Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-playing field fil-Ġnien Tliet Għoljiet f'Marsalforn, Għawdex hijiex tajba sabiex tintuża? Jista' jgħid ukoll jekk sarx awditjar ta' din il-playing field u jekk iva, jippubblika r-rapport?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jaħdem fuq sejħa għall-offerti biex l-equipment ta’ dan il-ġnien jinbidel u jsir skont l-istandards li jirregolaw il-playing fields.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direttur Ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hi l-persuna li fil-preżent u f'dawn l-aħħar ġranet, qed tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali (Operations) fi ħdan il-Ministeru u kif ġiet magħżula?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-persuna li qed tokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali (Operat) fi ħdan il-Ministeru, hi fuq bażi “Acting” u dan sakemm jingħalaq il-proċess tas-Senior Advisory Appointments Committee għal din il-pożizzjoni.
Bajja tal-Ġnejna – Enforcement notices fuq boathouses
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu enforcement notices fuq boathouses mibnija illegalment fil-Bajja tal-Ġnejna f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar games snin, fil-Bajja tal-Ġnejna nħareġ Avviż ta’ Infurzar wieħed. In-numru ta’ referenza dan il-każ huwa EC/105/23 li jispeċifika: Għandek żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti minn tħammil ta’ materjal u livellar tal-art biex ġiet iffurmata kamra tax-xtajta fuq sit skedat skont Notifikazzjoni tal-Gvern bin-numru 400/96. Dan l-Avviż ta’ Infurzar huwa soġġett għal multa kuljum skont LS 552.24, Regolament 3, Kategorija C.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-boathouse li fl-aħħar sentejn inbniet fil-Bajja tal-Ġnejna mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, kenitx koperta minn permessi tal-Awtorità għall-Ippjanar, u jekk le ħaditx xi azzjoni ta’ infurzar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-boathouse li qed isir referenza għaliha - li nbniet matul dawn l-aħħar sentejn fil-Bajja tal-Ġnejna - hi koperta b’Avviz ta’ Infurzar; stante li ma kien hemm l-ebda permess biex tinbena. Referenza ta’ dan il-kaz huwa EC105/23 - Għandek żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti minn tħammil ta' materjal u livellar tal-art biex ġiet iffurmata kamra tax-xtajta fuq sit skedat skont Notifikazzjoni tal-Gvern bin-numru 400/96. Dan l-Avviż ta’ Infurzar huwa suġġett għal multa kuljum skont LS552.24, Regolament 3, Kategorija C.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk baqax toroq f'Għawdex li jridu jsiru mill-ġdid u jekk iva, kemm baqa' u f’liema raħal jinsabu u jagħti l-isem tat-triq, kif ukoll kemm huwa stmat li se jiswew ix-xogħlijet pendenti fuq dawn it-toroq u meta hu maħsub li jsiru u jitlestew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament għaddej ix-xogħol fuq Triq ta’ Wara s-Sur fir-Rabat, Triq Għajn Tuta Kerċem u Triq Ħamri, Għajnsielem, u triq it-28 t’April 1688, Qala. Fil-ġimgħat li ġejjin inkunu qed jitħabbru wkoll aktar xogħlijiet fuq toroq oħra.
In-Nadur, Għawdex – Triq ir-Rabat — Retaining wall
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni fuq ir-retaining wall tal-konkos li hemm fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur, liema ħajt jidher li jista' jċedi? Jista' jgħid ukoll jekk min għamel din l-ispezzjoni, ikkonfermax li ma hemm l-ebda periklu? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar spezzjoni li saret fuq ir-retaining wall tal-konkos kien fis-sena 2023 kemm minn Perit tal-Gvern u anke minn Perit indipendenti.
SPD3/2023/082 — TENDER FOR THE TRENCHING WORKS AND LAYING OF NEW UTILITIES AT TRIQ DUMINKU MINTOFF, VICTORIA, GOZO
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex kienet tikkonsisti s-sejħa li ħarġet reċentement mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar SPD3/2023/082 - TENDER FOR THE TRENCHING WORKS AND LAYING OF NEW UTILITIES AT TRIQ DUMINKU MINTOFF, VICTORIA, GOZO u kemm kienet stmata din is-sejħa? Jista’ jgħid ukoll għaliex din it-tender ġiet ikkanċellata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet jikkonsistu f’xogħlijiet ta’ skavar u l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda tas-servizzi għall-binjiet kollha li jinsabu fi Triq Duminku Mintoff u fil-viċin. Din it-tender ġiet ikkanċellata għax l-ebda offerent ma kien technically compliant.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 15835.
Permess PA 1079/17 u Enforcement notice 1746/23 – Passi meħtieġa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15784, ngħarraf li n-numru tal-permess huwa PA 1079/17 u l-enforcement notice huwa 1746/23. Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjoni kontra dan l-iżvilupp billi inħareġ avviż ta’ infurzar, ECF194/23, bil-multi għal kull ġurnata. L-Awtorità tal-Ippjanar tieħu azzjoni diretta fuq l-avviżi ta’ nfurzar madwar Malta u Għawdex skont il-prijoritajiet u l-urġenza tal-każ.
Barra minn hekk, il-liġi tal-ippjanar tippermetti li applikant jista’ jissottometti applikazzjoni biex jinkiseb permess għal żvilupp li diġà sar. F’dan il-każ ġiet sottomessa applikazzjoni PA5248/23, qabel inħareġ l-avviż ta’ nfurzar, u li sa llum għadha pendenti.
Huwa minnu wkoll li entitajiet regolatorji oħra jistgħu jieħdu azzjoni diretta skont il-liġi rispettiva tal-entità u skont xi jkun il-każ.
Għawdex — Sannat– Triq il-Paranji – area Ta’ Rinota - toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb biex it-toroq fl-area Ta' Rinota ġewwa l-Munxar u Triq il-Paranji fis-Sannat Għawdex isiru matul is-sena 2024, peress li f'dawn l-aħħar disa' snin sar ħafna bini fihom u dawn it-toroq għadhom qatt ma saru u jaqgħu taħt ir-responsabilità diretta tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru jikkonsulta kontinwament mal-Kunsilli Lokali dwar il-ħtiġijiet tar-raħal sabiex jiġi deċiż liema toroq l-aħjar isiru.
In-Nadur, Għawdex – Triq Daħlet Qorrot – xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema xogħol jonqos fi Triq Daħlet Qorrot fin-Nadur biex ix-xogħol ikun lest kollu? Jista' jgħid ukoll meta hu maħsub li jkun lest dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li għad jonqos fi Triq Daħlet Qorrot hu li tingħata l-wearing course. It-tieni kisja mistennija tingħata aktar tard din is-sena.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Membri ta’ Entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-kumitati, bordijiet, kummissjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar? Għal kull każ, jista' jgħid min hu ċ-Chairperson u min huma l-membri ta' kull entità li taqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min kien iċ-Chairperson u l-membri tal-istess entitajiet sa qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2022?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom:
i. ’l fuq minn 65 sena;
ii. ’l fuq minn 70 sena; u
iii. ’l fuq minn 80 sena?
Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar hemm ingaġġjati dawn il-persuni - fl-irwoli indikati mill-Interpellant - skont l-etajiet kif turi din it-tabella;
il fuq minn 65 sena
5
’il fuq minn 70 sena
2
’il fuq minn 80 sena
0
Xemxija – Trakkijiet li joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex trakkijiet li qed joħorġu minn siti ta' kostruzzjoni, inkluż is-sit tal-ex Mistra Village Hotel, fix-Xemxija, għal toroq residenzjali u Telgħet ix-Xemxija, inkluż fl-inħawi tal-knisja tax-Xemxija, ma jibqgħux iwaqqgħu materjal mit-trakkijiet fl-istess inħawi, peress li dan jista’ jkun ta' periklu għas-sewwieqa, minbarra li jikkawża wkoll ħmieġ fl-inħawi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3541 u 3817 u jgħid mill-1 ta' Jannar 2020 sal-lum kemm-il triq saret mill-Ministeru tiegħu, lokalità b'lokalità? Jista' jgħid f'kull każ jekk ix-xogħol hux lest jew jekk għadu mhux lest, x'fadal isir? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienet l-ispiża totali jew l-ispiża s’issa fuq l-istess triq bi triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol fadal isir fi Triq l-Emigranti fin-Nadur? Kemm-il xahar ilu li nbeda x-xogħol, u għala f'dawn l-aħħar xhur ma tkompla ebda xogħol f'din it-triq? Jista’ jgħid ukoll meta ser jitkompla x-xogħol u meta ser titlesta minn kollox, din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet mistennija jkomplu fil-ġimgħat li ġejjin.
Proġetti ta’ parks, spazji miftuħa u afforestazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' proġetti għal parks, spazji miftuħa, afforestazzjoni u oħrajn simili li diġà bdew u mistennija li jkunu lesti sal-aħħar tat-2024 u jinkludi n-natura u deskrizzjoni qasira tal-proġett, meta beda, kemm kien il-baġit oriġinali u kemm hi mistennija li tkun in-nefqa totali wara li jkun lest il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar qed jaħdem fuq proġett biex parti minn Ġnien Ċensu Xiberras f’Kerċem issir dementia-friendly. L-Awtorità tal-Ippjanar diġà ħarġet il-permessi neċessarji u fil-preżent qed jitħejjew id-dokumenti neċessarji biex tinħareġ l-offerta pubblika (tender) għal dawn ix-xogħlijiet. Fi ftit gimgħat oħra ser jibdew ix-xogħlijiet fuq id-dwal fil-ġnien ta’ Ulysses Grove. Dan apparti li se jibdew jitwaħħlu r-railings mill-ħaddiema tal-Gvern mad-dawra tal-ġnien Ulysses Grove, li se jkun spazju miftuħ fil-periferija tal-Belt Victoria. Intant, kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3570, il-Gvern għandu wegħda li jsir spazju miftuħ biswit il-Villa Rundle. Dan filwaqt li l-parkeġġ se jiġi rilokat għal taħt l-art. Bħalissa għaddejjin id-diskussjonijiet interni biex dan il-progett isir f’din il-legiżlatura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għad-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar tas-6 ta' Ġunju 2023 fejn kien deċiż li:
'At its meeting which was held on the 6th June 2023, the Executive Council agreed that the Planning Authority will only consider garages / parking bays in the computation of parking requirements attached to development proposals. Third party owned garages / parking bays should not be considered as part of the parking requirements. More importantly, parking provisions has to be provided on site and not elsewhere',
jista’ l-Ministru jgħid jekk f’applikazzjonijiet għal bdil ta' użu minn garaxxijiet domestiċi ta' terzi għal użu kummerċjali b’użu lokali, l-applikanti għal bdil ta' użu għandhomx jiġu mġiegħla jħallsu għall-UIF / CCPS meta jintilef spazju ta' parkeġġ minn blokka ta' appartamenti li huma ma humiex is-sidien tagħha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Kiri ta’ bini mill-privat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inkrew binjiet ġodda mingħand il-privat mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu bejn l-1 ta' Novembru 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kull każ għal liema skop inkrew dawn il-binjiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm kirjiet ta’ binjiet ġodda li mhux inklużi fit-tabella annessa mal-mistoqsija parlamentari 3721.