall-persuni li jridu jaqtgħu l-vizzju tal-logħob tal-flus fuq il-kaxxi? Fejn tinstab din l-aġenzija u kif irid jagħmel min jkun irid l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

Informat l-Aġenzija Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali ilha toffri servizz lil dawk li għanduhom problemi ta’ logħob ta’ l-azzard u lill-familji tagħhom għal dawn l-aħħar disa’ snin. Kull ma għandu jagħmel min jeħtieġ l-għajnuna, huwa li jċempel lill-Aġenzija fuq 23885110 u jitlob li jitkellem ma’ xi social worker li jaħdem fil-kamp tal-problemi tal-logħob ta’ l-ażżard.
Leg 11 PQ #9586 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni ta' Support Worker

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9363, 9233, 8615, 8427, 8144 u 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol? Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li oriġinarjament il-persuna konċernata ma kienetx ingħatat opportunita’ ta’ interview minħabba li meta isottometit l-applikazzjoni tagħha hija ma kienetx issottometit ir-referenza ta’ l-esperjenza tagħha ma’ persuni b’diżabilita’. Din ir-referenza hija meħtiega u parti mid-dokumentazzjoni neċessarja ta’l-applikazzjoni hi li tindentifka il-kwalifiki tagħha. Dan id-dokument kien mitlub fis-sejħa ta’ l-applikazzjoni. Kien għalhekk li hija intbagħtet l-ewwel ittra nhar il-11 ta’ Frar 2009. Informat ukoll li madankollu meta il-persuna konċernata ikkommunikat ma’ l-ufficju tar-risorsi umani (nhar is-16 ta’ Frar 2009) hi ġiet infurmata bin-nuqqas ta’dan id-dokument importanti. Sussegwentament s-Sinjura pprovdiet id-dokument ta’ referenza u għalhekk ingħatat interview għax b’hekk ġiet eliġibli. Wara dan is-Sinjura ingħatat interview nhar 11 ta’ Marzu 2009. Madankollu hi ma’ laħqitx il-livell meħtieġ għal dan il-post u ġiet infurmata b’dan b’ittra datata nhar it-12 ta’ Marzu 2009. Wara talba mingħand din il-persuna l-Bord ta’ l-intervisti ltaqa’ magħha nhar il-21 t’ April 2009 u infurmha x’kienu ir-ragunijiet il-għaliex hija ma kienetx intgħażlet għall-post.
Leg 11 PQ #9587 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

MDC — Ex Ħaddiema - allowance - basic wage

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9400 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9206, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u cioè: Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage preżenti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9613 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Adult Training Centres — klijenti li jagħmlu xogħol produttiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilità (klijenti) li jattendu l-Adult Training Centres u qed jagħmlu xogħol produttiv? Fejn qegħdin jagħmlu dan ix-xogħol u fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Qegħdin jitħallsu dawn il-persuni b'diżabilità tax-xogħol li huma jwettqu u kemm qed jitħallsu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bħalissa hemm 449 klijenti li jattendu ċ-Ċentri ta’ Matul il-jum. Il-klijenti taċ-ċentri ma jagħmlux xogħol produttiv (xogħol ta’ natura kummerċjali). Madanakollu hemm klijenti li ja[dmu part-time u jattendu ċ-ċentru ta’ Matul il-jum fil-ġranet li ma jkunux xogħol fihom. Informat ukoll li fiċ-Ċentri ta’ matul il-jum isiru programmi għall-klijenti biex jakkwistaw employability skills. F’dawn it-tip ta’programmi fihom isir “out work” e.ż. kumpaniji jitolbu lill-klijenti jippakjaw ittri għal mailshots . Għal dan ix-xogħol iċ-ċentri jingħataw donazzjoni li tintuża għall-benefiċju tal-klijenti. Ikun hemm xi nies li jgħatu donazzjonijiet għal xi crafts jew oġġetti li jsiru waqt il-programmi taċ-ċentri. Huwa mportanti li jiġi sottolinjat il-fatt illi dawn il-klijenti jaċċettaw minn rajhom li jieħdu sehem fil-programm. Id-donazzjonijiet li jingħataw kollha jintużaw għall-benefiċju tal-klijenti e.ż. biex issir xi ħarġa speċjali għall-klijenti.
Leg 11 PQ #9620 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Birżebbuġia — bank fl-istage

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir bank fejn in-nies ipoġġu bil-qegħda fl-istage ta' Birżebbuġia u ta' Ħal Għaxaq faċċata ta' Montebello tyres, din hija triq arterjali?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

ċentri ta' detenzjoni — mard infettiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9257, 8651, 8379, 8139, 7392 u 7190 u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Salmetenol Inhaler

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9258, 8653, 8378, 8136 u 7886 u cioè: Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock,jista' l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċina Avonex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9260, 8655 u 8285 u jgħid jekk jafx li għall-mediċina Avonex, li tingħata biss mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei, wieħed qed ikollu jmur darba fil-ġimgħa għal injection waħda kull darba, b'inkonvenjenza għal min qed imur l-ispiżerija u b'aktar iffullar fl-istess sptar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċini out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9261, 8656, 8167, 7709, 7388, 6980 u 6256 u jgħid għaliex id-dipartiment inqabad mingħajr stokk ta': a) Amlodipine 5mg u 10mg b) Serenace 5mg meta fl-ewwel każ is- supplier jimmanifattura l-mediċina f'pajjiżna stess u fit-tieni każ meta qed nitrattaw ma' persuni b'mard mentali li ġew disturbati mhux ftit f'dan in-nuqqas?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Mediċina Antiviral Tamiflu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9262, 8657 u 8183 u jgħid għal kemm-il persuna għandu provvista tal-mediċina antiviral Tamiflu d-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm minnha tinsab diġà f'pajjiżna u kemm minnha hi diġà ordnata? X'kien il-prezz u x'kienet l-expiry date ta' dawn il-batches sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin (2004, 2005, 2006, 2007 u 2008)? Kien hemm xi estensjoni ta' dawn expiry dates? F'liema batches?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9629 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-mammogram

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9390, 9230, 8971 u 8440 u jgħid kemm hi l-waiting list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 9366.
Leg 11 PQ #9632 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Phenindione 50mg — out of stock

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9466 u 9242 u jgħid għaliex il-pilloli phenindione 50mg bħalissa jinsabu out of stock? Meta ser jidħlu peress li dawn il-pilloli lanqas jinstabu fi spiżeriji privati? Jista' jara x'ser isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9643 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħaddiema li jagħmlu xogħol part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-1 ta' Ġunju, 2009, kemm kien hemm ħaddiema li kienu qed jaħdmu xogħol part-time? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Jista’ jgħid ukoll kemm huma rreġistrati li x-xogħol part-time huwa x-xogħol prinċipali tagħhom? F’kull każ, jista' jgħid kemm kienet l-istatistika fil-31 ta’ Dicembru 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mogħtija hija dik ta’ Novembru 2008 peress li dik hija l-aħħar li ġiet ippublikata mill-NSO. Fl-aħħar ta’ Novembru 2008, f’Malta u Għawdex, kien hemm 21,149 ħaddiem li kellhom xogħol full-time kif ukoll part-time, maqsuma f’15,009 rġiel u f’6140 nisa. L-ammont ta’ dawk il-ħaddiema li kienu qed jaħdmu part-time (bħala x-xogħol prinċipali) tagħhom kien ta 27,410 maqsuma f’11,224 rġiel u f’16,186 nisa. Informat ukoll li t-total ta’ ħaddiema li kellhom xogħol part-time (kemm bħala x-xogħol priniċipali tagħhom u kemm sekondarju) f’Malta u Għawdex f’Novembru 2008 kien ta’ 48,559.
Leg 11 PQ #9646 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Statistika ta' djar battala fil-pajjiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tad-Djar għandux statistika ta’ kemm hemm djar battala fil-pajjiż? Jekk iva, jista’ jagħti l-figuri u l-lokalità? Jekk le, ma jaħsibx li għandu jibda jsir reġistru biex djar li jkunu ilhom vojta għal aktar minn żmien speċifikat, ngħidu aħna tliet snin, is-sidien ikunu obbligati li jirreġistrawhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li L-Awtorita’ tad-Djar m’għandiex statistika ta’ kemm hemm djar battala ġewwa l-Gżejjer Maltin. M’hiex il-kompitu ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li tiġbor din l-istatistika.
Leg 11 PQ #9677 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8965 u cioè: B'referenza għar-risposta tal-mistoqsiet parlamentari 8272 jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni rigward id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-Kummissjoni li ltaqgħet matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena hija l-Food Safety Commission.
Leg 11 PQ #9723 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rata ta' inċidenza ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8241 u jagħti r-rata ta' inċidenza ta' cancer (malignant disease) u ta' mwiet reġistrati minħabba f'hekk, f'Malta u f'Għawdex f'dawn l-aħħar 20 sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9724 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reġistrar ta' mwiet kawża ta' cancer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijan parlamentari 8238 u jgħid kemm ġew irreġistrati mwiet kawża ta' cancer (malignant conditions) jew li fihom din il-kundizzjoni ikkontribwiet għall-kawża tal-mewt, f'dawn il-lokalitajiet f'dawn l-aħħar 20 sena: Marsaxlokk Birżebbuġa Żejtun Għaxaq Fgura Żabbar Wied il-Għajn Jista' jagħti l-figuri miġbura sena b'sena, sess u età?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #9172 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — karozzi mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm ġew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru u d-dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Kemm fil-fatt hu n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.