Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi — Sponsorships u Donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22732 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25133, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-aċċess għas-sistema tal-permessi (Road Permitting System) li għaliha għamel referenza fl-istess tweġiba, hijiex aċċessibbli wkoll għall-pubbliku? Jekk le, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn mhijiex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegat fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25133, il-Kunsilli Lokali għandhom aċċess għal din is-sistema. Għaldaqstant, billi il-Kunsilli Lokali jirrappreżentaw liċ-ċittadini rispettivi tagħhom, kull individwu jista’ jitlob lill-Kunsill Lokali rispettiv sabiex jidħol fis-sistema u jingħata l-informazzjoni neċessarja.
Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19351 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Marzu mistenni nattendi għall-Kunsill Informali tat-Trasport li se jseħħ f'Varsavya, il-Polonja, u f’Ġunju hemm skedat il-Kunsill Formali tat-Trasport fil-Lussemburgu.
Mill-bidu tas-sena s'issa, ma kien hemm l-ebda laqgħa Ministerjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea jew l-Kunsill tal-Ewropa jew laqgħat formali oħra fi ħdan l-Unjoni Ewropea li kellhom x’jaqsmu mal-kompetenza tal-ministeru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25568 u jgħid x’kollaborazzjoni jkun hemm bejn il-Ministeru responsabbli mis-settur marittimu u l-Ministeru responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali, meta jkunu ser jiġu stabbiliti areas li fihom jistgħu jinżlu fil-baħar l-annimali, inkluż il-klieb?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għat-Trasport f’Malta tistabbilixxi Swimmer’s Zones bil-għan li f’dawn iż-żoni ma jkunx permess dħul ta’ dgħajjes. L-irwol tal-Ministeru għat-Trasport f’dan ir-rigward huwa marbut mat-trasport fuq il-baħar, inkluż opri marittimi u dawk użati għal skopijiet rikreattivi.
Il-Fgura — Triq is-Summiena, Triq l-Għasfur tal-Bejt u Triq il-Pitirros - Xogħlijiet - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa lill-Gvern u/jew Infrastructure Malta x-xogħol li sar fi Triq is-Summiena, Triq l-Għasfur tal-Bejt u Triq il-Pitirros, il-Fgura?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22348, issa li qegħdin f’nofs Frar 2025, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fil-Pjazza tal-Birgu tlestewx? Jekk le, jista’ jgħid fiex waslu dawn ix-xogħlijiet?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23490 u ċjoè: Fid-dawl tal-miri ambjentali kemm tal-pajjiż kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mira ta’ 120 xarabank li jaħdmu bl-elettriku hux ser tintlaħaq sal-aħħar tal-2025 kif imwiegħed?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jiġu evalwati l-aspetti kollha neċessarji, li jistgħu jiġu affetwati mill-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23491 u jgħid jekk il-mira ta’ 120 xarabank li jaħdmu bl-elettriku humiex apparti n-numru ta’ xarabanks elettriċi li diġà għandna fil-pajjiż?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25563, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bus shelter li kien hemm fi Triq Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar tressaqx minn postu meta saru xi xogħlijiet fiha? Jista’ jgħid ukoll jekk dan tressaqx temporanjament jew le? U jekk le, x’inhi r-raġuni għalfejn tressaq?
Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-ispiża għax-xogħlijiet ta’ riġenerazzjoni fuq il-pjazza ta’ Buġibba li hija stmata li ser tilħaq l-għaxar miljun ewro?
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru fuq il-promenade minn San Ġiljan sal-Gżira matul l-2024 u kemm kienet in-nefqa? Fid-dawl li dan il-promenade jibda minn San Ġiljan, ikompli Tas-Sliema u jispiċċa l-Gżira, jista’ jaqsam din l-informazzjoni lokalità b'lokalità?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25613, fejn intqal ‘kif ukoll minħabba proġett ieħor li ser jibda ġewwa San Ġwann stess.’, jista’ l-Ministru jindika x’inhu dan il-proġett u jagħti timeframe meta dan il-proġett ser jibda?
Jista' l-Ministru jgħid x'rapporti daħlu fil-Control Room ta' Transport Malta nhar il-Ħadd 9 ta' Frar 2025? Jista’ jgħid ukoll:
i. x’ħin daħal kull rapport;
ii. x'kien jittratta kull rapport;
iii. x’ħin ittieħdet l-azzjoni neċessarja minn Transport Malta dwar kull rapport; u
iv. x'kienet dik l-azzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-ġurnata msemmija daħlu 7 rapporti fil-Control Room ta’ Transport Malta, liema rapporti, bħal dejjem, ġew trattati immedjatament.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24636, 24888 u 25364 jista' l-Ministru jippreżenta t-timeline tal-proġett relatat mal-culverts għall-ilma tax-xita fi Triq tal-Ġebel u l-inħawi f’Birżebbuġa u li għalihom ħarġet sejħa għall-offerti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-offerti għall-bini ta’ culverts fi Triq tal-Ġebel u Triq in-Narċis f’Birżebbuġa tagħlaq fl-24 ta’ Frar 2025. Huwa maħsub li l-evalwazzjoni tal-offerti u l-għoti tal-kuntratt jitlestew sal-aħħar ta’ Mejju 2025. Ix-xogħlijiet għandhom jieħdu tnax-il ġimgħa u huwa previst li jitlestew lejn l-aħħar ta’ Settembru 2025.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24636, 24888 u 25364 dwar il-proġett ta' culverts għall-ilma tax-xita fi Triq tal-Ġebel u l-inħawi, f’Birzebbuga, jista' l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru xogħlijiet oħra u/jew joħorġu skemi sabiex ilma tax-xita li jaqbaq minn Triq Ħal Far u jibqa' nieżel matul Triq tal-Ġebel kollha jkun jista jiġi msewwaq u maħżun fi bjar u ġwiebi fil-ġonna u l-għelieqi fil-ġnub tat-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilma tax-xita li jkun ġej minn Triq Ħal Far u jinżel matul Triq tal-Ġebel jispiċċa f’Wied il-Qoton, fil-limiti ta’ Birżebbuġa. F’dan il-Wied hemm diġà fejn jinġabar l-ilma tax-xita. M’hemmx pjanijiet mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi li jsiru xogħlijiet oħra apparti l-culverts ippjanati fi Triq tal-Ġebel u Triq in-Narċis, jew li joħorġu skemi marbuta mal-ilma tax-xita li jgħaddi minn Triq tal-Ġebel.
2019 — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’seba’ snin matul is-sena 2019?
2020 — Proġett ta’ bini ta’ toroq - Toroq li nbnew mill-ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu l-kuntratturi differenti fuq bini ta’ toroq bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun f’seba’ snin matul is-sena 2020?