Jista' l-Ministru jgħid billi l-breakwater tax-Xemxija kienet saritlu ħsara estensiva bil-maltemp fl-aħħar tlettax-il sena, hemm il-ħsieb li ssir tiswija ta' dan il-breakwater u li jitpoġġew ġebel kbir u/jew ankri ħalli l-mewġ jitkisser qabel jilħaq il-breakwater?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din is-sena, Transport Malta se tħejji studji u evalwazzjoni dwar dan il-
breakwater
.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tibda tintuża żebgħa għal road markings li ma tkunx tiżloq u ta' periklu għall-inġenji fit-toroq tagħna u għall-persuni li jaqsmu fuq iż-zebra crossing?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-skid resistance ta’ road markings iridu jaqblu mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Avviż Legali 29 tal-2010. Din ir-reżistenza trid tinżamm għal perjodu minimu ta’ miljun u nofs passaġġ ta’ vettura.
Peress li l-intensita’ tat-traffiku fit-toroq arterjali/distributorji tvarja (bejn madwar 2 miljun sa 22 miljun passaġġ ta’ vettura f’sena) ir-reżistenza tar-road markings kontra l-sikiddjar (speċjalment f’żebra crossings) tista’ tkun ta’ ftit xhur mill-mument tal-applikazzjoni.
Transport Malta kkollaborat ma’ laboratorju indipendenti (Malta National Laboratory – MCCAA) sabiex apparat speċjali (British Pendulum Tester) li jkejjel il-livell ta’ friction, ikun ikkalibrat u utiliżżat. Dan jippermetti li Transport Malta tidentifika u tintervjeni f’siti speċifiċi fejn it-testijiet jikkonfermaw livell baxx ta’ skid resistance.
Transport Malta — tenders jew direct orders għal road markings u traffic signs
Question
Bejn l-1 ta' Jannar 2010 u l-aħħar ta' Ottubru 2011, jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-kumpaniji li ħadu kuntratti wara tenders jew b'mod dirett minn Transport Malta għal road markingsu traffic signs? F'kull każ:
a) kull kumpanija kemm ħadu kuntratti;
b) kemm kien il-valur ta' kull kuntratt; u
ċ) x'kienet id-data li fiha ingħataw il-kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-culverts tal-ilma li hemm fit-triq li min-Naxxar tieħu għas-Salina jiġu spezzjonati għaliex jidher li hemm partijiet minnhom li huma mblukkati bil-konsegwenza li qed ifuru meta tkun x-xita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq la hi arterjali u lanqas distributorja skont l-istructure plan u għalhekk hi responsabbiltà tal-kunsill lokali rispettiv.
Transport Malta — Talbiet pendenti għar-reserved parkings
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar bħalissa kemm hu n-numru ta' talbiet pendenti li hemm quddiem il-bordijiet ta' Transport Malta biex jiġu approvati talbiet għar-reserved parkings fl-inħawi ta' lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? Meta ltaqa' l-aħħar l-istess bord?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm ħdax-il każ pendenti. Il-Bord għal Parkeġġ Riżervat għal Persuni b'Diżabbiltà ltaqa' l-aħħar fit-2 ta' Frar 2012.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq l-Arċisqof bejn Triq Sant'Orsla u Triq il-Lvant, il-Belt Valletta hux se tingħata tarmak?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi din it-triq hi responsabbiltà tal-kunsill lokali u mhix inkluża fil-programm tar-riabilitazzjoni taċ-ċentru tal-Belt.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkunsidrat li r-rotta tal-Arriva Valletta - Żurrieq tidħol fid-daħla tar-Residenza San Vincenz de Paul biex familjari ta' residenti jsibuha aktar komda?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31079.
Madanakollu, ninsab infurmat illi kemm ir-rotta 71, li tgħaqqad il-lokalità taż-Żurrieq mal-Belt Valletta, kif ukoll ir-rotta 117 li tgħaqqad il-lokalità taż-Żurrieq mal-Isptar Mater Dei jieqfu viċin ir-residenza ta’ San Vinċenz de Paule għalkemm ma jidħlux sa quddiem l-isptar.
Infurmat ukoll illi l-unika rotta li tidħol quddiem din ir-residenza hija rotta 135. Din ir-rotta titħaddem minn vettura iżgħar. Meta wieħed juża’ r-rotot 117, kif ukoll is-71, dan ikun jista’ jieqaf fuq il-bus stop Farruġ minn fejn ikun jistgħa jaqbad ir-rotta 135 li twasslu sa quddiem din ir-residenza.
Birgu — Triq Kottonera - xogħol ta' tarmak fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak li sar fi Triq Kottonera, il-Birgu issodisfax lil min kien responsabbli li jiċċertifikah bħala xogħol ta' livell? Jista' jgħid jekk sarx xi ilment dwar il-kwantità kbira ta' lima li qed iżomm wara kull ħalba xita f'parti minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien jikkonsisti fil-bdil tal-wiċċ ta’ parti mit-triq u għalhekk, bħalma jiġri dejjem f’każi bħal dawn, jinżammu l-livelli eżistenti tat-triq.
Transport Malta ma rċeviet l-ebda lment dwar il-problema msemmjia mill-Onor. Interpellant, madankollu se jiġu spezzjonati l
-culverts
taż-żona biex tittaffa din il-problema.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' tarmak li sar fi Triq tal-Labour Żabbar issodisfax lil min kien responsabbli li jiċċertifikah bħala xogħol ta' livell? Jista' jgħid jekk sarx xi ilment dwar il-kwantità kbira ta' ilma li qed iżomm wara kull ħalba xita f'parti minn din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien jikkonsisti fil-bdil tal-wiċċ ta’ parti mit-triq u għalhekk, bħalma jiġri dejjem f’każi bħal dawn, jinżammu l-livelli eżistenti tat-triq. Dwar il-kwalità tax-xogħol jien infurmat li l-periti ta’ Transport Malta taw struzzjonijiet lill-kuntrattur biex jagħmel xogħol rimedjali a spejjeż tiegħu, liema xogħol hu mistenni jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Bacir Nru 1 u Xatt ir-Risq — time frames għax-xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-time frames għax-xogħlijiet fuq l-area tal-Bacir Nru 1 u Xatt ir-Risq hux jinżammu? Jekk ir-riposta hija fin-negattiv, u allura t-target date ta' meta kellu jitlesta x-xogħol mhux se tinżamm, jista' għall-anqas jagħti indikazzjoni meta se jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi t-time frame oriġinali ma nżammx minħabba diversi nuqqasijiet tal-kuntrattur, sejbiet storiċi u appelli fuq tenders. Il-parti l-kbira tax-xogħol hu maħsub li jista' jitlesta sa April jew Mejju 2012.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — remunerazzjoni tal-konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ġaladarba l-bini ġo Triq Nazju Ellul fil-Gżira issa tlesta, jista' l-Ministru jara jekk Transport Malta jikkunsidrawx li jagħtu t-tarmac lil din it-triq principali li tagħti minn Sliema Road, Gżira sat-tarf tal-istess triq, forsi b'xi parteċipazzjoni min-naħa tal-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
It-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta iżda hi responsabbiltà tal-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża minfuqa din is-sena s'issa fuq toroq ġodda f'żoni residenzjali u arterjali? Jista' jagħti breakdown ta' din l-ispiża fuq bażi residenzjali u fuq bażi arterjali? Jista' jagħti lista tat-toroq li sar xogħol fuqhom, b'mod separat fuq bażi residenzjali u fuq bażi arterjali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlementari 28761 għad-dettalji dwar toroq residenzjali.
Fir-rigward ta' toroq arterjali fl-2011saru xogħlijiet ta' asfaltar b'valur ta' €462,795.70, li huma maqsuma kif ġej:
Balzan € 34,367.50
Birgu € 48,927.00
Bormla € 75,073.50
Mellieha € 34,893.20
M'Xlokk € 149,290.00
Paola € 35,002.00
St Venera € 34,367.50
Zejtun € 50,875.00
Din il-lista ma tinkludix xogħlijiet relatati mar-riforma tat-trasport pubbliku, liema informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-informazzjoni miġbura mill-Vehicle Activated Sign li ġiet stallata fit-triq ta' bejn iż-żewġ mini (qrib l-Università), Santa Venera/Msida f'dak li hu n-numru ta' vetturi li qed jaqbżu l-40 kilometru fis-siegħa, indikat fuq il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li 85.8 % tal-vetturi ġew irrekordjati li eċċedew il-veloċità ta’ 40 kilometru fis-siegħa. Nippreċiża li l-veloċita’ ta’ 40 kilometru fis-siegħa mhix l-ispeed limit ta’ din il-parti tat-triq u l-Vehicle Activated Sign (VAS) in kwistjoni huwa apparat li jintuża għal skop informattiv, u għaldaqstant ikun mpoġġi madwar 100 metru qabel il-parti tat-triq fejn ikun hemm l-istess speed limit u li f’dan il-każ huwa aktar l-isfel mill-pożizzjoni fejn kien l-istess VAS, u cioè fuq il-pont tal-Imsida.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-marinas li kienu identifikati li jistgħu jsiru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (Planning Authority) fis-snin disgħin u li sal-lum għadhom ma sarux? Liema minn dawn is-siti hekk identifikati kienu studjati mill-Awtorità Marittima ta' Malta (qabel) jew minn Transport Malta aktar riċenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.30955.
Jista' l-Ministru jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ħsara li hemm fi Triq il-Biżbiżija minn fejn tgħaddi l-X3 tkun irranġata għaliex jidher li l-Kunsill Lokali tal-Mosta mhux qed juri interess li jirranġa din il-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm din it-triq mhix arterjali jew distributorja għaddejt il-każ għal kunsiderazzjoni ta' Transport Malta.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30697, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plans li juru eżatt ix-xogħlijiet ikkwotati? Jista' jgħid meta nħarġu t-tenders tax-xogħlijiet relattivi u jagħti r-referenza tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.