Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-allokazzjonijiet finanzjarji li ġew imqassma lil kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex (jiġifieri lokal, lokal) skont il-funzjonijiet tagħhom għas-sena 2009/2010?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsilli Lokali għas-sena 2009/2010.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienu l-allokazzjonijiet finanzjarji li tqassmu lil kull kunsill lokali f'Malta u Għawdex (jiġifieri lokal lokal) skont il-funzjonijiet tagħhom għas-snin 2008/2009, 2007/2008, u 2006/2007?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll l-allokazzjoni għas-sena finanzjarja 2009-10.
Din it-tweġiba ġiet ikkoreġuta bid-dokument Nru. 2062 li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 101 tal-21 ta' April 2009.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-għotja finanzjarja għall-attività/attivitajiet kulturali? Liema huma l-kunsilli lokali li se jibbenefikaw? X'inhu l-ammont li se jingħata lil kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kunsill Lokali li applikaw għall-iskema dwar Attivitajiet Kulturali kienu dawn:
Mdina, Birgu, Isla, Qormi, Żabbar, Żejtun, Rabat (Għawdex), Floriana, Fontana, Għajnsielem, Għarb, Għasri, Hamrun, Kerċem, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mqabba, Munxar, Nadur, Qala, Qrendi, San Ġwann, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Xagħra, Żebbuġ (Għawdex), Żurrieq u Mtarfa.
Il-Kunsilli li ser jibbenefikaw minn din l-iskema huma dawn:
€
Mdina 6,000
Birgu (żewġ skemi) 5,500
6,000*
Isla 5,500
Qormi (żewġ skemi) 4,500
5,500
Żabbar 4,000
Rabat (Għawdex) 5,000
Floriana 5,500
Fontana 4,500
Għajsnielem 5,000
Għarb 5,000
€
Għasri 4,500
Hamrun 5,000
Kerċem 4,500
Marsaxlokk 4,500
Mellieħa 4,500
Mqabba 5,000
Munxar 5,000
Nadur 4,500
Qala 4,500
Qrendi 4,500
San Lawrenz 5,000
Tarxien 5,000
Xagħra 4,500
Żebbug (Għawdex) 4,500
Żurrieq 5,500
Mtarfa 5,000
* L-iskema tal-Kunsill Lokali Birgu, li għaliha ġie mgħoti għotja finanzjarja ta’ € 6,000 kienet intenzjonata li ssir fl-aħħar ta’ Marzu u il-Kunsill talab li din l-attività ssir aktar tard matul l-istess sena. It-talba tal-Kunsill ġiet mgħoddija lill-Bord ta’ Aġġudikazzjoni sabiex jagħti r-rakkomandazzjoni tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara fir-rigward tal-enforcement order,li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li baqgħet qatt ma ġiet inforzata? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għaliex l-flat in kwistjoni baqa' jitħalla jservi bħala post tat-talb mhux uffiċjali minkejja d-diversi ilmenti ripetutament mir-residenti tal-madwar?
Gvern ta' Malta u Union Ħaddiema Magħqudin — ftehim fuq ħaddiema ta' Posta Ltd/Maltapost
Question
Fis-6 ta’ Diċembru 2007, kien iffirmat ftehim bejn il-Gvern ta’ Matla u l-Union Ħaddiema Magħqudin li bih ġiet irregolata l-pożizzjoni tal-ex ħaddiema ta’ Posta Ltd/Maltapost li għażlu li jibqgħu jaħdmu fis-settur pubbliku. Dawn kienu ikklassifikati fi tliet sezzjonijiet skond it-tluq tagħhom minn Posta Ltd/Maltapost, jiġifieri dawk li telqu fis-sena 2003 u wara, dawk li telqu wara li ġiet privatizzata l-Maltapost u finalment dawk li telqu bejn 1999 u 2002.
Minn dawn, f’Awwissu u Diċembru 2008, żewġ sezzjonijiet, jiġifieri dawk li telqu fit-2003 u l-oħrajn li telqu mal-privatizzazzjoni tal-
Maltapost
, kellhom il-pożizzjoni tagħhom regolata skond dan il-ftehim. Dawn ħadu l-aġġustament tas-salarji rispettivi tagħhom flimkien ma’ kull arretrati relatati. Baqa’ biss it-terz l-ieħor tal-ħaddiema li għadhom jistennew li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolata skond il-ftehim milħuq.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm għad fadal minn dawn il-ħaddiema, u kemm minnhom diġà rtiraw mix-xogħol? Jista’ jgħid għaliex dan id-dewmien sabiex jiġi onorat il-ftehim kollu u meta hemm il-ħsieb li dawn il-ħaddiema jieħdu dak li hu tagħhom skond il-ftehim milħuq u b’hekk ukoll tiġi regolata l-pożizzjoni tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minn dawk l-uffiċjali pubbliċi li ġew lura bejn 1995 u 2002 minn Posta Ltd/Maltapost li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant, għad fadal 241 li għadhom fis-servizz waqt li s’issa laħqu irtiraw 25, 26 għaddew Bord Mediku, filwaqt li 7 telqu mis-servizz għal raġunijiet oħra.
Rigward il-punt imqajjem sabiex jiġi onorat il-ftehim anki għal dawn l-uffiċjali bħal ma sar għal dawk l-uffiċjali l-oħra li telqu minn Posta Ltd/Maltapost minn 1999 ’l hawn, qed isiru bħalissa taħditiet bejn il-partijiet kollha nvoluti, inkluz l-union pertinenti, sabiex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa ħalli l-uffiċjali nvoluti jkunu jistgħu wkoll jibbenefikaw skond il-ftehim milħuq mill-union.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Żieda fil-ħlasijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jikkunsidra żieda fil-ħlasijiet għall-permessi ta' l-iżvilupp sabiex tagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed jiġu kunsidrati numru ta’ possibilitajiet.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4945, issa li għaddew is-sitt ġimgħat minn meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarget l-avviż ta' nfurzar (EC 14/09) u l-ħajt baqa' ma telax, jista' l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm? Jista' jgħid jekk l-Awtorità nformatx lill-kunsill lokali sabiex dan jissottometti stima tax-xogħlijiet? Jista' jgħid kemm hi l-istima u jekk din hijiex aċċettabbli għal din Awtorità? Jista' jgħid jekk l-Awtorità approvatx dan ix-xogħol lill-kunsill lokali?
Jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk huwiex veru li l-liċenzji tal-campers se jogħlew minn din is-sena? Jekk huma ogħla mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea , jista' jgħid għaliex, anke jekk dawn il-caravans jintużaw għall-weekends biss?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5987, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li mar jagħmel spezzjoni fuq il-post imsemmi sabx strutturi kemm temporanji u/jew permanenti, mibnija illegalment u mingħajr permess u dan b'periklu ċar?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Applikazzjoni għal żvilupp
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 mogħtija f'seduta 71 tal-15 ta' Jannar, 2009, fejn irriżulta li fit-22 ta' Settembru, 2008 ġie nvokat is-subartiklu 36(6) fir-rigward tal-applikazzjoni PA 2734/08 u li, minflok ma' l-awtorità ħarġet il-permezz minnufih, kif jimponi paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6) tal-Att, din poġġiet l-applikazzjoni fuq l-agenda tat-30 ta' Settembru 2008 tal-Kummissjoni kompetenti wara li kien diġà skada t-terminu taż-żmien impost mil-liġi biex l-awtorità tkun tista' tagħmel dan, kif jidher ċar mill-istess risposta u mid-dettalji li qed jintbagħtu separatament, jista' l-Prim Ministru jitlob lill-awtorità tispjega dan l-aġir tagħha?
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'deċiżjoni ħadet dwar din l-applikazzjoni l-Kummissjoni kompetenti fis-seduta tagħha tat-30 ta' Settembru 2008?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-artikolu 36(6) tal-Att ma' jimponix li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ il-permess minnufih iżda li ċ-Chairman ta' l-Awtorità jitlob lid-Direttur sabiex jipproċessa l-applikazzjoni, jitħejja r-rapport u jirreferi l-istess rapport liċ-Chairman tal-Bord kompetenti fi żmien ħamest ijiem mit-talba ta' l-applikant. Meta ċ-Chairman tal-Bord jirċievi dan ir-rapport, għandu jqiegħed l-applikazzjoni għall-ewwel seduta li jkun imiss. F'dan il-każ ġiet segwita din il-proċedura u l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tat-30 ta' Settembru 2008. Huwa biss fin-nuqqas li tittieħed deċiżjoni li jiġi fis-seħħ paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6).
F’dan ir-rigward, u b’referenza għal PQ 4684 nixtieq niċċara li ma tinżammx statistika speċifika u għalhekk mhux possibbli tgħid kemm mit-talbiet taħt 36(6) huma taħt il-paragrafu (f).
Waqt il-laqgħa tat-30 ta' Settembru 2008, fil-preżenza ta' l-applikant u l-perit tiegħu, ġie deċiż li l-applikazzjoni PA 2734/08 timxi u tiġi deċiża flimkien ma' l-applikazzjoni PA 560/06. Minħabba l-ipproċessar li kien għad hemm bżonn fl-applikazzjoni PA 560/06, inkluż talba għal pjanti ġodda, tibdil fir-rapport u rakkommandazzjoni mis-Sanità, l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tal-21 t'Ottubru 2008. F'din is-seduta l-applikazzjoni PA 2734/08 ġiet milqugħa.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4684, rigward talbiet biex jinħareġ il-permess skond tal-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) ta' l-Att, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-artiklu 36, inkluż il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6), huwa intiż biex jirregola ż-żmien konċess lill-awtorità biex tiddeċiedi fuq kull tip ta' applikazzjoni mingħajr eċċezzjoni, biex b'hekk jiġu salvagwardati l-interessi leġittimi tal-applikanti kontra dewmien żejjed li jista' jkun hemm min-naħa tal-awtorità?
B'mod partikolari, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-provvedimenti tas-subartikli 36 (1) sa 36 (6), inkluż il-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6), huma intiżi biex jirregolaw kemm dawk l-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt is-subartiklu 36 (1) kif ukoll dawk li ma jaqgħux taħtu, f'liema każ dawn is-subartikli japplikaw kif debitament emendati mis-subartiiklu 36 (7)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Artikolu 36 ta' l-Att huwa ntiż għal żviluppi fiż-żona ta' żvilupp, u żviluppi konformi mal-policies u liġijiet tal-Ippjanar. L-artikolu jistabilixxi wkoll proċeduri li għandhom jiġu segwiti sabiex ma jkunx hemm dewmien esaġerat. Żviluppi li mhumiex koperti bis-subartikolu 36(1) jinkludu żviluppi li jaqgħu barra mil-limiti ta' l-iżvilupp u dawk li mhumiex konformi mal-liġijiet ta' l-ippjanar.
F’dan ir-rigward, u b’referenza għal PQ 4684 nixtieq niċċara dan li ġej. L-artikou 36(6) tal-Att ma jimponix li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ il-permess minnufih iżda li ċ-
Chairman
ta' l-Awtorità jitlob lid-Direttur sabiex jipproċessa l-applikazzjoni, jitħejja r-rapport u jirreferi l-istess rapport liċ-
Chairman
tal-Bord kompetenti fi żmien ħamest ijiem mit-talba ta' l-applikant. Meta ċ-
Chairman
tal-Bord jirċievi dan ir-rapport, għandu jqiegħed l-applikazzjoni għall-ewwel seduta li jkun imiss. F'dan il-każ ġiet segwita din il-proċedura u l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tat-30 ta' Settembru 2008. Huwa biss fin-nuqqas li tittieħed deċiżjoni li jiġi fis-seħħ paragrafu (f) tas-subartikolu 36(6). F’dan il-każ ma tinżammx statistika speċifika u għalhekk mhux possibbli tgħid kemm mit-talbiet taħt 36(6) huma taħt il-paragrafu (f).
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Permessi
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skond paragrafu (f) tas-subartiklu 36(6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, jista' l-Prim Ministru jitlob l-awtorità tispjega għaliex fil-każ ta' 36 applikazzjoni minn dawn, li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, kien hemm dewmien ta' tliet xhur jew iktar minn meta kien tlesta d-Development Permit Application Report sa meta ttieħdet deċiżjoni mill-kummissjoni kompetenti, minkejja li ma kienx hemm iktar ipproċessar xi jsir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li t-tagħrif mitlub fil-mistoqsijiet parlamentari 6317 u 6318 huwa kważi l-istess, qed inpoġġi tabella waħda għaż-żewġ mistoqsijiet.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Art barra z-zona ta' żvilupp
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4684 fejn jirriżulta skond l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li l-101 talba biex jinħareġ permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att ġew kollha rifjutati minħabba li l-applikazzjonijiet jew kienu barra miż-żona ta' żvilupp jew ma kenux mibgħuta skond kif tipprovdi l-liġi, jista' l-Prim Ministru jiċċara jekk, meta jgħid li ma kenux mibgħuta skond kif tipprovdi l-liġi, hux qed jirreferi għall-applikazzjonijiet għall-permess ta' żvilupp jew inkella għat-talbiet biex jinħareġ permess, skont l-paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta f’PQ 4684 saret referenza li dawn l-applikazzjonijiet taħt Art 36(6) ta’ l-Att li kienu rrifjutati minħabba li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-liġi, dan kien ifisser li t-talba stess ma kienetx valida. Dan l-aktar li jiġri minħabba li l-proċedura hekk kif stabbilita fil-liġi, u li dettalji tagħha ngħataw f’PQ 6315, ma tkunx ġiet segwita għax, per eżempju, l-ittra ma tkunx irreġistrata, ħaġa li titlob il-liġi.
F’dan ir-rigward, u b’referenza għal PQ 4684 nixtieq niċċara dan li ġej.
L-artikolu 36(6) tal-Att ma jimponix li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ il-permess minnufih iżda li ċ-
Chairman
ta' l-Awtorità jitlob lid-Direttur sabiex jipproċessa l-applikazzjoni, jitħejja r-rapport u jirreferi l-istess rapport liċ-
Chairman
tal-Bord kompetenti fi żmien ħamest ijiem mit-talba ta' l-applikant. Meta ċ-
Chairman
tal-Bord jirċievi dan ir-rapport, għandu jqiegħed l-applikazzjoni għall-ewwel seduta li jkun imiss.
F'dan il-każ ġiet segwita din il-proċedura u l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tat-30 ta' Settembru 2008. Huwa biss fin-nuqqas li tittieħed deċiżjoni li jiġi fis-seħħ paragrafu (f) tas-subartikolu 36(6). F’dan il-każ ma tinżammx statistika speċifika u għalhekk mhux possibbli tgħid kemm mit-talbiet taħt 36(6) huma taħt il-paragrafu (f).
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp — Applikanti nfurmati li t-talba tagħhom ma ġietx milqugħa
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 4684 dwar talbiet biex joħroġ il-permess skont paragrafu (f) tas-subartiklu 36 (6) tal-Att, li ġew kollha rifjutati, jista' l-Prim Ministru jgħid liema applikanti ġew infurmati mill-awtorità li t-talba tagħhom ma kenitx ġiet milqugħa, meta ġew infurmati, u x'kienet ir-raġuni li ngħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B’referenza għal PQ 4684 nixtieq niċċara li l-artikolu 36(6) tal-Att ma jimponix li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar toħroġ il-permess minnufih iżda li ċ-Chairman ta' l-Awtorità jitlob lid-Direttur sabiex jipproċessa l-applikazzjoni, jitħejja r-rapport u jirreferi l-istess rapport liċ-Chairman tal-Bord kompetenti fi żmien ħamest ijiem mit-talba ta' l-applikant.
Meta ċ-
Chairman
tal-Bord jirċievi dan ir-rapport, għandu jqiegħed l-applikazzjoni għall-ewwel seduta li jkun imiss. F'dan il-każ ġiet segwita din il-proċedura u l-ewwel seduta li kien imiss kienet dik tat-30 ta' Settembru 2008. Huwa biss fin-nuqqas li tittieħed deċiżjoni li jiġi fis-seħħ paragrafu (f) tas-subartikolu 36(6). F’dan il-każ ma tinżammx statistika speċifika u għalhekk mhux possibbli tgħid kemm mit-talbiet taħt 36(6) huma taħt il-paragrafu (f).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi lista ta’ l-applikanti li talbu li l-applikazzjoni sabiex ikunu ipproċessati skond Artikolu 36(6) tal-Att.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6396 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid: Peress li r-residenti ta' Triq Lunzjata fir-Rabat, Għawdex qed jilmentaw minħabba rwejjaħ ikkaġunati minn rimi ta' skart u ħmieġ ieħor f'Wied il-Lunzjata, tara li dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-Kunsill Lokali Rabat (Għawdex) qatt ma daħallu xi lment li qed jintefa skart fil-Wied tal-Lunzjata. Il-Kunsill kellu lment fl-2008 dwar ħruġ ta’ drenaġġ li kien qed jikkawża riħa. Dan l-ilment kien ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma fi Frar 2008. Madanakollu l-ilment imressaq mill-Onorevoli Membru ġie mgħoddi lill-Kunsill għall-attenzjoni tiegħu.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont (breakdown) ta' kemm daħħal flus mill-multi tal-wardens fis-sena 2006, 2007? Jista' jagħti dan it-tagħrif ukoll għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u t-30 ta' Marzu 2008, bejn l-1 ta' April 2008 u l-31 ta' Diċembru 2008 u bejn l-1 ta' Jannar 2009 u t-28 ta' Frar 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru.
Ta’ min wieħed jinnota illi inkluża fl-informazzjoni hemm flus li daħlu minn ċitazzjonijiet maħruġa mill-Pulizija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi pjanijiet qed jaħdem fuqhom sabiex jerġa' jżid il-kwalità kif ukoll il-kwantità ta' turisti li għandhom iżuru Malta fl-2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Gvern, permezz tal-isforzi tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, kontinwament jesegwixxi pjani li huma ntiżi sabiex itejbu l-kwalità tat-turisti li jżuru Malta. Dawn il-pjani jkopru kemm l-aspett ta' prodott, sabiex permezz ta' titjib fl-offerta nkunu nistgħu nattiraw profil ta' turist aħjar, kif ukoll permezz ta' marketing li jindirizza dawk il-vjaġġaturi li l-aktar jaqbel għall-pajjiżna. Il-pjan fir-rigward ta' kwantita’ ta' turisti jibni fuq is-sentejn rekord li għadha kif irreġistrat Malta bejn l-2007 u l-2008, liema sentejn igħinuna niffaċċjaw l-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom it-turiżmu internazzjonali b'kuraġġ li għandna destinazzjoni attraenti u mfittxija minn numru sostanzjali ta' turisti internazzjonali.
European Union Steering and Action Committee — qagħda soċjali u ekonomika ta' Għawdex
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Malta - European Union Steering and Action Committee ddiskutiex il-qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex kif jiena, permezz tal-Aġent Skrivan tal-Kamra u bil-permess tal-istess Kamra, tlabt lill-Kunsill fl-14 ta’ Novembru, 2008?
Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema laqgħa u meta l-Kumitat iddiskuta u fela l-qagħda soċjo-ekonomika t’Għawdex? X’kien l-eżitu tad-diskussjoni? X’azzjoni ġiet rakkmandata mill-Kumitat biex Għawdex ikun jista’ jikseb l-aħjar benefiċċji mill-politika tal-Unjoni Ewropea biex ikun jista’ jilħaq l-istess livell ta’ żvilupp ta’ Malta?
Jekk fin-negattiv, għaliex il-Kunsill għadu ma ddiskutiex il-qagħda f’Għawdex? Meta hu mistenni li din tkun diskussa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Malta-EU Steering & Action Committee reġa’ twaqqaf f’Lulju 2008 biex fost funzjonijiet oħra jiffaċilita proċessi ta’ konsultazzjoni dwar liġijiet ġodda proposti mill-Kummissjoni Ewropea. L-istrutturi tal-MEUSAC jinkludu:
· Core Group li jiġbor flimkien uffiċjali tal-Gvern, rappreżentanti tal-Partiti Politiċi, ta’ Korpi Kostitwiti (inkluż ta’ Korp Kostitwit Għawdxi), ta’ Organizzazzjonjijiet tas-Soċjetà Ċivili u esperti; u
· Disa’ Kumitati Settorjali li jiġbor flimkien il-membri tal-Core Group u Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili li joperaw fis-settur trattat minn kull Kumitat rispettivament.
Fost l-istrutturi tal-MEUSAC ma jeżisti ebda kunsill bħalma jeżisti, per eżempju, fl-MCESD.
Il-konsultazzjoni permezz tal-MEUSAC issir fuq liġijiet ġodda proposti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-MEUSAC m’għandux ir-rwol li jiddiskuti temi ta’ natura ġenerali bħal qagħda soċjali u ekonomika ta’ Għawdex.
Il-proċedura li biha timxi l-MEUSAC tagħti l-possibilità lill-membri tal-Core Group u tal-Kumitati Settorjali, inkluż lir-rappreżentanti tal-Partiti Politiċi, biex jitolbu ħalli materja titpoġġa fuq l-Aġenda tal-Core Group jew ta’ xi Kumitat Settorjali, dejjem jekk din tkun marbuta mat-terms of reference tal-MEUSAC.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li s-sena l-oħra ma ssottomettewx il-financial statemements tagħhom sad-data stipulata jiġifieri fl-10 ta' Mejju? Liema kunsilli lokali ssottomettew wara u meta? X'passi ttieħdu kontra dawk il-kunsilli lokali li ma ssottomettewx il-financial statements?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kienu 19-il Kunsill li issottomettew il-financial statements tagħhom sad-data stipulata. Dawn kienu:
Mdina, Isla, Bormla, Qormi, Żabbar, Żejtun, Attard, Balzan, Birkirkara, Għargħur, Luqa, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Pembroke, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Xewkija. Il-
financial statements
tal-Kunsilli l-oħra daħlu wara l-1 ta’ Ġunju 2008.
Għalkemm ma ttieħdux passi kontra dawk il-Kunsilli li ma issottomettewx il-
fiancial statements
fil-ħin, ittieħdet nota tagħhom biex jekk dan in-nuqqas jerġa’ jiġi ripetut, jittieħdu dawk il-passi stipulati bil-liġi.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-Hexagon house
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar xtratx l-uffiċċju Hexagon House mill-fondi tagħha jew irrikorritx għall-fondi mill-banek?