Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #6859 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — annual report

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum għadu ma tressaqx l-annual report tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-Parlament minkejja li għadda ż-żmien stipulat mil-liġi li dan isir sa sitt ġimgħat mis-sena finanzjarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6860 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Urban Conservation Areas - permessi ta' twaqqiegħ ta' djar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi ta' twaqqiegħ ta' djar fl-Urban Conservation Area sa mill-bidu ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6861 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-kumpless Hexagon house

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid kemm sewa x-xiri tal-kumpless Hexagon House mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u kif qed jitħallas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6862 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħlasijiet mal-kuntratturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħlasijiet għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma' kuntratturi u refunds tal-permessi u kemm ilhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6883 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liġi il-ġdida fuq it-turiżmu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6607 u jikkonsidra li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċini tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6889 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Marsa — korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel - upgrade

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk jeżistux pjani biex iż-żona kollha fl-inħawi tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa tiġi embellished u tingħata l-attenzjoni bħala żona b'aspett turistiku, aktar u aktar meta ta' kull ġimgħa operaturi tat-turisti jniżżlu coaches mimlija turisti jsegwu t-tiġrijiet taż-żwiemel f'dawn l-inħawi? L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qatt ikkunsidrat li tgħid biex din iż-żona tiġi upgraded biex tiġrijiet taż-żwiemel ikunu jistgħu jiġu rreklamata aktar bħala attrazzjoni oħra għat-turisti li jżuru l-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6899 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Wied il-Lunzjata — Skart u ħmieġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6620 u 6396 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6905 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Power station ta' Delimara — Emissjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6740 u 6537 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar l-emissjonjiiet mill-power station ta' Delimara matul is-sena 2008 u fis-sena 2009 sal-lum, partikolarment dwar particulate matter li spiss nirreferu għalih bħala trab fin? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Statement of Defence tal-4 ta' Awissu 2008 li Malta bagħtet lill-Unjoni Ewropea bi tweġiba għall-infringement 2006/2407 li jikkonċerna d-direttiva 2001/80/KE tal-Unjoni Ewropea dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni u dan b'rabta ma' l-operazzjoni ta' l-impjant ta' l-istim Fazi Nru 1 tal-power station ta' Delimara u tal-power station tal-Marsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa l-Enemalta għadha ma bdietx tkejjel il-konċentrazzjoni tat-trab (u sustanzi inkwinanti oħra) fil-gassijiet li jintremew kemm mill-impjant ta’ Delimara kif ukoll mill-impjant tal-Marsa, u għalhekk il-Mepa għad m’għandiex din id-data. Peró ninsabu nfurmati li nħareġ tender għall-installazzjoni ta’ automated measuring systems (AMS) maċ-ċmieni kollha tal-impjanti ta’ Delimara u tal-Marsa. Dan it-tender ġie aġġudikat u l-ikkummissjonament ta’ dan l-apparat beda. Aktar tard ġejna nfurmati li għal raġjunijiet tekniċi m’huwiex possibbli li jitwaħħal il-probe tal-AMS maż-żewġ ċmieni tal-open cycle gas turbines (OCGTs) tal-impjant ta’ Delimara. Għaldaqstant il-konċentrazzjoni tas-sustanzi inkwinanti fil-gassijiet mormija mill-OCGTs ser ikollha tiġi stmata b’metodi alternattivi. Fl-opinjoni tal-MEPA dan ma għandux ikun ta’ problema għax normalment l-OCGTs jintużaw għal inqas minn 500 siegħa fis-sena. Il-MEPA hija nfurmata li bħalissa l-Enemalta qed tikkalibra l-AMS kollha li twaħħlu mal-bqijja taċ-ċmieni fl-impjanti tal-Marsa u ta’ Delimara u dawn mistennija li ma jdumux ma jibdew jiġġeneraw id- data . Nistmaw li sa ma jkun ħareġ il-permess IPPC għall-Impjant ta’ Delimara dawn ikunu qed jiffunzjonaw kompletament.
Leg 11 PQ #6911 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Clubs tal-futbol Ingliż

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm avviċinamenti minn clubs tal-futbol Ingliż apparti x-Sheffield United biex l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta tisponsorjahom? Kemm hu fattibbli li l-isponsorship isir ma' team tal-Premier League jew Serie A?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6946 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul ta' flus mill-multi tal-wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6713 u jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens għas-snin 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6947 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Ġunju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li fihom mistennija jsiru l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Ġunju li ġej?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lokalitajiet li ser ikollhom l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’Ġunju li ġej huma dawn: Mdina, Bormla, Żabbar, Rabat (Għawdex), Birkirkara, Fgura, Gudja, Għarb, Għaxaq, Kalkara, Lija, Marsaskala, Mġarr, Msida, Naxxar, Pietà, Rabat (Malta), San Ġwann, Sannat, Sliema, Tarxien, Xgħajra, Mtarfa.
Leg 11 PQ #6968 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Photovoltaic cells

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6252, 5929, 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7004 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Safi u Ħal Far — barracks - manutenzjoni fuq gradjoli

Question

Jista' l-Ministru jara x'jista' jsir biex gardjoli li fihom jistkennu suldati fil-barracks ta' Ħal Safi u Ħal Far, fejn hemm d-detention service, issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li s-Servizz ta’ Detenzjoni qiegħed jagħmel eżerċizzju sabiex jinbiddlu l-gardjoli li sfaw imkissra bl-irjieħat qawwija li ħakmu l-pajjiż dan l-aħħar filwaqt li jissewwew il-gardjoli li għandhom ħsara minima.
Leg 11 PQ #7022 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Azzjoni Industrijali

Question

Billi matul il-ġimgħat li għaddew kien hemm azzjoni industrijali għaddejja fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, li għal xi jiem wasslet biex lanqas jiġu aċċettati karti fir-reception tal-Awtorità, jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni dwar jekk minn kellu karti li suppost daħlu f'dawk il-jiem fil-fatt hux se jiġu penalizzati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7024 Sitting 92 2009-03-16 Oral · Interim From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali Imġarr — Bini ta' Day Centre

Question

Billi l-Kunsill Lokali tal-Imġarr ħa l-inizjattiva biex jibni day centre, jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fil-fatt il-kunsill lokali jkun mgħejjun biex ikompli jibni u forsi wkoll biex 'il quddiem jamministra l-istess binja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — proġetti għall-Qawra, Buġibba, Salina u San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta ħaditx il-konferma mill-Planning and Priorities Coordination Division biex tibda l-proġetti maħsuba għall-Qawra, Buġibba, Salina u San Pawl il-Baħar? Jekk iva, kemm huma dawn il-fondi strutturali mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk apparti dawn il-fondi hux se jkun hemm fondi oħra ivvotati għal dawn il-progetti minn fondi pubbliċi? Jekk iva, kemm? Jista' jgħid xi tħejjijiet s'issa għamlet l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dwar dawn il-proġetti, u dan b'referenza għat-tweġiba parlamentari li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 512 tat-23 ta' Mejju 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu — proġetti turitiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-proġetti msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 512 tat-23 ta' Mejju 2008, jigifieri li: a) Il-proġetti turistiċi li hemm maħsuba mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu għall-inħawi tal-Qawra, Salina, Buġibba u San Pawl il-Baħar tlestewx? Jekk ma tlestewx, meta se jitlestew, jiġifieri x' deadline għandu l-Gvern biex dawn il-proġetti jitlestew? b) Jista' jgħid lestiex it-tisbiħ tat-triq tul il-baħar f'San Pawl il-Baħar, f'titjib tal-bankini u l-promenade li kellu jibda minn ħdejn il-kappella ta’ San Pawl, ikompli minn maġenb il-Menqa, is-Sirens u t-Torri ta’ Wignacourt u jispiċċa qrib l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar? ċ) Jista' jgħid tlestietx il-faċilità edukattiva, ġnien promenade fil-Qawra li kellu jinkludi ġnien b’landscaping u b’seating biex joħloq spazju miftuħ ta’ ċertu kobor minn fejn il-pubbliku jista’ igawdi veduti tal-baħar, u li kellu jipprovdi ukoll żewġ attrazzjonijiet li ser ikunu akwarju u mużew ta’ l-arkeoloġija marittima, u faċilitajiet oħra li kellhom jipprovdu teatru Grieg u ċentru għall-iskejjel tad-diving? d) Jista' jgħid xi żvilupp u x'titjib sar tal-bajja fil-Qawra, liema proġett kellu jinvolvi fit-tkabbir tal-bajja bir-ramel u interventi oħra mal-kosta? e) Jista' jgħid x'budget kien hemm u hemm għal dawn il-proġetti minn fondi pubbliċi, apparti xi fondi mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Proġetti turstiċi — upgrade tal-infrastruttura u ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi proġetti turistiċi u oħrajn għal upgrade tal-infrastruttura u ambjent, hemm maħsuba partikolarment għall-area ta' Buġibba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Buġibba u Qawra — Lukandi u akkomodazzjonijiet turitiċi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid matul dawn l-aħħar għaxar snin kemm għalqu lukandi, hostels u postijiet oħra ta' akkomodazzjoni turistika fl-area ta' Buġibba u Qawra (sena b'sena, lokal b'lokal)? Jista' jgħid kemm għaldaqstant intilfu soddod u akkommodazzjoni turistika f'dawn il-lokalitajiet? Jista' jgħid kemm-il lukanda, hostels u postijiet oħra ta' akkomodazzjoni matul dawn l-aħħar għaxar snin twaqqgħu u minflokhom telgħu binjiet oħra? X'tip ta' binjiet? X'policy għandu l-gvern fir-rigward għal din l-area, i.e. Buġibba u Qawra għal bini jew ftuħ ta' lukandi, hostels u akkomodazzjoni turistika oħra u dan sabiex jiżdiedu s-sodod għat-turisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.