Ministeru għall-Finanzi — Servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ebda entità fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi ma użat is-servizzi tad-ditta kkonċernata mit-2013 sal-lum.
Peress illi din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali, nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11443 u jgħid kemm-il plejer jew atleta professjonali qed jibbenefika mill-iskema ta’ traħħis ta’ taxxa ta’ 7% għall-isportivi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul l-2018 kien hemm 413-il persuna li l-emolumenti tagħhom, fuq bazi full-time jew part-time f’attività sportiva, reġistrati bħala plejer jew atleta jew bħala coach liċenzjat, ibbenefikaw mit-taxxa ta’ 7.5%.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ammonti ta’ flus li għadhom iridu jiġu mħallsa lura f’rifużjonijiet fuq l-Income Tax sal-aħħar ta’ Settembru 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammonti ta’ flus li għad iridu jiġu mħallsa lura f’rifuzjonijiet fuq l-‘Income Tax’ sal-aħħar ta’ Settembru huwa ta’ €403,298.
Jista’ l-Ministru jqiegħed immedjatament fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-amministratturi tal-banek li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament li skont l-artiklu 29(3) tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, huwa rċieva kull sitt xhur u kellu jqiegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed immedjatament fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti tal-amministratturi tal-Banek li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li skont l-Artiklu 29(3) tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju, huwa rċieva kull 6 xhur u kellu jqiegħedhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Ministeru għall-Finanzi — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Finanzi u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt:
Ġunju – Diċembru 2017:
2
Jannar – Diċembru 2018:
22
Jannar – Settembru 2019:
16
Minn dawn kien hemm
14
milqugħa,
26
rrifjutati u
0
għadhom pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender CT2182/2019 Reconstruction of Triq Imġarr, Nadur (li ilha magħluqa għat-traffiku u għan-nies għal dawn l-aħħar xhur) and Triq Sant Antnin Għajnsielem Gozo, ħarġet fl-aħħar ġimgħa ta' Mejju mid-Dipartiment tal-Kuntratti għat-tieni darba konsekuttiva, wara li l-ewwel darba kellha tagħlaq fil-25 ta' Ġunju 2019, imbagħad kien ħareġ avviż u ġiet imġedda biex din it-tender tagħlaq fis-7 ta' Lulju 2019 u issa fit-3 ta Lulju 2019 reġa’ ħareġ avviż ieħor, li din it-tender tiġi imġedda mill-ġdid biex issa ġiet tagħlaq fis-16 ta' Lulju 2019? Jista’ jgħid min qed jitlob li tiġi mġedda din it-tender kull darba, u jekk hux qed ikun hemm xi tibdiliet fl-abbozz tat-tender oriġinali kull darba?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid, skont l-NSO, kemm hemm tfal li jinsabu f’riskju ta’ faqar f’kull lokalità tat-Tielet Distrett?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Il-metodoloġija biex toħroġ stimi ta’ familji f’riskju ta’ faqar hija intenzjonata biex toħroġ figuri ta’ min joqgħod fuqhom fuq skala ta’ pajjiż. Stimi ta’ bliet u rħula huma bbazati fuq kampjuni wisq żgħar biex ikunu ta’ minn joqgħod fuqhom.
Ministeru għall-Finanzi — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10888 u jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir ezerċizzju li jieħu zmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-uzu ta’ ħafna rizorsi umani tad-dipartimenti varji.
Ministeru għall-Finanzi – uffiċjali li ma ngħatatilhomx il-progression
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal fil-Ministeru għall-Finanzi inkluż id-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li jmisshom progression u li din għadha ma ngħatatilhomx fil-preżent minkejja li għaddew aktar minn tliet xhur minn meta din hi dovuta? Jista’ jgħid il-grad ta’ dawn l-uffiċjali kif ukoll x’inhi r-raġuni f’kull każ li l-progression għadha ma ngħatatx? Jista’ jgħid ukoll meta dawn l-uffiċjali se jingħataw tali progression? Jista’ jagħti din l-informazzjoni dipartiment b’dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dawn il-ħaddiema ser jirċievu l-arretrati dovuti hekk kif jingħataw il-'
progression
'.
Ministeru għall-Finanzi — Konsulenzi minn ditta legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-ditta legali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ħaditx konsulenzi mill-Gvern jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fil-perjodu bejn is-sena 1998-2003? X’kienu dawn il-konsulenzi? Liema entità tat dawn il-konsulenzi? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv ħalli dawn jittieħdu? Jista’ jgħid ukoll kemm kull konsulenza kienet tinvolvi bħala flus?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet tiegħu ma taw ebda xogħol lid-ditta legali msemmija.