Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #7290 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Skema CPPS - ammont ta' flus

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li ġabret il-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mill-iskema CPPS u li sal-lum għadhom għandha u ma sarx użu minnhom? Jistgħu dawn il-flus jinqasmu skond il-lokalità li nġabru minnha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7339 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

bini ta' serra fil-kampanja — applikazzonijiet

Question

Billi jirriżulta li numru ta' applikazzjonijiet għall-bini ta' serra, naturalment fil-kampanja, u allura f'outside development zone areas, ilhom pendenti xhur biex jiġu determinati, jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dawn l-applikazzjonijiet jitħaffu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità se tagħmel ħilitha biex kemm dawn l-applikazzjonijiet, kif ukoll oħrajn, jitħaffu dment li dan ikun raġonevolment possibbli. Naturalment, wieħed irid iqis ukoll diversi fatturi bħalma huma l-kontenut u l-merti ta' l-applikazzjonijiet individwali u tas-siti proposti, kif ukoll l-implikazzjonijiet fuq l-ipproċessar ta' applikazzjonijiet oħra.
Leg 11 PQ #7346 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Rabat - Triq Lunzjata

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6620 u 6396 li oriġinarjament saru lill-Ministeru għall-Għawdex u issa ġew riferuti lilu u jgħid: Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tara li dan l-inkonvenjent jiġi indirizzat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6620.
Leg 11 PQ #7349 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — Nadur - Triq Qortin

Question

Peress li r-residenti ta' Triq Qortin, Nadur, Għawdex qed jilmentaw minħabba l-kwantità ta' ilma li din it-triq qed iżżomm kif ukoll dwar l-istat ħażin tat-triq u dan b'inkonvenjent għall-istess residenti, jista` l-Prim Ministru jara li din il-problema tiġi ndirizzata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi din it-Triq għad m’għandhiex servizz ta’ drenaġġ. Il-Kunsill qiegħed f’taħditiet mal-awtoritajiet konċernati biex ir-residenti jingħataw is-servizz tad-drenaġġ. Sadanittant, il-Kunsill qed jagħmel manutenzjoni ta’ din it-Triq permezz ta’ patching. Il-Kunsill hu konxju li jrid isir xogħol ta’ wiċċ ġdid u qed jistenna illi jsir is-servizz tad-drenaġġ qabel ma jagħmel dawn ix-xogħlijiet.
Leg 11 PQ #7353 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Lukanda abbandunata

Question

B'referenza għal-lukanda li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha magħluqa flimkien mal-annexe tagħha għal madwar sitt snin, minkejja li s-sidien tal-post tellgħu ħajt tal-bricks mad-daħla tal-lukanda, għad hemm nies li qed jidħlu fil-premises tal-ex lukanda mill-bieb ta' wara u mill-ex-store ta’ bay junction bil-konsegwenza li nies li jkunu qed jiffrekwentaw bars fil-viċin qegħdin jużaw dan il-bini abbandunat bħala toilets b’inkonvenjent kbir għas- saħħa tar-residenti tal-inħawi. B’żieda ma' dan, kull meta jkun maltemp bir-riħ qawwi, diversi corrugated panels qed jagħmlu ħsejjes kbar li qed ikunu ta' inkonvenjent għall-istess residenti. Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji biex dan il-premises mitluq ma jibqax jkun ta’ inkonvenjent għar- residenti tal-inħawi, aktar u aktar minħabba l-istat ta’ abbandun li jinsab fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7358 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environment enforcement notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7236 u jgħid kemm inħarġu environment enforcement notices mill-Ispetturi ta’ l-Ambjent, sena b’sena mill-2002 sa l-2008? Dawn kif kienu mqassmin bejn tniġġis, ħsara jew qtil ta’ speċi protetti, twaqqiegħ ta’ ħitan tas-sejjiegħ, importazzjoni ta’ speċi protetti, scrap yards illegali, tħaddim ta’ impjanti mhux skond ir-regoli ambjentali u rimi ta’ skart?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7376 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dħul ta' flus mill-multi tal-wardens

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7222, 6946 u 6713 u jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens għas-snin 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6713.
Leg 11 PQ #7426 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjanti kbar — gassijiet fl-arja kkundizzjonata

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'faċilitajiet jeżistu biex gassijiet li jintużaw f'sistemi tal-arja kkundizzjonata fl-impjanti kbar li jaħdmu b'chillers, liema gassijiet huma teknikament magħrufa bħala 400C u 410A, jiġu skartati u mwarrba? Dawn it-tip ta' gassijiet, qed jintremew lokalment jew iridu jiġu mibgħuta barra minn Malta? Jekk is-sitwazzjoni hija li jintbagħtu barra minn Malta, hemm xi forma t'għajnuna biex kumpanniji nvoluti f'dan is-settur, jiġu inċentivati jiġbru dawn il-gassijiet, fl-aħħar interess tal-ambjent minflok jitilqugħhom fl-arja biex jiffrankaw xogħol u spejjeż żejda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ‘l-Wasteserv Malta Ltd.’ hija l-Kumpanija responsabbli għall-ġbir u immaniġjar ta' dawn il-gassijiet meta jkunu waslu biex jintremew. Minħabba li f'Malta m'għandniex il-faċilitajiet biex dawn il-gassijiet jiġu distrutti jew irriċiklati, Wasteserv Malta Ltd. qegħda tiġbor u taħżen dawn il-gassijiet miġjuba lilha mill-industrija kkonċernata. Fl-aħħar komunikazzjoni li l-MEPA kellha ma’ Wasteserv Malta Ltd., il-MEPA kienet infurmata li l-gassijiet li l-Wasteserve ġabret sa issa huwa limitat u mhux vijabbli li tesportah imma għalissa qed tistorjah. Għalhekk, s’issa għadu qatt ma ġie esportat l-ebda gass għad-distruzzjoni jew riċiklaġġ. Għar-rigward ta' inċentivi u għajnuna (finanzjarja jew oltre) għall-kumpaniji u l-industrija in ġenerali, il-MEPA ma taf bl-ebda forma ta' dawn it-tip ta' mekkaniżmi ta' assistenza. Għaldaqstant, il-Wasteserv qegħda tkun ikkonsultata fuq dan il-punt minħabba illi jista’ jkun hemm xi pjanijiet għal skemi ta' assistenza min-naħa tagħha.
Leg 11 PQ #7490 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Minisitru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7510 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Informazzjoni mitluba f'mistoqsijiet parlamentari

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex aċċettabbli li informazzjoni mitluba f'mistoqsija parlamentari ma tingħatax minkejja li jkunu għaddew ġimgħat sħaħ minn meta saret, bl-iskuza li l-informazzjoni għada qed tinġabar, meta jiem qabel uffiċjal għoli tal-Gvern ippubblika l-istess informazzjoni f'ġurnal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika għal-liema mistoqsija parlamentari qed jirreferi.
Leg 11 PQ #7516 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Ġnien C. Mifsud Bonniċi - latrina pubblika

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5478, fejn il-Prim Ministru qal li qed isir tibdil fil-pjanti sabiex tkun tista' tinbena latrina pubblika fi Ġnien C. Mifsud Bonniċi Bormla, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress peress li reġa' wasal sajf ieħor u dan il-ġnien jerġa' jibda jkun frekwentat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7517 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bormla — Pjazza Santa Margerita - bini ta' underground car park

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarx xi progress dwar il-bini ta' underground car park taħt Pjazza Santa Margerita Bormla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7571 Sitting 98 2009-04-01 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li r-rakkmandazzjoni tagħhom kienet overturned min-naħa tal-Bord tad-DCC matul is-sena 2008? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar u maqsuma taħt it-tliet bordijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Żvilupp fuq konstruzzjoni

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta jkun hemm żvilupp ta’ konstruzzjoni, fuq liema linja ta’ żvilupp joħorġu l-permessi fuq dik tal-2002, 2006 jew l-2009? Meta jingħata permess għall-iżvilupp ġdid jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ambjent naturali tal-post? Isir environment impact assessments? Jekk mhux fuq kull proġett, fuq liema proġetti jiġi mitlub?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, applikazzjonijiet għal izvilupp jiġu deċiżi skond il-liġi tal-Ippjanar u l-Iżvilupp 2001. Jiġu wkoll ikkunsidrati l-linji gwidi Policy and Design Guidance 2007, il- Pjanijiet Lokali, l-Pjan ta’ Struttura u regolamenti oħra hekk kif stabbiliti mill-istess liġi. Bħala aspett essenzjali tad-deċiżjoni dwar il-ħruġ jew rifjut ta' permess għall-iżvilupp, trid titqies sew il-kompatibilità o meno ta' l-iżvilupp propost ma' l-ambjent ta' madwaru. F'deċiżjonijiet li jolqtu artijiet li jinsabu fil-kampanja jew inkella li fihom xi wirt naturali ieħor importanti, jinħtieġ li mhux biss tingħata attenzjoni qawwija lill-ambjent naturali iżda wkoll lill- policies protettivi u lir-restrizzjonijiet legali relevanti, tant li (skond il-merti tal-każ) permess ma jinħariġx jew inkella jinħareġ b'kundizzjonijiet u limitazzjonijiet xierqa. Tista' tkun meħtieġa wkoll valutazzjoni ta' l-impatt ambjentali ( environment impact assessment - EIA) jew studji oħra tekniċi, bħala parti mill-istess proċess. Il-kriterji dwar liema proġetti jeħtieġu EIA huma stabbiliti fl-Avviż Legali 114 ta' l-2007, b'mod partikolari fl-elenku li jinsab fl-aħħar parti ta' l-istess avviż legali.
Leg 11 PQ #7035 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Far u Ħal Safi — detention centre - spiża totali ta' ħsarat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-ħsarat li saru fid-detention cenres ta' Ħal Far u Ħal Safi minn Jannar 2007 sa l-aħħar ta' Frar 2009? Min ħallas għal dawn il-ħsarat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7249 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żejtun — tneħħija ta' ħajt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6990 u jgħid jekk il-persuna li mar jagħmel spezzjoni fuq il-post imsemmi sabx strutturi kemm temporanji u/jew permanenti, mibnija illegalment u mingħajr permess u dan b'periklu ċar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 7249 nixtieq ninforma lill Onorevoli Interpellant illi wara investigazzjonijiet, irriżulta li hemm xi strutturi li mid-dehra nbnew snin ilu mingħajr permess, u li fuqhom ser jinħareġ Enfocement Notice. Tajjeb li ninforma illi l-vettura imsemmija f'PQ 5987 tneħħiet mill-post. Is-sit ser jibqa’ jkun sorveljat minn żmien għal żmien.
Leg 11 PQ #7271 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema għal Proġetti Turistiċi — fondi strutturali ewropej

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6340 li oriġinarjment saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-€10 miljun li ġew allokati għall-Iskema għal Proġetti Turstiċi minn fondi strutturali Ewropej hux se jibbenifikaw minnhom operaturi turistiċi Għawdxin? Jekk fl-affermattiv, liema huma l-operaturi li jistgħu jibbenefikaw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7273 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — complaince certificate - applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm irċiviet applikazzjonijiet għall-complaince certificate l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (elettriku u ilma) għas-snin 2007 u 2008 kull sena separatament? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? Kemm irċiviet l-awtorità applikazzjonijiet għas-sena 2009 sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7278 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — rapport annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6921 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għas-sena 2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7284 Sitting 97 2009-03-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Annual Report

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6986 u jgħid għaliex ir-rapport annwali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar 2008 għadu ma ġiex ippubblikat u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra? Jidhirlu li dan qed imur kontra l-legal frameworks kif ipprovdut mid-Development Planning Act li jirrigwarda financial reporting tal-awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.