Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew aġenziji u dipartimenti taħt id-dekasteru tiegħu impjegawx jew ingaġġawx lis-segwenti persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fuq proġetti, jew bħala konsulenti jew fi kwalunkwe pożizzjoni oħra, matul iż-żewġ leġiżlaturi ta’ dan il-gvern?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Jien infurmat li l-persuni li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament kollha kellhom jew għandhom xi forma ta' impjieg, konsulenza jew xi pożizzjoni oħra fil-Ministeru tiegħi jew aġenziji u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.

Ftehim kollettiv mal-union tal-għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tal-ftehim kollettiv li ġie ffirmat mal-union tal-għalliema, u ċjoè mal-MUT f’Diċembru 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3375.

Persuni b’diżabilità li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilità, sa mis-sena 2010 sas-sena 2017, maqsuma xahar xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, it-tagħrif dwar kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Malta u Għawdex li huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilità, xahar b’xahar mis-sena 2010 sas-sena 2017 huwa kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel tal-Gvern – Tagħlim tal-Etika

Question

Jista’ l Ministru jgħid jekk it-Tagħlim tal-Etika huwiex qiegħed jingħata f’kull skola tal-Gvern, u minn meta beda jingħata dan it-tagħlim f’kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel tal-Istat li fihom qed isir it-tagħlim tal-Etika flimkien mas-sena li fiha beda s-servizz fl-iskola huwa kif indikat fit-tabella hawn taħt: Kulleġġ Skola Sena li fiha beda it-tagħlim tal-Etika Kulleġġ Maria Reġina Primarja Mosta A 2016 Primarja San Pawl il-Baħar 2014 Primarja Naxxar 2017 Primarja Mellieħa 2016 Primarja Għargħur 2017 Sekondarja Mosta (Żokrija) 2016 Sekondarja Mosta (Lily of the Valley) 2016 Medja Naxxar 2014 Kulleġġ Santa Klara Primarja San Ġwann 2017 Primarja Pembroke 2016 Primarja Sliema 2014 Primarja San Ġiljan 2016 Primarja Gżira 2016 Sekondarja Pembroke 2014 Skola Nazzjonali tal-Isport 2017 Kulleġġ Santa Tereża Primarja Birkirkara 2016 Primarja Lija 2016 Primarja Santa Venera 2016 Primarja Msida 2017 Medja Birkirkara 2017 Kulleġġ San Benedittu Primarja B’Bugia 2016 Primarja Safi 2016 Primarja Żurrieq 2016 Medja Kirkop 2016 Sekondarja Kirkop 2016 Kulleġġ Għawdex Primarja Victoria 2016 Medja Victoria 2016 Sekondarja Victoria 2017 Kulleġġ San Tumas More Primarja Marsascala 2017 Sekondarja Żejtun 2016 Kulleġġ San Ġorġ Preca Medja B’Bajda 2016 Sekondarja Ħamrun 2016 Kulleġġ San Injazju Medja Ħandaq 2017 Sekondarja Ħandaq 2016 Kulleġġ San Nikola Medja Rabat 2016 Sekondarja Dingli 2016

Skejjel Primarji – kriterji għall-introduzzjoni tas-Suġġett tal-Etika

Question

Jista’ l-Ministru jindika fuq liema kriterji qed jiġi introdott is-suġġett tal-Etika fl-iskejjel primarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett tal-Etika ġie introdott fl-iskejjel primarji wara li sar survey u rapport dwar is-suġġett u wara li dan ġie diskuss internament.

Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu – rispons tal-ġenituri dwar il-kwestjonarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-rispons tal-ġenituri għal kull skola rigward il-kwestjonarju maħruġ mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu u li tqassam fl-aħħar tas-sena skolastika 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ġunju 2016 sar survey fost 22,378 ġenituri ta’ studenti mill-ewwel sal-ħames sena tal-primarja kif ukoll studenti mill-Form 1 sal-Form 3. L-għan ta’ dan is-survey kien sabiex ikun hemm ħjiel tal-fehma tal-ġenituri dwar il-lezzjonijiet tal-Etika fl-iskejjel u għal skop ta’ ppjanar. Wieġbu s-survey 3,847 ġenitur (17.2% tal-kohort). Mis-survey instab li l-parti l-kbira ta’ dawk li wieġbu s-survey jixtiequ li wliedhom jitgħallmu l-Etika flimkien mar-Reliġjon jew waħedha. Analiżi tar-risposti miftuħa li ngħataw mill-ġenituri juri li l-parti l-kbira tal-ġenituri ma jixtiqux li l-Etika tiġi mgħallma minflok ir-Reliġjon imma flimkien mar-Reliġjon filwaqt li xtaqu iktar informazzjoni dwar it-tagħlim tal-Etika. 54% ta’ dawk li wieġbu qalu li jixtiequ li wliedhom jistudjaw l-Etika; 23% qalu li ma jridux li wliedhom jistudjaw l-Etika waqt li 23% oħra qalu li mhux deċiżi. Kulleġġ b’kulleġġ kien hemm dawn ir-riżultati: Irrid lil uliedi jitgħallmu l-Etika Ma nixtieqx li wliedi jitgħallmu l-Etika Ma nafx Kulleġġ Għawdex 35% 24% 20% Kulleġġ San Thomas More 52% 22% 26% Kulleġġ San Benedittu 52% 17% 31% Kulleġġ Maria Regina 54% 29% 17% Kulleġġ San Gorg Preca 54% 21% 25% Kulleġġ Santa Margerita 56% 16% 29% Kulleġġ San Nikola 56% 22% 22% Kulleġġ Santa Theresa 60% 21% 20% Kulleġġ Santa Kjara 63% 22% 15% L-informazzjoni ta’ Kulleġġ Sant’Injazju ma laħqitx waslet fil-ħin li kienet qiegħda tiġi evalwata d-data tal-kulleġġi l-oħra. Fost il-ġenituri Maltin u barranin, kien hemm rispons kemmxejn differenti. Irrid lil uliedi jitgħallmu l-Etika Ma nixtieqx li wliedi jitgħallmu l-Etika Ma nafx Ġenituri Maltin 51% 25% 24% Ġenituri Barranin 76% 13% 11% Ġenituri b’żewġ nazzjonalitajiet 44% 32% 23% Il-konklużjonijiet ta’ dan is-survey kienu: · Il-parti l-kbira tal-ġenituri li wieġbu għas- survey jixtiequ li wliedhom jistudjaw l-Etika fl-iskola · Għall-parti l-kbira mill-istudenti, it-tagħlim tal-Etika ma għandux isir minflok it-tagħlim tar-Reliġjon · Il-kurrikulu tal-Etika u tar-Reliġjon huma meqjusa validi għat-tagħlim lit-tfal fl-iskejjel.

Internal Audit and Investigations Department – eżitu dwar każ dwar canvasser

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2811, jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm eżitu tal-każ dwar l-eks canvasser tiegħu mill-Internal Audit and Investigations Department u x'kien l-eżitu? Jista’ jgħid ukoll x'forma ta’ kooperazzjoni estendilhom s'issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li investigazzjonijiet mill-Internal Audit and Investigations Department ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Ministeru tiegħi. Kif diġà għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2811, infurmajt lill-IAID hekk kif kelli “tangible evidence”.

Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni – eżitu dwar każ ta’ canvasser

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2811, jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm eżitu tal-każ dwar l-eks canvasser tiegħu mill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u x'kien l-eżitu? Jista’ jgħid ukoll x'forma ta’ kooperazzjoni estendilhom s'issa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li rapporti tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi. Kif diġà spjegajt, tajt kull koperazzjoni possibbli u ltqajt mal-Kummissjoni biex nirrispondi d-domandi kollha li għamluli u għaddejtilhom id-dokumenti relattivi.

Ħal Tarxien – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Ħal Tarxien tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Ħal Tarxien tul is-sena 2017 inxtraw 92 ktieb ġdid filwaqt li 1,041 ktieb ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 2,758 ktieb.

Il-Gudja – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Gudja tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fil-Gudja tul is-sena 2017 inxtraw 86 ktieb ġdid filwaqt li 236 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 84 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 11,535 ktieb.

Il-Fgura – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Fgura tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fil-Fgura tul is-sena 2017 inxtraw 106 kotba ġodda filwaqt li żewġ (2) kotba ngħataw mill-Kunsill Lokali u 676 ktieb ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 13,181 ktieb.

child care centres — attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar in-numru ta’ tfal li qed jattendu child care centres f’Malta u Għawdex u kif dan żdied minn meta l-Gvern introduċa dan is-servizz mingħajr ħlas?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 3,827 tfal jattendu child care centres f’Malta u Għawdex taħt l-iskema ta’ Child Care b’xejn. In-numru approssimattiv ta’ tfal li kienu jattendu child care qabel ma ġiet introdotta din l-iskema kien ta’ madwar 1,800. Minn meta ġiet introdotta din l-iskema f’April 2014 in-numru ta’ tfal li bbenefikaw huwa ta’ 12,699 (mill-1 ta’ April 2014 sal-10 ta’ Jannar 2018).

Breakfast Club — attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra dwar in-numru ta’ tfal li qed jattendu l-Breakfast Club fl-iskejjel pubbliċi u jekk dan żdiedx fis-sena skolastika li bdiet f’Ottubru li għadda? Jista’ jikkonferma li t-tfal li jattendu dan il-club fil-fatt qed jingħataw kolazzjon bnin u tajjeb għal saħħithom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ tfal li qed jattendu l-Breakfast Club fl-iskejjel pubbliċi sal-4 ta Jannar 2018 huwa ta’ 3,852. Fl-aħħar ta’ Ottubru 2017 kien hemm 3,625 student, jiġifieri hemm żieda ta’ 227 student. Il-Kolazzjon li jingħata waqt il-Breakfast Club irid ikun konformi mad-Dokument HELP (Healthy Eating Living Plan) biex niżguraw illi l-kolazzjon ikun nutrittiv u tajjeb għas-saħħa. Informazzjoni dwar l-ikel pprovdut tidher fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Eżamijiet tas-SEC — Studenti li g·addew mir-resits

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ studenti li għaddew mir-resits tas-SEC ta’ Settembru 2017 wara li kienu attendew għal-lezzjonijiet speċjali organizzati għalihom matul is-sajf?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-informazzjoni addizzjonali li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 2242 u li tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 58 tat-28 ta‘ Novembru, 2017.

Università – Studenti li rrepetew sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ studenti universitarji li fis-sena akkademika li qegħdin fiha qed jirċievu l-istipendju minkejja li qed jirrepetu sena minħabba li ma laħqux il-livell meħtieġ fis-sena ta’ qabel? Jista’ jgħid jekk din il-miżura tapplikax ukoll għal studenti tal-Junior College li jkollhom jirrepetu sena fil-kors akkademiku tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti universitarji li f’din is-sena akkademika qegħdin, fid-data tal-lum (11.01.2018), jirċievu l-istipendju minkejja li qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom huwa 110. Din il-miżura tapplika wkoll għal studenti f’livell post sekondarju inkluż il-Junior College u kif ukoll studenti fl-MCAST.

American University of Malta – impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna li għandha minimu ta’ tmien snin edukazzjoni f’Malta, tinsab impjegata fl-American University of Malta u dan hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fl-artikolu 13.1.i?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-klawżola msemmija ma tapplikax għal dan l-istadju bikri tal-proġett u tirreferi għall-aspettazzjoni tal-enfetewta meta l-proġett ikun "at its full capacity".

American University of Malta – bord ta’ trustees

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ġie maħtur sabiex iservi fuq il-bord ta’ trustees responsabbli mill-akkademja, mill-management u mill-operat tal-American University of Malta hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fl-artikolu 16.1?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

American University of Malta Foundation – persuni maħtura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa ħatarx lil xi persuni fi kwalunkwe rwol fil-American University of Malta Foundation?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ħtart l-ebda persuna fl-American University of Malta Foundation.

Internal constitution and internal regulations of the American University of Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwa rċeviex kopja tal-internal constitution and internal regulations of the American University of Malta hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fil-proviso għall-artikolu 16.1, u jekk irċieva tali dokumenti, jista’ jippreżenta kopja tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-kontenut tad-dokument imsemmi f’din il-mistoqsija parlamentari huwa inkluż fl-IQA (Dokument ta’ Assigurazzjoni ta’ Kwalità Interna) li l-AUM kienet bagħtet lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla bħala parti mill-Akkreditazzjoni tal-Proveditur u li kien approvat mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.

American University of Malta – ħatra ta’ persuna fuq il-bord ta’ trustees

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji ġew imposti fuq il-gvern għall-ħatra ta’ persuna fuq il-bord ta’ trustees responsabbli mill-akkademja u mill-management u l-operat tal-American University of Malta, hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fl-artikolu 16.1?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.