B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20101, jista' l-Ministru jispeċifika kemm mill-flus li ntefqu fl-Iskema tax-Xogħol tal-Komunita' bejn l-2009 u l-2020 kienu fondi ewropej u kemm minnhom kienu fondi nazzjonali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Iskema tax-Xogħol tal-Komunità dejjem kienet iffinanzjata minn fondi nazzjonali.
Air Malta – ħlas lill-kuntrattur għall-ħasil ta’ ajruplani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallset flus l-Airmalta lill-kuntrattur għall-ħasil tal-ajruplani tagħha (li jsir kull ftit ġimgħat) f’forma ta’ manutenzjoni, kull sena mill-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Air Malta għamlet ħlas ta’ €85,000 għall-ħasil tal-ajruplani tagħha li jsir kull ftit ġimgħat f’forma ta’ manutenzjoni.
Taxxa fuq lump sum wara li jsir ftehim ġdid kollettiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema rata jkun intaxxat impjegat jew ħaddiem fuq il-lump sum li jirċievi wara li jkun konkluż ftehim ġdid ta’ collective agreement, liema ftehim ikun backdated għax in-negozjati dwar il-ftehim il-ġdid ikunu twalu xhur jew snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li arretrati ta’ salarju li jistgħu jkunu dovuti lill-impjegat bis-saħħa ta’ collective agreement ġdid backdated, jkunu ntaxxati bir-rati normali tat-taxxa ta’ dak l-impjegat (rati ta’ single, parent jew married), flimkien mad-dħul l-ieħor tiegħu fis-sena meta jirċevihom.
Jobsplus — Ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li ma’ Jobsplus il-maġġor parti tal-ħaddiema li jaħdmu fit-trasport tal-ikel fid-djar, huma self employed? Jista’ jgħid kemm huma u x’nazzjonalità għandhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dokumenti mibgħuta lil Jobsplus minn min iħaddem u self-employed, fil-kaz ta’ bidu ta’ mpjieg jew self-employment, u li jinvolvu xogħol ta’ trasport ta’ ikel, ma jindikawx jekk l-ikel hux qed jitwassal fid-djar jew f’postijiet oħra.
Għalhekk, Jobsplus m’għandhiex l-informazzjoni biex tkun tista’ twieġeb din il-mistoqsija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18483 u jgħid bħalissa kemm hemm ħaddiema fl-iskema Xogħol fil-Komunità? Kemm hemm f’Malta u f’Għawdex? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema u x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess ħaddiema? Jista’ jgħid għal kull każ ta’ kull ħaddiem, meta beda jaħdem f’din l-iskema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-prezent hemm 1,020 ħaddiem fl-iskema Xogħol fil-Komunita’; 722 f’Malta u 298 f’Għawdex.
Minn dawn il-ħaddiema, 292 huma assenjati f’kunsilli lokali, 269 huma assenjati ma’ skejjel pubbliċi, 385 ma’ entitajiet pubbliċi, 71 assenjati ma’ għaqdiet volontarji (NGOs) u 3 assenjati skont fejn ikun hemm il-ħtieġa.
Min iħaddem huwa obbligat li joffri kundizzjonijiet xierqa u li bl-ebda mod ma jkunu inqas min dawk stabbiliti fil-liġijiet tax-xogħol li jħarsu il-kundizzjonijiet. Iz-zmien ta’ meta dawn il-ħaddiema daħlu fl-iskema ivarja bejn l-2016 u l-2021.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18484 jgħid x’tip ta’ skemi jeżistu mill-Jobsplus biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità sabiex isibu impieg? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Jobsplus għandhomx xi skema ta’ work exposure għal dawn il-persuni u kif taħdem din l-iskema?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus, flimkien mal-Fondazzjoni Lino Spiteri (LSF) tassisti persuni b'di¿abilità, kif ukoll lil min iħaddem, biex it-tnejn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn suq tax-xogħol aktar aċċessibbli permezz ta’ ‘job coaching’, ‘job carving’ u skemi li huma mmirati għall-persuni b’ dizabilità li jixtiequ jsibu impjieg.
Fost l-iskemi insibu:
Il-programm
Sheltered Employment Training
li jipprovdi taħrig assistit lill-persuni b’ dizabilità aktar severa bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi ‘
job coaches
’ huma assenjati sabiex jgħinu lill-persuni li jattendu dan il-programm. Il-programm ta’ taħrig jinkludi wkoll perjodu f’ambjent reali tax-xogħol.
Il-
Pre-Employment Training
huwa taħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabbilita’, komunikazzjoni, soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Dan it-taħriġ huwa parzjalment ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Korsijiet offruti huma;
·
Award in Pre-Employment Skills
·
Award in Life and Communication Skills
·
Award in Basic Clerical Training
·
Basic ICT Skills
L-iskema
Bridging the Gap
toffri opportunità ta’ esperjenza fuq il-post tax-xogħol (
work exposure
) lill-persuni b’dizabilità għal numru ta’ ġimgħat (skont il-b¿onn). Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw
allowance
fil-gimgħa minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali. F’dan il-perjodu min iħaddem ikollu l- opportunità li jevalwa l-ħiliet u l-progress tal-persuna fuq il-post tax-xogħol, b’sapport kontinwu min naħa ta’ Jobsplus u Lino Spiteri Foundation. L-għan aħħari huwa li l-persuna b’ dizabilità tiġi mpjegata wara t-tmiem ta’ din l-iskema.
Barra mill-iskemi msemmija hawn fuq min iħaddem jista’ jibbenifika wkoll minn skemi jew inċentivi meta jimpjega persuna b’di¿abilità fosthom;
L-Iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E),
kkofinanzjata mill-Fond Socjali Ewropew u l-Gvern Malti. Din l-iskema tipprovdi sussidju ta €156.50 fil-ġimgħa sa Settembru 2023, għal kull persuna b'dizabilità ġdida f’impjieg
full-time
. Fil-kaz ta’ mpjieg
part-time
jingħata sussidju pro-rata.
Kumpaniji mhux governattivi li jimpjegaw persuni b’dizabilità jistgħu jitolbu biex:
· Jiġu ezentati mill-ħlas tal-
kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
għall-impjegati rreġistrati b’dizabilità.
· Jirċievu
inċentiv fiskali
ta’ 25% tas-salarju baziku annwali għal kull persuna b’ dizabilità diġa’ mpjegata sa massimu ta’ €4,500, immedjatament wara t-tmiem ta’ kull sena kalendarja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18485 u jgħid kemm kien in-numru ta’ nisa li fis-snin 2017 sal-lum (sena b’sena) sabu impjieg part-time jew full-time? Kemm minn dawn l-impiegi kienu mas-settur privat u kemm kienu mas-settur pubbliku? Fil-każ ta’ dawk li sabu impjieg fis-settur pubbliku, jista’ jgħid f’liema qasam?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18998 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja, u li issa ġiet irreferuta lilu u jindika x’benefiċċji hemm indikati għall-persuni b’diżabilità u għal min jieħu ħsiebhom skont il-Budget 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 19541.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn l-2011 u l-2021? Jista’ jgħid f’kull każ x’kien ix-xogħol li ngħata? Kif ingħata, jekk hux b’sejħa pubblika jew direct order? Kemm tħallas tax-xogħol li għamel? Jista’ jgħid min fl-MFSA iddeċieda li jagħti kuntratt/i lill-individwu msemmi u jekk kienx jaf li nstab ħati ta’ negliġenza fil-professjoni tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmi kien ingaġġat mill-MFSA bħala Spettur ta’ ditta liċenzjata mill-Awtorità biex toffri servizzi ta' investiment, permezz ta’ Ittra tal-Ħatra datata 27 ta’ Awwissu 2020. Matul il-proċess tal-għazla, inkisbu total ta’ erba’ kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie magħzul mill-Awtorità peress illi l-kwotazzjoni li pprovda kienet l-inqas fost il-kwotazzjonijiet.
L-individwu msemmi ġie maħtur mill-Awtorità bħala Spettur ta’ ditta liċenzjata biex toffri servizzi ta' investiment, madankollu l-pagament tiegħu kellu jitħallas mid-ditta msemmija kif provdut mill-liġi. L-individwu msemmi ġie maħtur biex jagħmel
inter
alia
ezerċizzju ta' rikonċiljazzjoni, jissorvelja it-trasferimenti li kienu għadhom iridu jsiru mid-ditta u jirraporta immedjatament lill-MFSA kwalunkwe irregolaritajiet li jsir jaf bihom.
L-individwu msemmi ġie wkoll maħtur mill-Awtorità bħala Persuna Kompetenti ta’ ditta liċenzjata mill-Awtorità biex toffri servizzi ta' investiment u kif ukoll bhala Persuna Kwalifikata ta’ ditta liċenzjata mill-Awtorità bħala intermedjarju tal-assigurazzjoni, permezz ta’ Ittri tal-Ħatriet datati 26 ta’ Marzu 2021. Il-pagament ta’ dawn iz-zewġ ħatriet kellhom ukoll jiġu mħallsa mid-ditti msemmija kif provdut mill-liġi.
B'rabta mal-ħatra tiegħu fuq id-ditta liċenzjata biex tipprovdi servizzi ta' investiment, l-individwu msemmi ġie maħtur biex jieħu l-kontroll tan-negozju tad-ditta u kif ukoll biex jiehu ħsieb l-assi kollha, għall-finijiet tas-salvagwardja tal-interessi tal-investituri. Fir-rigward tal-ħatra tiegħu fuq id-ditta liċenzjata biex tipprovdi servizzi ta' assigurazzjoni, l-individwu msemmi ġie maħtur biex jieħu l-kontroll tan-negozju tad-ditta.
Matul il-proċess tal-għazla tal-individwu imsemmi bħala Persuna Kompetenti u bhala Persuna Kwalifikata fuq id-ditti msemmija, l-MFSA kisbet total ta’ tliet kwotazzjonijiet. L-individwu msemmi ġie magħzul mill-Awtorità peress illi l-kwotazzjoni li pprovda kienet l-inqas fost il-kwotazzjonijiet.
L-individwu msemmi ġie maħtur mill-“Executive Committee” tal-MFSA fil-ka¿ijiet imsemmijin f’din ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 20753. L-Awtorità meta iddecidiet illi taħtar lill-individwu msemmi, ħadet in konsiderazzjoni illi l-avveniment imsemmi seħħ numru ta’ snin konsiderevoli, u kemm id-ditta u l-“partners” tagħha ¿ammew il-“warrant” tagħhom.
Minsiteru għall-Finanzi u x-Xogħol — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20483 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’dizabilità, għajr wieħed.
F’dan il-kaz, mhux isir uzu mill-pozizzjoni ta’ membru li zdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol.
Inzid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’dizabilità jkun fuq bord bħala “rapprezentant għall-persuni b’di¿abilità”, kif qed jindika l-istess interpellant.
Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’dizabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Taħriġ mill-JobsPlus għal persuni li qed ifittxu xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm qiegħed jingħata taħrig mill-JobsPlus għal nies li qed ifittxu x-xogħol bejn l-2017-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ taħrig It-taħrig jinkludi sheltered employment training, pre-employment training (Job Bridge) u korsijiet mainstream. li qed jingħata mill-Jobsplus għal nies li kienu qed ifittxu xogħol bejn l-2017-2020.
Sena
Total ta' taħrig għal nies li qed ifittxu x-xogħol
2017
628
2018
426
2019
478
2020
443
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.
Taċ-Ċawla, Rabat Għawdex – tender għal bini ta’ appartamenti u open spaces ikkanċellata
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18381 li ngħatat iktar minn xahrejn ilu, fejn fiha ngħad li t-tender li ġiet ikkanċellata fil-15 ta Mejju 2020: Tender for the Construction of a Block of Apartments and Open Spaces at the Housing Estate at taċ-Ċawla, Victoria, Gozo, ingħad li ' qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għall-vetting', jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-process tal-vetting ta' din it-tender u meta hu maħsub li jingħalaq biex tkun tista’ toħroġ din it-tender ferm importanti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal-Kuntratti għaddej bl-ivvettjar biex din it-tender tkun tista’ tiġi pubblikata.
Sal-ħin li fih qed tingħata din ir-risposta, id-Dipartiment qed jistenna xi informazzjoni u dokumenti li talab mingħand l-Awtorità Kontraenti, biex ikun jista’ jkompli bl-ivvettjar, u jippubblika t-tender mill-aktar fis possibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallas fil-passat, u/jew għadu qed jitħallas minn fondi pubbliċi biex ġie restawrat il-bini tal-Università Amerikana fl-Isla? Jista’ jgħid hekk dawn il-figuri jinkludux ukoll xi sussidji li qed jitħallsu għal din l-entità privata kif ukoll promessi li ġew inklużi fil-kuntratt ta’ taxxa sussidjata fuq il-qligħ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 20558.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jispjega jekk hijiex policy tal-Gvern li Third Country National ma jistax ikun self employed f’Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-linji gwida dwar il-liċenzji għall-impjieg ta’ Jobsplus jistabilixxu li barranin li jkunu ċittadini ta’ pajji¿i terzi jistgħu jingħataw liċenzja biex jaħdmu għal rashom kemm il-darba jissodisfaw waħda minn dawn il-kriterji:
· Jinvesti f’Malta kapital ta’ mill-anqas €500,000 sa sitt xhur minn meta tinħareġ il-liċenzja.
· ‘
Highly Skilled Innovators
’ bi proġett vijabbli u li jikkommeti li jimpjega mill-anqas tlett persuni Maltin /EAA /Swiss
· Ikun qed imexxi proġett approvat mil-Malta Enterprise
Barranin li jkollhom residenza fit-tul (Long-term Residents), refuġjati, dawk li għandhom protezzjoni sussidjarja, dawk li għandhom protezzjoni umanitarja u dawk li applikaw għall-a¿il, ukoll għandhom bzonn liċenzja biex jaħdmu bħala self-employed izda dawn huma ezenti mil-kriterji msemijja hawn fuq.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk biex Third Country National jaħdem f’Malta jridx ikun impjegat u allura jkollu kuntratt ta’ impjieg?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li biex persuna ċittadina ta pajjiz terz taħdem hawn Malta, trid tkun impjegata u jkollha kuntratt ta’ impjieg.
Persuna ċittadina ta pajjiz terz jistgħu wkoll jingħataw liċenzja biex jaħdmu għal rashom kemm il-darba jissodisfaw waħda minn dawn il-kriterji:
· Jinvesti f’Malta kapital ta’ mill-anqas €500,000 sa sitt xhur minn meta tinħareġ il-liċenzja.
· ‘
Highly Skilled Innovators
’ bi proġett vijabbli u li jikkommeti li jimpjega mill-anqas tlett persuni Maltin /EAA /Swiss
· Ikun qed imexxi proġett approvat mil-Malta Enterprise
Barranin li jkollhom residenza fit-tul (Long-term Residents), refuġjati, dawk li għandhom protezzjoni sussidjarja, dawk li għandhom protezzjoni umanitarja u dawk li applikaw għall-azil, ukoll għandhom bzonn liċenzja biex jaħdmu bħala self-employed izda dawn huma ezenti mil-kriterji msemijja hawn fuq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu s-sussidju tal-VAT fuq il-funerali? Kemm ilha li saret l-iskema u kemm ilha ma tiġi aġġustata? Hemm xi ħsieb li din tiġi aġġustata issa li għolew l-ispejjeż tal-funeral?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema kurrenti ta’ għotja għal spejje¿ ta’ funerali u servizzi oħra ġiet fis-seħħ permezz ta’ Notifika tal-Gvern Nru 965 tat-23 ta’ Settembru 2014, li rrevokat l-iskema ta’ qabel li kienet ġiet fis-seħħ permezz ta’ Notifika tal-Gvern Nru 585, tal-11 ta’ Lulju 2001.
L-iskema hija forma ta’ għotja ta’ 13.04% tan-nefqa rapportata fuq kull applikazzjoni eliġibbli, sa massimu ta’ Ewro 175.
Aġġustamenti fil-mizuri ezistenti jiġu evalwati u ikkunsidrati għal Budget li jmiss.
Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u ż-Żejtun – persuni li huma computer literate/ħadu edukazzjoni post-sekondarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi r-rata ta’ dawk meqjusa computer literate fil-lokalitajiet ta’ Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u ż-Żejtun, u kemm jammontaw ir-residenti f’perċentwali li ħadu edukazzjoni post-sekondarja fl-istess inħawi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-NSO qed jipprovdi informazzjoni fuq livell ta’ distrett skont il-klassifikazzjoni Local Administrative Unit (LAU). Informazzjoni dwar il-lokalitajiet m’hijiex disponnibli.
Il-lokalitajiet ta’ Ħal Għaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala u z-Zejtun jagħmlu parti mis-South Eastern district, li jinkludi wkoll il-lokalitajiet ta’ Birzebbuġia, il-Gudja, Ħal Kirkop, Mqabba, Qrendi, Ħal Safi u z-Zurrieq.
Skont l-istħarriġ tal-Uzu ta' l-ICT fost il-familji, madwar 85% tal-individwi li għandhom bejn is-16 u l-74 sena u jgħixu fi djar privati fis-South Eastern district għamlu uzu mill-internet fl-ewwel tliet xhur tas-sena 2020. Dan il-persentaġġ qed jiġi meqjus li huwa proxy għal computer literacy.
Skont l-istħarrig fuq is-Suq tax-Xoghol għas-sena 2020, hu stmat li 51% tal-popolazzjoni li għandha bejn is-16 u l-74 sena u li tgħix fi djar privati fis-South Eastern district għandhom livell ta’ edukazzjoni post-sekondarju jew aktar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-esportazzjoni ta' prodotti manifatturati f’Għawdex għal kull sena, mill-1 ta' Jannar sal-aħħar ta' Diċembru, għas-snin 2017, 2018, 2019 u 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-istatistika dwar l-esportazzjoni, toħroġ għall-Malta kollha, inkluz t’Għawdex, għalhekk m’għandniex informazzjoni għal Għawdex biss.