Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #1807 Sitting 99 2018-04-11 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Avukati jew ditti ta’ Avukati li pprovdew xi konsulenzi jew servizzi lill-AirMalta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-avukati jew ditti ta' avukati li pprovdew xi konsulenzi jew servizzi oħra lil AirMalta wara Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza u l-ħlas li sar rispettivament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għall-kumpanija u l-iżvelar ta’ tali informazzjoni jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Leg 13 PQ #5031 Sitting 99 2018-04-11 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Qasam turistiku – riforma leġislattiva

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslet ir-riforma leġislattiva li beda x-xogħol fuqha fis-sena 2016 dwar il-qasam turistiku?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għaddej bi proċess ta` reviżjoni u aġġornament tal-proposti, bil-għan li dawn iwasslu għal iktar simplifikazzjoni amministrattiva fl-aspetti kollha koperti b’dan il-qafas legali. Il-Pjan hu li din ir-riforma tidħol fis-seħħ kemm jista` jkun malajr.
Leg 13 PQ #5032 Sitting 99 2018-04-11 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Ministeru għat-Turiżmu

Bureau of Accident investigation

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk dan l-aħħar sarx xi tibdil fil-mod kif jaħdem jew fil-mansjonijiet tal-Bureau of Accident Investigation fil-qasam tal-avjazzjoni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-BAAI huwa konformi mar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea, l-Anness 13 tal-ICAO u r-Regolament Lokali.
Leg 13 PQ #5139 Sitting 98 2018-04-10 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – xogħol ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni ta’ kif intgħażel individwu partikolari biex immexxi t-transizzjoni tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi u jieħu l-kejl meta dan mhuwiex kwalifikat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħid min hu l-individwu li qed jirreferi għalih.
Leg 13 PQ #4998 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – delays

Question

Fid-dawl tad-delays li kellha l-Airmalta, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il passiġġier ġie affetwat f’dawn l-aħħar tmint ijiem? Jista’ jgħid xi spejjeż totali ġarrbet l-Airmalta? Jista’ l-Ministru jelenka t-titjiriet kollha minn u lejn Malta li ġew affettwati?

Response (MIZZI, KONRAD)

Din is-sena l-Air Malta imbarkat bi skeda ambizzjuża fejn se topera 18,230 titjira, operazzjoni kumplessa b'madwar 250 titjira fil-ġimgħa. Biex topera din l-iskeda, li matul is-sena li għaddiet rat total ta 14-il destinazzjoni addizzjonali u 3 rotot intra-Ewropej, il-linja tal-ajru għamlet arranġamenti biex ikollha żewġ ajruplani addizzjonali biex tingħaqad mal-flotta tagħha u żżid il-kapaċità tagħha. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passiġġieri li kienu affetwati b’ delays fuq it-tijiriet tal-Air Malta ngħataw l-għajnuna kollha meħtieġa, fosthom akkomodazzjoni fejn kien hemm meħtieġ, kif ukoll ser jingħataw il-kumpens skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea. Il-maġġoranza ta’ dawn id-delays saru minħabba ħsarat tekniċi li ġġarbu minn ajruplan li kien wet-leased minħabba li d-9 ajruplan ġie delayed mis- supplier .
Leg 13 PQ #5059 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kontijiet Bankarji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4970, li fiha l-Ministru wieġeb li m’għandux kont bankarju fid-Dubai u/jew fil-UAE, jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx kellu kont bankarju fid-Dubai u/jew fil-UAE kemm f’ismu personali kif ukoll f’isem ta’ xi entità li fiha għandu interess, kemm direttament jew indirettament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li la kelli u lanqas għandi tali kont.
Leg 13 PQ #5060 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kontijiet Bankarji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4971, li fiha l-Ministru wieġeb li m’għandux kont bankarju fil-Bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk qattx kellu kont bankarju f’dan l-istess Bank, kemm f’ismu personali kif ukoll f’isem ta’ xi entita li fiha għandu interess, kemm direttament jew indirettament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li la kelli u lanqas għandi tali kont.
Leg 13 PQ #5127 Sitting 97 2018-04-09 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Isle of MTV – dettalji ta’ persuni li se jattendu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta jew il-Ministeru għat-Turiżmu, jew xi entità governattiva oħra humiex se jkollhom kopja tad-dettalji, inkluż dettalji tal-email u facebook ta’ dawk li se jirreġistraw biex jattendu għall-attività tal-Isle of MTV?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-termini u kundizzjonijiet li hemm pubbliċi fuq il-website www.isleofmtv.com u li qiegħed inpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #1121 Sitting 96 2018-03-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

MInisteru għat-Turiżmu — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlas rispettiv ta' kull konsulent li kull entità li għaliha hu responsabbli, għandha? Jista' jgħid liema huma dawk li bdew wara t-3 ta' Ġunju 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #4913 Sitting 95 2018-03-20 Oral · Interim From: ROSIANNE CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #4970 Sitting 95 2018-03-20 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kontijiet Bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux kont bankarju fid-Dubai u/jew fil-UAE (United Arab Emirates)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li m’għandix tali kont.
Leg 13 PQ #4971 Sitting 95 2018-03-20 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kontijiet bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux kont bankarju fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li m’għandix tali kont.
Leg 13 PQ #4495 Sitting 94 2018-03-14 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – ħaddiema part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati fl-Air Malta fuq bażi part-time fl-aħħar tas-sena 2016 u fl-aħħar tas-sena 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjegati part-time kien kif ġej: fl-aħħar tas-sena 2016: 290 fl-aħħar tas-sena 2017: 265
Leg 13 PQ #1104 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministru għat-Turiżmu — position of trust

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 149, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Positions of trust fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-entitajiet u dipartiment li jaqgħu taħtu, huma dawk fis-Segretarjat.
Leg 13 PQ #4490 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Slots mikrija

Question

Peress li fil-media ssemma li twaqqfet kumpanija oħra tal-ajru sabiex iżżomm l-islots tal-Air Malta u mbagħad terġa’ tikrihom lill-Air Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk inġiebx l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal dan l-arranġament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Ewropea qegħdha tinżamm infurmata b’dawn l-arranġamenti.
Leg 13 PQ #4491 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta u Bdoti — qbil

Question

Peress li ntlaħaq qbil bejn l-Air Malta u l-bdoti, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kaptan u kemm-il first officer ingħataw żieda fuq il-pagi li kellhom? Il-bdoti aċċettaw li jaħdmu sal-massimu li jitolbu l-European Aviation Safety Agency Standards?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema kollha tal-Air Malta ingħataw żidiet skont il-ftehim kollettiv.
Leg 13 PQ #4492 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Collective Agreement tal-Bdoti – teħid tas-somma meta jirtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-collective agreement il-ġdid ġiex miftiehem li l-bdoti jieħdu somma meta jirtiraw? Jekk iva, kif tinħadem u kemm tiġi din is-somma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat li ma sarax tibdil dwar din il-materja mill-ftehim kollettiv preċedenti.
Leg 13 PQ #4493 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – dejn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-Air Malta se tiddejjen iktar minn xi bank kummerċjali matul is-sena 2018?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba li hija ta’ natura kummerċjali u sensittiva għall-operat tal-Kumpanija.
Leg 13 PQ #4494 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – persuni impjegati b’mod indefinit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni impjegati fl-Air Malta b’mod indefinit fl-aħħar tas-sena 2016 u fl-aħħar tas-sena 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjegati b’kuntratt indefinit sal-aħħar tal-2017 kien ta’ 1012.
Leg 13 PQ #4644 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Projects Malta Ltd – Proġett Mtarfa Internationl School

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4550, jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-proġett “Mtarfa International School” li saret referenza għaliha fit-tweġiba għal dik il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett se jkun qed jinvolvi skola internazzjonali f’pajjiżna. Din l-iskola se tkun qed toffri kurrikuli internazzjonali. Aktar dettalji dwar il-proċess kompetittiv ser ikunu qed jingħataw aktar tard.