Legislature:
Category:
Reset
Active:

Employee Sapport Programme — Taħriġ fis-suicide prevention

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15159 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ fis-suicide prevention offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15600.

Employee Sapport Programme — Taħriġ fil-mental health awareness

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15160 u jgħid kemm kien hemm ħaddiema fis-settur pubbliku u s-servizz pubbliku li ħadu taħriġ fil-mental health awareness offrut mill-Employee Sapport Programme, mill-2013 sal-2023, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15600.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419.

Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi fis-Servizz Pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nisa fil-kariga ta': a) Segretarju Permanenti; b) Direttur Ġenerali; u ċ) Direttur fis-Servizz Pubbliku u jaqsam din l-informazzjoni sena b'sena mill-2013 sal-2023? Jista’ jgħid ukoll x'kien in-numru totali, ta’ irġiel u nisa, li kienu f'dawn il-karigi fl-istess snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mogħti lili fuq l-Mejda tal-Kamra.

Entitajiet u aġenziji fis-settur pubbliku — Chairpersons u CEOs

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nisa fil-kariga ta': a) Chairpersons; u b) CEOs fl-entitajiet u aġenziji fis-settur pubbliku u jaqsam din l-informazzjoni b'sena b'sena mill-2013 sal-2023? Jista’ jgħid ukoll x'kien in-numru totali ta' irġiel u nisa li kienu f'dawn il-karigi fl-istess snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mogħti lili fuq l-Mejda tal-Kamra fejn jikkonċerna d- dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Bordijiet — Diretturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta' diretturi nisa appuntati mill-Gvern fuq bordijiet tal-pajjiż bejn l-2013 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll x'kien in-numru totali ta' irġiel u nisa li kienu f'din il-kariga fl-istess snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Sptar Boffa – Binja/Binjiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huwa preżentement responsabbli għall-binja/binjiet li hemm fejn qabel kien jopera l-Isptar Boffa? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet li dan l-isptar hux ser jinbiegħ biex jinbidel f’lukanda?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16383 u 16384. Il-Gvern, bl-entitajiet relevanti, ser jistudja xi jkun l-aqwa mod li bih il-potenzjal ta’ dan is-sit ikun utilizzat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili — ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15866 u jippreżenta lista b’kull ftehim kollettiv pendenti fis-settur pubbliku u ċivili u meta dawn skadew? Jista’ jgħid ukoll ma’ liema union qed isiru jew se jsiru d-diskussjonijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill l-Onor. Interpellant li fil-perjodu 2022 u 2023 ġew iffirmati 45 ftehim kollettiv f’diversi setturi fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku. Qed inpoġġi din l-lista fuq l-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li bħala regola ġenerali hija li ftehimiet settorali tas-Servizz Pubbliku m’għandhomx data ta’ skadenza. Minkejja dan l-Amministrazzjoni għaddejja b’diskussjonijiet sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-impjegati fis-setturi indikati fil-lista li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet – Skema ta’ rilaxx – Ħaddiema sekondati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid: i. kemm-il Trade Union u NGO fil-pajjiż qegħdin jibbenefikaw mill-iskema ta’ rilaxx ta’ uffiċjali full-time magħhom, on public policy grounds? ii. liema huma dawn it-Trade Unions u NGOs? iii. kemm għandha uffiċjali pubbliċi rilaxxati magħha kull trade union u kull għaqda indikata? iv. min huma dawn l-uffiċjali pubbliċi? v. minn liema dipartiment/entità ġew rilaxxati u d-data ta’ meta beda kull rilaxx; u vi. b’liema kundizzjonijiet jiġu rilaxxati dawn l-uffiċċjali pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej: Numru ta’ Trade Unions : 9 Numru ta’ NGOs: 63 Total ta’ Ħaddiema Pubbliċi rilaxxati on Grounds of Public Policy ma’ : Trade Unions: 32 NGOs: 93 Ninsab infurmat ukoll li n-numru ta’ uffiċjali rilaxxati ma’ Trade Unions u NGOs/Vos fl-aħħar kwart ta’ 2023 kien strettament kif indikat mill-Manual of Special Leave Section 4 (4.1 u 4.2) li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn obligat b’kuntratt bejn l-Amministrazzjoni u NGO/VO. Dawn jinbidlu skont review jew talbiet li jsiru. Ir-rilaxxi isiru kemm skont talbiet ta’ Unions/Vos/NGOs, jew talbiet tal-ħaddiema nfushom b’kuntratti ta’ sena li jigi mġedded. Isir tibdil fejn tintalab sostituzzjoni jew /u meta jagħlaq kuntratt. Il-kundizzjonijiet skont il-policy dejjem tkun biex l-Amministrazzjoni twieżen msiebħa soċjali u lil VOs/NGOs mingħajr tbatija mhux neċessarja lill-ħaddiema rilaxxati.

Proċess ta’ dixxiplina serju — Rilaxx ta’ uffiċjali pubbliċi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk uffiċjali pubbliċi li jkunu nstabu ħatja fi proċess ta’ dixxiplina serju u jkunu rilaxxati ma' trade union on public policy grounds, tali rilaxx għandux ikun irtirat? Jekk ma jeżistux regoli li jippermettu dan, għandhom jinbidlu r-regoli biex fi spirtu ta’ governanza korretta, tali rilaxx jiggwadanjaw minnu biss persuni eżemplari?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-proċess tad-dixxiplina hu gwidat mir-Regolamenti tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.

Xatt tal-Kalkara – Proġett

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15499 dwar dewmien tal-proġett tal-Kalkara li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi fejn wieġeb biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat, jista’ l-Prim Ministru jgħid taħt liema Ministeru jaqa’ dan il-proġett?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-proġett jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.

Industrial Relations Unit — Ħaddiema

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15865 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15122, jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-Industrial Relations Unit u jipprovdi lista tal-gradi kollha u ta' kemm hemm ħaddiema f'kull grad?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li dan l-unit huwa ffurmat minn Head of Unit,Assistant Head of Unit, 2 Senior Managers,Assistant Director u clerical support. Apparti hekk diversi ministeri u entitiajiet jinvolvu ruhom fl-istess qasam tax-xogħol ta' dan l-unit imma ix-xogħol li għalih hija mwaqqfa din l-unit jsir b’mod kkordinat mill-istess unit.

Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili — ftehim kollettiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15862 fl-intier tagħha u jippreżenta lista li turi: a. iż-żieda perċentwali fil-pagi għal kull ftehim kollettiv iffirmat matul l-2022 u l-2023 fis-Settur Pubbliku u Ċivili u s-Section/Sector/Authority li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv? b. l-isem tal-Unjoni li magħha saru n-negozjati?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li għal l-ewwel mistoqsija nirreferi għal dak li diġà spjegajt fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15862, rigward it-tieni mistoqsija ninsab nfurmat kif gej: General Workers Union UHM-Voice of the Workers Malta Union of Teachers Medical Association of Malta Malta Union of Midwifes and Nurses Malta Police Union / Police Officers' Union (GWU) Malta Tug Crew Union Malta Air Traffic Controllers' Association

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

L-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Pubbliku.

PSC — Deċiżjoni dwar individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11405 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u jgħid x’kienet id-deċiżjoni tal-Public Service Commission (PSC) fil-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fejn kien ammetta li arrikkixxa ruħu illegalment minn fondi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Servizz professjonali u aċċessibli ta’ tradutturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjani biex f’pajjiżna jkollna servizz professjonali u aċċessibli ta’ tradutturi (translators) biex ħaddiema fis-servizz pubbliku, fil-qasam tas-saħħa, edukazzjoni, soċjali u legali jkunu jistgħu jikkomunikaw b’mod effettiv ma’ min qed jirċievi s-servizz?

Response (ABELA, ROBERT)

Is-settur pubbliku jieħu inizjattivi kontinwi biex isaħħaħ is-servizz li joffri lill-klijenti tiegħu. L-inizjattivi meħtieġa jvarjaw skont il-każ.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419.

Is-Settur Pubbliku u s-Settur Ċivili – Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15125 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u jippreżenta lista li turi: a. iż-żieda perċentwali fil-pagi għal kull ftehim kollettiv iffirmat matul l-2022 u l-2023 fis-Settur Pubbliku u Ċivili u s-Section/Sector/Authority li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv? b. l-isem tal-Unjoni li magħha saru n-negozjati?

Response (ABELA, ROBERT)

Dan il-Gvern hu impenjat li jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u għalhekk f’okkażjoni wara oħra għalaq ftehimiet kollettivi u settorjali ġodda. Iż-żidiet ikunu jvarjaw skont l-istrutturi u l-livelli li fihom l-impjegati jkunu qegħdin u għalhekk it-tagħrif ma jistax jingħata kif mitlub. Dan apparti titjib fl-allowances u kundizzjonijiet oħra. Il-kumplament tat-tagħrif qed jinġabar.