Mingħajr ma fl-ebda mod nipprova nitfa xi dell fuq il-ħiliet, il-kompetenzi u l-integrità tal-persuna kkonċernata, iħoss l-Prim Ministru li hemm bzonn kjarifika pubblika għaliex hu ħatar bħala Chairman tal-iStrategic Environment Assessment Audit Team kif ipprovdut mill iskeda 6 tal-LN 418/05 (bil-ghan li dan il-kumitat jservi bhala l-awtorità kompetenti biex jiddeciedi fejn u jekk SEA tkunx meħtiega kif wkoll sabiex jimmaniggja il-process sħiħ tal-SEA) l-istess persuna li kienet il-lead writer tal-abbozz riċenti tal WASTE MANAGEMENT STRATEGY li ser jkun soġġett għall-SEA u b'rizultat ta' dan ic-Chairman tal-SEA Audit Team ser jispicca jimmaniġġja process dwar dokument strategiku li ħejja huwa stess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija tat ir-riżenja tagħha mill-kariga li kienet tokkupa fi ħdan l-iStrategy Team li fassal l-abbozz ta’ konsultazzjoni dwar l-ewwel reviżjoni ta’ l-iStrateġija għall-iMmaniġjar ta’ l-iSkart u li issa ma għandha l-ebda involvement f’dan il-proċess.
Tajjeb ukoll li wieħed jikkjarifika li huwa l-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali li qiegħed imexxi kemm il-proċess ta’ konsultazzjoni kif ukoll dak ta’ l-SEA u li dan il-Ministeru diġà qabbad konsulenti privati biex iħejju l-istudji li huma neċessarji biex isir l-i
Strategic Environmental Assessment
.
Nixtieq ngħid ukoll li d-deċiżjoni li għandu jsir SEA fuq ir-reviżjoni ta’ l-iStrateġija dwar l-iMmaniġjar ta’ l-iSkart saret mill-SEA Audit Team taħt dan l-istess Chairman.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3230, jista l-Prim Ministru jgħid f’liema data l-Gvern kien ħareġ sejħa għal tender? X’inhuma l-kriterji li jistabbilixxu meta jkun iż-żmien propizju biex tinħareġ tender ġdida?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq attivitajiet kulturali u turistiċi imtella' separatament fil-Birgu, Bormla, Isla u Kalkara mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jikkonsidra l-Prim Ministru li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċni tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 6541.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu għadha topera
network
ta’ uffiċini barra minn Malta li jkopri l-istess swieq li kienu koperti fl-2004. Inżammu wkoll uffiċini fi swieq kunsidrati bħala importanti ħafna bħar-Renju Unit, il-Ġermanja u l-Italja. L-MTA m’għadhiex tħaddem impjegati fl-uffiċini ta’ Moska, Pariġi, Stokkolma u Amsterdam iżda għandha kuntratt ta’ servizz mar-rappreżentanti f’dawn is-swieq. L-uffiċċju fl-Istati Uniti kien ingħalaq fl-2003 għal raġunijiet strateġiċi, l-istess kif ġara fil-każ tal-uffiċċju li kien jinsab fl-Ambaxxata Maltija f’Beijing. F’dawn iż-żewg każi, il-
fixed cost
assoċjat maż-żamma ta’ l-uffiċini kien kunsidrat għoli wisq meta mqabbel mal-ammonti ta’ turisti attirati minn dawn iż-żewġt iswieq.
Elezzjoni ġenerali — Nies li ġew minn barra biex jivvutaw
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5158 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm ivvutaw nies fis-siegħa żejda li ngħatat fl-aħħar elezzjoni ġenerali? Jista' jgħid kemm ivvutaw nies li ġew minn barra minn Malta bl-ajruplani apposta biex jivvutaw? Minn fejn kienu dawn in-nies u fi x'ħin illandjaw l-ajruplani li kienu qed iġorru n-nies? X'ħin għamlu iċ-checkout dawn il-passiġġieri? Minn liema pajjiżi ġew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali żżomm biss statistika dwar kemm ivvutaw nies fl-elezzjonijiet ġenerali fis-2.00pm u f'għeluq il-votazzjoni. Għaldaqstant m'hemmx informazzjoni oħra dwar numru ta' votanti f'ħinijiet oħrajn. L-anqas ma jinżammu ammonti dwar kemm ivvutaw nies li ġew minn barra minn Malta. L-Air Malta nfurmat lill-Kummissjoni Elettorali li 3,057 persuna wżaw it-titjiriet speċjali bi prezz sussidjat iżda l-Kummissjoni m'għandhiex l-informazzjoni l-oħra mitluba.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Urban Conservation Areas - permessi ta' twaqqiegħ ta' djar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi ta' twaqqiegħ ta' djar fl-Urban Conservation Area sa mill-bidu ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1994 u Frar tal-2009, il-PA u l-MEPA approvaw iżjed minn 16493 permessi ta' twaqqiegħ ta' strutturi fl-Urban Conservation Area.
Is-sistema ta' l-informatika ta' l-Awtorita` ma tagħmilx distinzjoni bejn twaqqiegħ ta' djar jew strutturi oħra.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet approvati li għandhom Policy Constraint ta' Urban Conservation Area jew Village Core u li fil-proposta għandhom il-kliem "twaqqiegħ", "demolition", jew "demolish".
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-kumpless Hexagon house
Question
Jista l-Prim Ministru jgħid kemm sewa x-xiri tal-kumpless Hexagon House mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u kif qed jitħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xiri tal-utile dominum temporanju tal-kumpless Hexagon House mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sewa € 4,258,094.57 (Lm1,828,000). Dan ġie ffinanzjat € 1,164,686.70 (Lm500,000) minn fondi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-bilanċ ta' € 3,093,407.87 (Lm1,328,000) minn self mill-iskema tas-CPPS. Dan għandu jitħallas lura ġo l-iskema fuq medda ta' erba' snin.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6607 u jikkonsidra li jabolixxi t-taxxa l-ġdida li mill-1 ta' Jannar 2010 kull turist iħallas €0.50 għal kull lejl li joqgħod Malta? Jista' jgħid jekk jikkonsidrax ukoll li jerġa' jiftaħ l-uffiċini tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu barra minn Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6607.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6611 u jiddikjara jekk jaqbilx li f'żoni residenzjali ma jkun qatt aċċettat li jinfetħu ħwienet ġodda tal-logħob tal-azzard? X'għandu xi jgħid għall-applikazzjoni ta' ftuħ ta' ħanut tal-azzard fi Vjal il-25 ta' Novembru, ż-Żejtun, f'żona residenzjali?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6252, 5929, 5624, 5278, 4694 u 3520 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' spazju għandu l-Gvern fid-dipartimenti/aġenziji/awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru, fil-bjut tal-binja tiegħu? Kemm minn dan l-ispazju f'persentaġġ għandu photovoltaic cells?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti msejħa Original Survey Reports magħmula mill-konsulenti mqabbda mill-WasteServ fir-rigward tal-istudji in konnessjoni mal-E.S. dwar il-proċess tal-Impjant għar-riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn? Jista' jagħti r-raġunijiet għala dawn l-Original Survey Reports tal-konsulenti, li qed issir referenza għalihom, ma ġewx ippubblikati kif jitolbu l-E.I.A. Regulations 2001 Art. 20(4)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Art. 20(4) tar-Regolamenti dwar l-Istudju fuq l-Impatt Ambjentali tal-2001 jirreferi għall-'Original Environmental Survey Reports' li fil-proċess tal-EIA ifissru l-istudji tal-baseline li jkun saru biex janalizzaw l-impatti tal-iżvilupp.
Fil-każ tal-Environmental Impact Statement li ġie ikkommissjonat mill-Wasteserv għar-rigward ta' l-Impjant tar-Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin, dawn l-istudji ġew inkorporati fil-Coordinated Assessment Report li sar b'konnessjoni ma' dan l-iżvilupp. Għalhekk f'dan il-każ, l-informazzjoni essenzjali kollha mitluba biex tittieħed deċiżjoni infurmata kienet tinsab ġewwa l-EIA fil-forma ta' kapitli differenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Impjant għar-Riċiklaġġ ta' Sant' Antnin — Studji bażiċi fuq Terms of Refence
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-istudji bażiċi (baseline studies) li jidhru hawn taħt u li huma ndikati fit-Terms of Reference (TOR) li abbażi tagħhom saru l-istudji in konnessjoni mal-proċess rigward l-impjant għar-riċiklaġġ ta' Sant' Antnin f'Wied il-Għajn, baqgħu ma sarux:
a) TOR Art.4.9:
prevailing background on noise levels
b) TOR Art 4.10: the current background levels of pollution. Details on prevailing wind and climate conditions shall also be included, amongst other relevant parameters
ċ) TOR Art 4.11: An assessment of current levels of odours; An assessment of current levels of dust; Odour panel should be also considered
d) TOR Art. 4.12: Existing rodent population around the site
e) TOR Art. 4.13: The Existing level of contamination of the site shall be investigated?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-Environmental Impact Assessment relatat ma' l-iżvilupp tal-Impjant ta' Sant'Antnin, il-baseline studies (studji bażiċi) ġew inkorporati bħala parti integrali fil-kapitli differenti ta' dan ir-rapport. Għaldaqstant, l-istudji imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari 7013, jinsabu f'dawn il-kapitli tal-EIA:
a)
Prevailing background on noise levels
- Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 12 tal-EIS;
b)
Current background levels of pollution. Details on prevailing wind and climate conditions shall also be included, amongst other relevant parameters
- Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 13 tal-EIS;
c)
An assessment of current levels of odours; an assessment of current levels of dust; Odour panel should be also considered
- Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 13 tal-EIS;
d)
Existing rodent population around the site
- Dawn l-aspetti ġew studjati f'Kapitlu 14 tal-EIS;
e)
Existing level of contamination of the site shall be investigated
- L-aħħar kummenti li ġew traċċati fil-
file
juru li dan l-istudju baqa' ma sarx, anke wara it-tieni
round
ta' kummenti fuq l-EIS.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4875 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' inkjesta maġisterjali u xi rapporti oħra jekk saru, rigward l-isplużjonijiet li seħħew fl-Impjant ta' Sant'Antnin f'Lulju 2005?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi mir-records ta’ l-inkjesti Maġesterjali miżmuma fir-Reġistru tal-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali, ma jirriżultax li kien hemm xi inkjesti Maġisterjali fuq l-allegati splużjonijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tħaffir tat-trinek fit-toroq tal-Belt?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ħarġet 24 permess għal tħaffir ta' trinek fil-Belt Valletta. Dan sar sabiex jitqegħdu mains ta' ilma, drenaġġ u cables taħt l-art. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-permessi.
Dawn il-permessi ġew approvati mill-Kummissjoni għall-Kontroll tal-Iżvilupp. Madanakollu, hemm permessi oħrajn li jinħarġu min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport b'konsultazzjoni mal-MEPA.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Ċirkewwa - terminal ġdid
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru tal-applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għad-disinn ġdid tat-terminal taċ-Ċirkewwa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru tal-applikazzjoni sottomessa mill-Malta Maritime Authority bil-proposta: To demolish existing building and construct a ferry terminal hu PA 6148/08.
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar kemm hemm kumitati konġunti dwar id-dawl fit-toroq? Kif inhuma komposti? Kemm-il darba iltaqgħu? Kemm isir infieq b'mod dettaljat f'kull kumitat minn meta inħolqu? Min hu l-kordinatur jew
project manager
ta' kull kumitat u kemm jaqla' flus?
Jista' l-Prim Ministru jħid mis-sena 2000 sena b'sena, liema huma l-kunsilli lokali li ma ssottometewx il-financial statement?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-nuqqas li l-Kunsill japprova l-financial statements mhux ikkunsidrat taħt il-mezzi punittivi li jitnaqqsu flus mill-allokazzjoni finanzjarja. Nuqqas persisteni jista’ biss iwassal għall-mezz punittiv ta’ xoljiment tal-Kunsil skond l-Artikolu 22 ta’ l-Att dwar Kunsill Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kunsilli lokali li għamlu talba biex tiġi devoluta proprjetà pubblika lilhom? Liema huma dawn il-kunsilli lokali? Meta għamlu t-talba? X'inhu l-iskop tad-devoluzzjoni ta' kull kunsill?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6564 u jgħid kemm intnefqu flus fuq attivitajiet kulturali u turistiċi imtella' separatament fil-Birgu, Bormla, Isla u Kalkara mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mis-sena 2000 sal-lum, sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6564.
Forzi Armati ta' Malta — Maritime Squadron - ilbies protettiv
Question
Jista' l-Prim Ministru jara jekk jistax jitjieb l-ilbies protettiv tal-Maritime Squadron tal-Forzi Armati ta' Malta minħabba r-riskji ta' mard infettiv waqt il-qadi ta' dmirhom mal-immigranti illegali li jkunu ilhom f'dgħajjes mingħajr faċilitajiet sanitarji għal ħafna sigħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għal mistoqsija parlamentari numru 7186 ninsab infurmat li kull patrol boat tal-Forzi Armati hi mgħammra b’first aid box, diżinfettant personali kif ukoll għat-tindif tal-gverta ta’ l-istess patrol boat, disposable gloves, disposable face masks, over-all protective suits u body bags għal meta jinġabar xi kadavru.
Għalkemm dejjem hemm lok għal titjib l-apparat imsemmi jissodisfa l-ħtiġijiet neċessarji sabiex jipproteġi l-membri tal-Forzi Armati għal dak il-perjodu li huma jkunu f’kuntatt ma’ l-immigranti it-traġitt tagħhom sakemm jaslu l-art.