Legislature:
Category:
Reset
Active:

Motor Sport — Fatturi/Pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25943 u 26331 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Core Curriculum Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-direzzjoni għall-istudenti tal-Core Curriculum Programme (CCP) classes waqt l-eżamijiet annwali? Jista’ jgħid ukoll jekk hux minnu li qed tingħata gwida lill-kapijiet tal-iskejjel biex dawn l-istudenti ma jattendux l-iskola fil-perjodu tal-eżamijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema Għawdxin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema Għawdxin jaħdmu f’Malta fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jgħid ukoll: i. xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin; ii. f’liema direttorat jaħdmu; iii. x'tip ta' xogħol jagħmlu; iv. kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta fil-Ministeru u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa ta’ 561.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livell ta’ impjiegi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-livell ta' impjiegi li kellha tilħaq l-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa sal-2025 permezz tar-riżoluzzjoni, li fl-2019 għaddiet l-ex sptar militari lill-konċessjonarju, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, permezz ta’ enfitewsi temporanja għal perjodu ta’ 40 sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Data għall-bidu tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jispeċifika d-data sottomessa mill-konċessjonarju fil-pjan ta’ investiment inizjali għall-bidu tal-operat tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-enfitewta wettaqx ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni kollha meħtieġa għall-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-proposta sottomessa mill-konċessjonarju? Jekk le, jista’ jgħid jekk id-dewmien huwiex ġustifikat u jekk kinux applikati penali għat-tali dewmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Educational psychologist — Assessment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-educational psychologist? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-data tal-iktar referral antika bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Statementing Board — Lista ta’ stennija għall-assessjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-Istatementing Board? Jista’ jgħid ukoll x’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika bħalissa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

In-Naxxar — Studenti - Nazzjonalità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25575 dwar studenti fl-Iskola tan-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin, kemm huma minn pajjiżi Ewropej u kemm huma minn pajjiżi terzi? Jista' jgħid ukoll minn liema pajjiż ġej kull student?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lll-Onor. Interperllant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Nazzjonalità Total ta’ studenti li jinkludi Kindergarten u Primarja Maltin 384 Ewropej 55 Barra mill-Ewropa 76

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport - Impjieg ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex ingaġġat b’xi mod ma’ xi dipartiment, awtorità, aġenzija jew kwalunkwe entità li taqa taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll meta ġie ingaġġat, ma’ min, x’inhu xogħlu u kemm hu l-ħlas li qiegħed jingħata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Novembru tas-sena l-oħra, l-individwu msemmi ġie ngaġġat bħala Policy Consultant full-time fi ħdan l-iStrategic & Priorities Unit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25448 u 25665 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25105 dwar rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi ppubblikat dan ir-rapport?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Studenti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25576 dwar studenti fl-iskola primarja u kindergarten ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-tfal huma Maltin, kemm huma minn pajjiżi Ewropej u kemm huma minn pajjiżi terzi? Jista' jgħid ukoll minn liema pajjiż ġej kull student?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lll-Onor. Interperllant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Nazzjonalità Total ta’ studenti li jinkludi Kindergarten u Primarja Maltin 224 Ewropej 129 Barra mill-Ewropa 307

Qawra, San Pawl il-Baħar — Kindergarten u Primarja - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu bħalissa n-numru ta’ tfal li qegħdin jattendu fl-iskola tal-Gvern fil-livell primarju jew kindergarten, fil-Qawra, San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fl-aħħar intake ta’ din is-sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-total ta’ studenti li fil-livell primarju u kindergarten tal-iskejjel imsemmija qed jattendu total ta’ 1,033 student.

Motor Sport — Bord/Kumitat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25944, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret, min attenda u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti ta’ kull laqgħa li saret sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-laqgħat jiġu skedati skont il-ħtieġa. Għal fini ta’ kunfidenzjalita, informazzjoni ulterjuri ma tistax tiġi ppublikat.

AIMS – Bord — Laqgħat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25945, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il laqgħa saret, min attenda u kopja tal-minuti approvati ta’ kull laqgħa li saret sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord intaqa’ b’mod regolari b’medja ta’ darba fix-xhar u l-membri tal-bord ikunu preżenti. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-minuti tal-bord, għal fini ta’ kunfidenzjalità, mhux ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

AIMS — Għaqdiet sportivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25946, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-għaqdiet sportivi li rreġistraw skont il-liġi mal-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Kif diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 25946, dan hu proċess kontinwu. Għalhekk tali nformazzjoni tista’ tiġi sottomessa appena l-proċess jiġi terminat.

National Anti-Doping Appeals Panel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa ċ-Chairman u min huma l-membri tan-National Anti-Doping Appeals Panel fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) u kemm-il darba ltaqa’ fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm każi pendenti quddiem dan il-Panel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord imsemmi jintaqa skont il-ħtieġa. Infurmat li bħalissa hemm 2 każijiet pendenti. Il-lista tal-membri jinsabu hawn taħt; Rwol Isem u Kunjom Chairperson Dr. Geoffrey Vella Membri Dr. Zackariah Esmail Dr. Raiza Oncu Dr. Sylvano Mizzi Mr. Edwin Borg Segretarja Ms. Naomi D’Amato

National Anti-Doping Disciplinary Panel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huwa ċ-Chairman u min huma l-membri tan-National Anti-Doping Disciplinary Panel fi ħdan l-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) u kemm-il darba ltaqa’ fl-2024 u fl-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm każi pendenti quddiem dan il-Panel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bord imsemmi jintaqa skont il-ħtieġa. Infurmat li bħalissa m’hemm l-ebda każ pendenti. Il-lista tal-membri jinsabu hawn taħt; Rwol Isem u Kunjom Chairperson Dr. Rolan Borġ Membri Prof. Janet Mifsud Dr. Rachel Tua Dr. Abigail Gauci Dr. Mireille Farrugia Dr. Daniela Mifsud Segretarja Ms. Christine Catania Bonello