Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — car allowances

Question

B'riżultat tad-dibattitu parlamentari li sar dan l-aħħar dwar id-dħul tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari jista' l-Ministru jikkonferma jekk fid-dikjarazzjoni tad-dħul għas-sena 2010 ikkunsidrax dħul bħala car allowance u ġentilment jgħid kemm kien dan l-ammont filwaqt li jikkonferma wkoll jekk hux minnu li għandu karozza leased mill-Ministeru tat-tip Honda kulur grey metalic jew proprjetà tal-istess Ministeru għad-dispozizzjoni privata tiegħu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi matul l-2010 ma rċevejt l-ebda car allowance, waqt li nikonferma l-użu tal-vettura imsemija.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Xogħlijiet lill-Kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2004 sal-lum kemm ingħataw xogħlijiet lill-kumpaniji li isimhom qed jintbgħat separatament? Jista’ jagħti d-data u l-ammonti u jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet ingħatawx b’tender jew direct order ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmqat illi mill-2004 sal-lum il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment ta żewġ xogħlijiet lil din il-kumpanija. Dawn ingħataw fl-2006 għax-xiri ta’ żewġ ‘Air-Conditioning Units’ għall-valur ta’ €914.28 kull ordni. Kull xogħol ingħata wara sejħa għall-quotations.

Malta Enterprise — Quality+

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Quality+" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi din l-iskema abbażi ta’ krediti ta’ taxxa ġiet varata din is-sena u għaldaqstant għadhom ma ġewx mitfugħa applikazzjonijiet.

Malta Enterprise — Create

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema "Create" tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi taħt din l-iskema, daħlet biss applikazzjoni waħda, din is-sena, li għadha qed tiġi evalwata.

Malta Enterprise — ERDF International Competittivness Grant Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-ERDF International Competittivness Grant Scheme tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u n-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ERDF International Competitiveness Grant hija skema ta’ natura kompetittiva ko-finanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 4 darbiet mill-2009. Fl-ewwel 3 sejħiet, 100 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €7,272,488 liema informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-raba’ sejħa hija miftuħa bħalissa. Id-dettalji dwar il-benefiċjarji tal-iskemi ERDF huma ukoll aċċessibli fis-sit www.20millionforindustry.com Is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs.

Malta Enterprise — ERDF Energy Grant Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-ERDF Energy Grant Scheme tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u n-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ERDF Energy Grant hija skema ta’ natura kompetittiva ko-finanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 3 darbiet mill-2010. 264 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total ta’ €14,722,301 liema informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-iskema mhux pjanata li terġa tinfetaħ peress li il-fondi allokati ttieħdu kollha. Ir-riżultati tal-iskema ERDF Energy huma aċċessibbli ukoll fis-sit http://energy.maltaenterprise.com Is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa għall-kull daqs ta’ intrapriża.

Malta Enterprise — Soft Loans

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Soft Loans (Business Pormotion Act) tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illli l-iskem Soft Loans, daħlet fis-seħħ fl-2005. Dettalji ta’ benefiċjarji huma murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji dwar id-daqs m’humiex disponibbli.

Malta Enterprise — Loan Guarantees

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Loan Guarantees (Business Promotion Act) tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, jekk huwa possibli, klassifikata skont in-numru ta’ ħaddiema impjegati (micro – 10 ħaddiema jew anqas, żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba hija murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Dettalji dwar l-impjieg u tqassim skont in-NACE mhumiex disponibbli.

Infrastruttura biex ikollna ġenerazzjoni tal-elettriku bil-gass fuq skala nazzjonali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 21862, jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' fiex waslu l-istudji sabiex ikun magħruf x'infrastruttura hi meħtieġa u kemm se tqum din l-infrastruttura sabiex ikollna ġenerazzjoni tal-elettriku fuq skala nazzjonali li taħdem bil-gass?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Skart tossiku tal-power station il-ġdida

Question

Issa li qed jingħad li l-Power Station se tibda topera f'Ġunju, jista' l-Ministru jgħid kienx deċiż li l-iskart tossiku jinġarr fuq l-art flok il-baħar? Jista' jagħti r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Volum ta' drenaġġ

Question

B’refereza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32199, jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-volum ta’ drenaġġ iġġenerat kull sena f’Malta u f’Għawdex separatament mill-2000 sal-2011 peress li hu naqas li jagħti l-volumi għal Għawdex?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Tarzna — pensjoni tal-ħaddiema

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32752, skont il-ftehim li kien intlaħaq dwar l-istrutturar li kien sar f'din l-ażjenda, jista' l-Ministru jgħid fost l-ex ħaddiem tat-Tarzna, kemm-il pensjonant kien ikkommuta parti mill-pensjoni tiegħu? Hemm il-ħsieb li dawn jibdew jingħataw id-differenza li għadha dovuta?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara għal-liema pensjoni qed jirreferi.

regolatur fuq prodotti importati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix xi body-regulator li jirregola kemm importatur irid u għandu d-dritt li jagħmel profitt fuq il-prodotti li jimporta? Jista' jgħid jekk humiex l-istess regolamenti li jirregolaw lil dan il-body irrelevanti minn xi jkun qed jiġi impurtati?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabli għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur.

Evażjoni tat-taxxi — tbassir ta' evażjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li meta huwa jgħid il-politika tiegħu qed tindirizza l-evażjoni tat-taxxi, jirriżulta tbassir ta' evażjoni ta' €577 miljun fis-sena u dan kif intqal f'ġurnal indipendenti f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

informazzjoni dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32223 u 31867 u jgħid kemm hemm familji Maltin li ilhom ma jirċievu kont actual tad-dawl u l-ilma minn Mejju ta’ sena ilu? Kemm hemm familji mqabbdin s’issa mal-ismart meters? Kemm minnhom qegħdin jinqraw miċ-ċentru tal-ARMS Ltd b’mod remot? Kemm għad baqa' biex il-proċess li bih il-meters kollha jinqraw b’dan il-mod jitlesta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien — Triq l-Isqajjaq - tiswija tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata l-problema tad-drenaġġ li ħiereġ minn Triq l-Isqajjaq Ħal Tarxien u jgħid meta se tiġi rranġata din it-triq li tinsab fi stat ħażin ħafna u li minnha jgħaddu ħafna tfal tal-iskola?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-passat il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma kellha rapporti ta’ fawran ta’ drenaġġ, li kollha ġew indirizzati ġewwa din it-triq. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu informazzjoni dwar każ speċifiku, dan jista’ jiġi investigat mill-Korporazzjoni. Il-konsumatur jista jikkuntatja ukoll lil Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fuq il-freephone 80072222.

Kontijiet pendenti tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tal-anzjan li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li ilu żmien twil ma jirċievihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Persuni li jaħdmu Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu f'Għawdex fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom a) fil-lukandi u b) fir-ristoranti?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel d-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

LGA — pożizzjonijiet ta' tmexxija - kredenzjali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi kriterji intużaw u xi kredenzjali jkunu ġew mitluba biex jimtlew il-pożizzjonijiet ta' tmexxija fi dan il-LGA?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.